Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm iddaħħlu ħaddiema tad-DOI overtime fil-padiljun ta' Ta' Qali nhar is-Sibt 10, ta' Lulju, 1999? Jista' l-Prim Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex dawn il-ħaddiema ddaħħlu overtime u ċioe' x'kienet il-ħtieġa tal-preżenza tagħhom fl-istand tad-DOI dakinhar?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet l-attivita' li kienet qed issir dakinhar u fil-ħin li dawn il-ħaddiema kienu overtime fl-istand tad-DOI fil-Padiljun?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jidher illi l-Mistoqsija Parlamentari tirreferi għal Padiljun ta' Malta fil-Fiera Internazzjonali ta' Malta fin-Naxxar.
Din is-sena l-Padiljun ta' Malta kellu t-tema 'Il-Pass li Jmiss' u kien jitratta dwar l-Unjoni Ewropea u Malta. Matul il-ġranet kollha tal-Fiera, fil-Padiljun ġew organiżżati serje ta' laqgħat ta' informazzjoni li fihom ġew mistiedna jieħdu sehem rappreżentanti mix-xena politika, unions, korpi kostitwiti u individwi, biex jitkellmu u jiddiskutu fuq is-suġġett ta' l-Unjoni Ewropea u Malta.
Tnejn minn dawn iż-żewġ laqgħat ta' informazzjoni ġew imxandra fuq stazzjonijiet tat-televizjoni. L-ewwel waħda kienet dik tal-Ħadd 27 ta' Ġunju li fiha ħadu sehem il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin l-Onor Joe Borg, l-Onor George Vella, kelliem ta' l-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin, u Dr Wenzu Mintoff, Chairman ta' Alternattiva Demokratika. Il-moderatur kien il-ġurnalist, is-Sur Jesmond Saliba.
It-tieni laqgħa ta' diskussjoni televisata saret is-Sibt 10 ta' Lulju u kienet tikkonsisti f'intervista lili, mis-Sur Jesmond Saliba.
Il-Padiljun tmexxa minn staff ta' ħdax-il persuna kuljum. Dawn għamlu xogħol fil-conference area, public address system, dwal, audio recording, maniġġar ta' stazzjonijiet ta' l-internet, relazzjonijiet pubbliċi u amministrattivi, fotografija u sewqan.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm applikaw persuni biex jidħlu suldati meta fetħu l-applikazzjonijiet għar-reklutaġġ dan l-aħħar? Billi diġa' saru l-eżamijiet fiżiċi, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru eżamijiet ta' dan it-tip, kemm għaddew u kemm weħlu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Peress li l-proċess ta' l-għażla għar-reklutaġġ ta' suldati qiegħed jitmexxa mill-Bord ta' l-Eżamijiet Lokali, din il-mistoqsija għandha tkun indirizzata lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni.
Billi persuni li applikaw biex jidħlu fl-Armata u li għamlu l-ewwel eżami - dak fiżiku - diġa' qed jirċievu r-riżultat, u billi l-armata qed tgħidilhom li huma kienu se jingħataw ir-riżultati finali wara li jkunu saru eżamijiet oħra, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk persuni li jkunu weħlu mill-eżami fiżiku humiex se jitħallew jidħlu fl-Armata? Jekk le, għaliex dawn qed jintalbu joqogħdu għall-eżami bil-miktub ukoll, u jekk iva, x'inhu l-iskop li jsir l-eżami fiżiku?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-kundizzjonijiet li jirregolaw ir-reklutaġġ ta' suldati fil-Forzi Armati huma dawk li dehru fil-Gażżetta tal-Gvern Nru 16801 ta' l-4 ta' Ġunju 1999.
Peress li l-proċess ta' l-għażla qiegħed jitmexxa mill-Bord ta' l-Eżamijiet Lokali, nissuġerixxi li l-Onorevoli Nterpellant li jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni.
Skond l-Avviż imsemmi min ma jgħaddix mill-physical efficiency test ma jistax joqgħod għall-eżami bil-miktub.
Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema fażi wasal it-tħaffir għaż-żejt? X'inhu l-futur tat-tħaffir għaż-żejt f'Malta u Għawdex?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jirreferi għall-Press Release numru 1540 maħruġa mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fit-8 ta' Ottubru 1999 fejn isib tweġiba għall-mistoqsija tiegħu. Kopja qegħda titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti l-lista sħiħa ta' applikanti għall-kors ta' l-MBA sponsorjat miċ-Ċivil, il-kwalifiki li għandhom u xi grad qegħdin fih?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ma nħossx li hija etika li nagħti nformazzjoni dwar applikanti għall-kors ta' l-MBA aktar minn dik diġa mogħtija fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 9926, għajr li n-numru totali ta' applikanti kien ta' 46.
Servizz Pubbliku — Dipartiment tat-Toroq - Diretturi
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11032, jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-erba' persuni li applikaw għal post ta' direttur fid-Dipartiment tat-Toroq, x'inhu l-grad tagħhom fiċ-Ċivil u x'inhuma l-kwalifiki li għandhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ma nħossx li hija etika li nagħti nformazzjoni dwar applikanti għal dawn il-postijiet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk is-suldati humiex se jkunu fuq sleep in, jiġifieri jorqdu fil-barracks u mhux id-dar f'xi jiem lejn l-aħħar tas-sena? Jekk iva, meta u għaliex inħasset din il-ħtieġa? Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk din il-miżura tolqotx lill-uffiċjali u jekk iva mil-liema rank 'l isfel?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li permezz ta' direttiva maħruġa fis-27 ta' Awissu 1999, il-membri tal-Forzi Armati ġew avżati li matul il-perjodu bejn l-24 ta' Diċembru 1999 u l-4 ta' Jannar 2000, mhux se jintlaqgħu talbiet għal-leave. Dan peress li ġie deċiż li għall-perjodu msemmi, partikolarment minħabba xi problemi li forsi jistgħu jinqalgħu b'konnessjoni mal-millenium bug, aħjar ikun hemm preżenti għax-xogħol l-ogħla numru ta' suldati.
Ma hemm l-ebda ħsieb li s-suldati jinżammu sleeping-in jekk mhux għax verament ikun hemm il-ħtieġa assoluta għal dan. Id-direttiva tapplika għal kull membru ta' l-Armata.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Forzi Armati li għandhom trade illum? X'inhu r-rank tagħhom? Kemm hemm minnhom li qed jagħmlu xogħol mhux konness mat-trade li għandhom. Min ikun bit-trade jieħu xi allowance jekk juża it-trade waqt xogħolu? Hemm xi suldati li m'humiex jagħmlu xogħol konness mat-trade tagħhom u qed jieħdu l-allowance xorta?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-informazzjoni li ntalbet mill-Onorevoli Nterpellant qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn suldati li għandhom xi tip ta' dekorazzjoni jew midalja llum? X'tip ta' dekorazzjoni jew midalja tista' tingħata lill-membri tal-Armata llum? Kemm hawn persuni f'kull tip divers ta' dekorazzjoni u x'inhu r-rank tagħhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Bhal kull ċcittadin ieħhor, il-membri ta'l-Armata jistgħu jkunu eliġibbli għal dekorazzjonijiet u midalji oħra dejjem skond l-Att dwar Ġieħ ir-Repubblika (Att Numru XXIX ta l-1975).
Iżda qiegħed nassumi li l-Onorevoli Nterpellant qiegħed jirreferi primarjament għall-Midalja għal Servizz Twil u Effiċjenti li l-għoti tagħha huwa regulat skond l-Att imsemmi.
B'kollox hemm 297 membru li għadhom iservu fl-Armata li ngħataw il-Midalja għal Servizz Twil u Effiċjenti jew il-Clasp/s skond kif muri fil-lista li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Minbarra dan kull għotja ta' dekorazzjoni jew midalja oħra anki minn xi Stati barranin, tiġi dejjem ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern, kif stipulat fl-istess Att imsemmi.
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista sħiħa tad-delegazzjoni Maltija li ħadet sehem fl-investment promotion seminar ta' l-MDC li sar fil-bini taċ-CBI f'Londra dan l-aħħar?
Jista' l-Prim Ministru jelabora aktar dwar l-emendi proposti għal IDA li huwa aċċenna għalihom fid-diskors tiegħu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-Investment Promotion Seminar li sar f'Londra nhar it-30 ta' Settembru 1999 kien organiżżat mill-Malta Development Corporation flimkien mal-Confederation of British Industries. Minħabba l-importanza ta' din l-attivita, li kellha l-iskop ewlieni li tattira nvestiment lejn Malta minn fost il-membri tas-CBI u organiżżazzjonijiet oħra, jien indirizzajt dan is-seminar.
Ipparteċipaw fis-Seminar il-Ministru għas-Serviżżi Ekonomiċi, l-Onor Josef Bonnici, ic-Chairman tal-MDC, is-Sur Francis Vassallo u l-ko-ordinatur fl-Investment Promotion Section ta' l-MDC, is-Sur Mario Galea. Il-Ministru tal-Finanzi, l-Onor John Dalli, li kien ġej lura Malta mill-laqgħat ta' l-IMF, għamel l-arranġamenti ukoll biex ikun preżenti għas-seminar. L-Assistent Personali tiegħi, is-Sur Richard Cachia Caruana, akkumpanjani fuq din iż-żjara li kienet tinkludi wkoll taħdidiet fi Brussels.
L-emendi proposti għall-Industrial Development Act qegħdin preżentament jiġu eżaminati u diskussi. Kif tkun finaliżżata din il-fażi, l-emendi jiġu preżentati lill-Parlament għad-diskussjoni fiż-żmien opportun.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li temmew l-impjieg tagħhom minn maċ-Ċivil mis-6 ta' Settembru, 1998 sas-6 ta' Settembru 1999? Jista' jgħid ukoll kemm kellhom eta' u f'liema dipartiment kienu jaħdmu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu mal-gvern fuq leave speċjali llum? X'inhu l-grad tal-persuni in kwestjoni? Għaliex qegħdin fuq l-ispecial leave? Kemm huma nisa u rġiel?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi l-għadd totali ta' l-impjegati li jaħdmu mal-Gvern taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li qegħdin fuq leave speċjali huwa ta' sebgħa u tletin (37).
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li tagħti d-dettalji mitluba mill-Onorevoli Nterpellant.
Peress li kull Ministeru jżomm id-dokumentazzjoni tiegħu fuq il-leave speċjali, jekk l-Onorevoli Nterpellant jixtieq informazzjoni fuq Ministeri oħra huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni jaħdmu mal-gvern llum? Jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown tal-gradi tagħhom u kemm huma nisa u kemm irġiel?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li sat-23 ta' Settembru, 1999 kien hemm jaħdmu mal-Gvern 30,886 ħaddiem. Din il-figura tinkludi ħaddiema każwali u part-time iżda ma tinkludix membri tal-Forzi Armati.
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra skeda li turi kif inhuma mqassmin dawn il-ħaddiema kif mitlub mill-Onorevoli Nterpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jwettaq il-wegħda elettorali li għamel il-partit fil-gvern illi dawk illi huma impressed mal-gvern isiru tal-post?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-Tweġiba Parlamentari Nru 8265 mogħtija mill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali dwar dan is-suġġett.
Il-Working Group li nħatar ingħata sa l-aħħar ta' Novembru biex jissottometti r-rapport għal kunsiderazzjoni tal-Gvern.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema dipartiment jew entita' fi ħdan il-gvern hija responsabbli mill-website uffiċjali tal-Gvern Malti li tinsab fuq http://www.magnet.mt? Kemm hemm impjegati jieħdu ħsieb direttament din il-website? Min hu responsabbli għad-domain magnet.mt li jintuża mill-Gvern Malti għall-paġna u n-network tiegħu? Veru jew mhux veru li kien hemm rapporti fil-mezzi tax-xandir li l-website uffiċjali tal-Gvern Malti kienet ikkupjata illegalment mill-website uffiċjali tal-Gvern Ingliż? Ġie nvestigat il-każ? X'kien ir-riżultat ta' din l-investigazzjoni?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Id-Dipartiment ta' l-Informazzjoni huwa responsabbli għal Website uffiċjali tal-Gvern li hija l-MAGNET Internet Service.
Impjegat wieħed biss hemm li jieħu ħsieb din il-website. Hemm ukoll impjegati oħra f'diversi dipartimenti u aġenziji tal-Gvern li jieħdu ħsieb is-sites rispettivi tagħhom fuq il-MAGNET Internet Service.
MITTS Ltd hija responsabbli għad-domain tal-MAGNET.mt.
Ninsab infurmat li kien hemm rapport fil-meżżi tax-xandir li allega li l-website uffiċjali tal-Gvern Malti kienet ikkupjata.
Ninsab infurmat li d-Direttur tad-DOI talab spjegazzjoni mingħand l-Uffiċjal li jieħu ħsieb il-website u jirriżulta li s-similarita bejn l-Organisational Index tal-MAGNET Internet Service u dik tas-Central Computer and Telecommunications Agency (CCTA) hi komuni ma' ħafna websites oħra.
Intalab permess, li fil-fatt ingħata, mis-Central Computer and Telecommunications Agency (CCTA) ta' l-Ingilterra biex l-ikona tal-Government Information Service tiġi esibita fis-site tal-MAGNET.
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' skrivani Għawdxin li qegħdin jaħdmu f'Malta, bid-data meta daħħlu u l-pożizzjoni li jinsabu fil-lista biex jmorru jaħdmu f'Għawdex?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li hawn 138 minn Għawdex li qed jaħdmu Malta bħala skrivani. Ma nħossx li hija etika li jingħataw id-dettalji mitluba mill-Onorevoli Nterpellant.
Jekk l-Onorevoli Nterpellant jixtieq xi nformazzjoni fuq xi każ partikolari huwa mitlub jagħmel mistoqsija f'dan ir-rigward.
Peress li Villa Francia f'Ħal Lija kienet tħalliet bħala legat lill-gvern, jista'l-Prim Ministru jgħid jekk dan il-post hux se jittieħed mill-Istat peress li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed issir ħsara fih?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li ċ-ċwievet ta' Villa Francia għaddew għand l-Istat nhar id- 9 ta' Diċembru 1998 u li nbdiet il-manutenzjoni meħtieġa.
Jista'l-Prim Ministru jagħti lista ta': (a) dawk l-uffiċjali fiċ-Ċivil li għandhom performance contract ta' Direttur Ġenerali; (b) is-substantive grade ta' dawn l-uffiċjali fil-preżent u d-data meta ġew appuntati f'dan il-grad; (c) x'dipartiment/sezzjonijiet jirrapportaw lil dawn id-diretturi ġenerali; (d) kemm għandhom impjegati taħt ir-responsabbilta'tagħhom; (e) id-data ta' meta ngħataw l-ewwel performance contract ta' direttur ġenerali u s-substantive grade li kienu fih meta ingħataw dan l-ewwel performance contract; (f) il-grad li kellhom dawn l-uffiċjali qabel daħlet ir-riforma fiċ-Ċivil li ġiet fis-seħħ fl-1 ta' Janar, 1991; (g) liema huma dawk l-uffiċjali fiċ-Ċivil li għandhom substantive grade ta' officer grade 3 u li għandhom performance contract ta' segretarju permanenti; (h) liema huma dawk l-uffiċjali fiċ-Ċivil li għandhom substantive grade ta' officer grade 3 u li m'għandhomx performance contract ta' segretarju permanenti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Jista' Prim Ministru jagħti lista ta': (a) dawk l-uffiċjali fiċ-Ċivil li għandhom performance contract ta' segretarju permanenti; (b) is-substantive grade ta' dawn l-uffiċjali fil-preżent u d-data meta ġew appuntanti f'dan il-grad; (c) id-data ta' meta ingħataw l-ewwel performance contract ta' segretarju permanenti u s-substantive grade li kienu fih meta ngħataw dan l-ewwel performance contract; (d) il-grade li kellhom dawn l-uffiċjali qabel daħlet ir-riforma fiċ-Ċivil li ġiet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar, 1991; (e) liema huma dawk l-uffiċjali fiċ-Ċivil li għandhom substantive grade ta' officer grade 1 u 2 u li għandhom performance contract ta' permanent secretary; (f) liema huma dawk l-uffiċjali fiċ-Ċivil li għandhom substantive grade ta' officer grade 1 u 2 u li m'għandhomx performance contract ta' segretarju permanenti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.