Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #9376 Sitting 166 1999-10-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata — Fizzjal

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid hux minnu li l-Armata qed tirrikmanda li jintbagħat fizzjal fi Brussels, bħala liaison ma' l-Unjoni Ewropea? Jekk hu minnu, x'se jkunu t-terms of reference tiegħu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-Armata għamlet rakkomandazzjonijiet dwar posting ta' fizzjal fl-Ambaxxata fi Brussels bħala liaison kemm fuq materji relevanti ta' l-Unjoni Ewropeja kif ukoll fuq xogħol ta' l-OSCE. Il-proposta għad trid tiġi kunsidrata. Ma kien hemm l-ebda nominazzjoni jew diskussjonijiet fuq terms of reference f'dan l-istadju.
Leg 9 PQ #10497 Sitting 165 1999-10-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Patrol boats

Question

Jista' l-Prim MInistru jgħid xi pjani għandu l-gvern biex jimmodernizza l-flotta tal-patrol boats tal-Forzi Armati ta' Malta?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba li kont tajtu f'seduta 73 tad-9 ta' Marzu 1999 għal Mistoqsija numru 4588. Minn dak iż-żmien 'l hawn, l-Iskwadra Marittima bdiet tħaddem żewġ SAR Launches li ngħataw mill-Gvern ta' l-Italja lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili. It-tħaddim ta' dawn il-laneċ moderni mill-Forzi Armati ta spinta qawwija lill-Iskwadra Marittima f'xogħol ta' salvataġġ fuq il-baħar. Ninsab infurmat li t-tender għal xiri ta' apparat ta' radju u apparat ieħor relatat mas-satelliti qed ikun ipproċessat. Il-patrol boats ser ikunu mgħammra b'apparat kompatibbli ma' sistema ġdida msejjħa Global Maritime Distress and Safety System li permezz tagħha sejħiet ta' emergenza fuq il-baħar ikunu jistgħu jiġu mwieġba fil-pront u b'iktar effiċjenza. Inżid li fil-ġimgħat li ġejjin għandu jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni tal-moll f'Haywharf bħala parti minn proġett ta' moderniżżar tal-Bażi ta' l-Iskwadra Marittima, li fuq medda ta' tliet snin se jiġi jiswa lill-Armata madwar Lm1,000,000. Dan il-proġett tant essenzjali għall-Forzi Armati qiegħed jingħata prijorita'.
Leg 9 PQ #10498 Sitting 165 1999-10-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Patrol Boats

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid iż-żewġ patrol boats tal-Forzi Armati li dan l-aħħar kienu għall-bejgħ min għamel l-akbar offerta għalihom? Kemm inxtraw? X'offerti oħra kien hemm?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena infurmat li l-proċess ta' adjudication ta' l-offerti li saru in konnessjoni mal-bejgħ taż-żewġ patrol boats imsemmija mill-Onor Membru għadu ma ġiex iffinaliżżat. L-offerti jidhru fix-Schedule of Tenders ippubblikata fin-notice board tad-Dipartiment tat-Teżor fis-16 ta' Settembru 1999.
Leg 9 PQ #10577 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Suldat fil-pussess tad-droga

Question

Jista'l-Prim Ministru jgħid fejn kien jaħdem is-suldat li fil-ġurnali ġie rrapportat li ġie arrestat fuq pussess u traffikar ta' drogi, qabel ma ġie arrestat? X'kien xogħlu fil-post fejn kien qed jaħdem qabel ma ġie arrestat?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Għandi nifhem li l-Onor Membru qiegħda tirreferi għall-każ tas-suldat li ġie rrapurtat fil-gażżetti dan l-aħħar li kien mixli b'pussess ta' droga. Ninsab infurmat li meta ġie arrestat dan is-suldat kien stazzjonat fil-Berġa ta' Kastilja, fejn kien responsabbli mill-Ktieb tal-Viżitaturi.
Leg 9 PQ #5696 Sitting 162 1999-10-20 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Elezzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra globali, li tinkorpora l-ispejjeż kollha, li ntnefqet biex setgħu jinżammu l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru nhar is-Sibt 13 ta' Marzu, 1999?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar l-ispejjeż li ntefqu fl-organiżżazzjoni ta' l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li saru nhar is-Sibt 13 ta' Marzu 1999 kienu kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #5835 Sitting 162 1999-10-20 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Elezzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm swew finanzjarjament l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi l-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt f'mistoqsija numru 5696 aktar kmieni fis-seduta tal-lum.
Leg 9 PQ #5995 Sitting 162 1999-10-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Infiq ta' flus

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus fl-organizzazzjoni ta' l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru fit-13 ta' Marzu, 1999? Jista' jagħti breakdown ta' kif sar l-infiq?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi l-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt f'mistoqsija numru 5696 aktar kmieni fis-seduta tal-lum.
Leg 9 PQ #9132 Sitting 162 1999-10-20 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Direttur ta' l-Informazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema mertu u fuq liema kriterji nħatar id-Direttur ta' l-Informazzjoni? Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet, is-salarju u benefiċċji oħra li ngħatawlu ma' din il-ħatra? Jista' jgħid jekk ingħatax l-użu ta' mobile phone li jħallas għalih il-Gvern kif ukoll karozza tal-Gvern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi l-kriterji li ntużaw fl-għazla ta' Direttur ta' l-Informazzjoni huma dawk li huma fis-seħħ għal postijiet ta' dan il-livell. Il-post imtela wara sejħa għall-applikazzjoni li saret permezz ta' Ċirkulari ta' l-OPM Nru 3/99. Il-mertu mistenni minn uffiċjali li jimlew dawn il-karigi għolja mhuwiex biss wieħed ta' kwalifiki fuq il-karta, imma wkoll ta' kompetenza biex wieħed jimla l-kariga li jkun applika għaliha. Is-salarju, benefiċċji u kundizzjonijiet oħra huma dawk normalment marbuta ma' ħatra ta' Direttur fuq Skala 4 fuq performance agreement. Fost il-perkwiżiti hemm l-użu ta' karozza. Mobile phone li jħallas għalih il-Gvern jingħata fejn dan huwa neċessarju.
Leg 9 PQ #9133 Sitting 162 1999-10-20 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Impjegat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' impjieg ingħatat u x'xogħol qiegħda tagħmel Kastilja l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament? Jista' jgħid jekk għall-imsemmi mpjieg ħarġitx call for applications? Jista' jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet, is-salarju u l-benefiċċji l-oħra li ngħataw ma' dan l-impjieg? Tista' din il-persuna tagħmel użu minn mobile phone li jħallas għalih il-Gvern kif ukoll minn karozza tal-Gvern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi l-Onorevoli membru għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru 9064 fis-Seduta ta' nhar is-27 ta' Settembru 1999.
Leg 9 PQ #9704 Sitting 162 1999-10-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Membri

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Forzi Armati li għandhom trade illum? X'inhu r-rank tagħhom? Kemm hemm minnhom li qed jagħmlu xogħol mhux konness mat-trade li għandhom. Min ikun bit-trade jieħu xi allowance jekk juża it-trade waqt xogħolu? Hemm xi suldati li m'humiex jagħmlu xogħol konness mat-trade tagħhom u qed jieħdu l-allowance xorta?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li n-numru ta' membri tal-Forzi Armati li għandhom trade illum huwa kif gej: Rank Numru ta' Membri Warrant Officer I 5 Warrant Officer II 34 Staff Sergeant 53 Sergeant 95 Bombardier 174 Lance Bombardier 223 Gunner 619 TOTAL 1203 Uħud minn dawn għandhom aktar minn trade waħda. Tmienja u ħamsin persuna qed jagħmlu xogħol li mhux konness mat-trade/s tagħhom. Dan ġeneralment hu meħtieġ skond l-esiġenzi tas-Servizz. Normalment din is-sitwazzjoni tkun waħda temporanja, sakemm l-individwu kkonċernat jingħata taħrig f'dik it-trade li jkun meħtieg jaħdem biha. Min ikun qed jaħdem bit-trade, jieħu l-allowance dovuta għat-trade u l-kategorija li jkun ikkwalifikat fiha. Ma jingħata ebda ħlas lill-individwi b'rank ogħla minn dak ta' Staff Sergeant.
Leg 9 PQ #10043 Sitting 162 1999-10-20 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid matul is-sena 1998 u 1999 kemm: (a) ingħataw promotions fis-Servizz Ċivili fil-gradi kollha tas-Servizz Ċivili; u (b) kemm kien ir-reklutaġġ fil-gradi kollha fis-Servizz Ċivili? Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu fil-preżent in-numru ta' persuni f'kull grad fis-Servizz Ċivili u kemm hu n-numru ta' vacancies f'kull każ?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi (a) matul is-sena 1998 sar reklutaġġ ta' 918-il persuna u promozzjoni ta' 1,010 impjegat; u (b) bejn Jannar u Settembru 1999 daħlu mal-Gvern 821 u ġew promossi 1139. Ninsab infurmat ukoll illi t-total ta' persuni f'kull grad fis-Servizz Pubbliku fid- 9 ta' Ottubru 1999 kien ta' 29,087. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra skeda li tagħti d-dettalji kif mitluba mill-Onorevoli Membru. Din l-iskeda ma tinkludix membri tal-Forzi Armati u ħaddiema mpjegati fuq bażi Casual u Part-time. In-numru ta' postijiet fis-Servizz Pubbliku u għaldaqstant ukoll in-numru ta' vakanzi jinbidel kontinwament skond l-esiġenzi tas-Servizz.
Leg 9 PQ #10195 Sitting 162 1999-10-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li temmew l-impjieg tagħhom minn maċ-Ċivil mis-6 ta' Settembru, 1998 sas-6 ta' Settembru 1999? Jista' jgħid ukoll kemm kellhom eta' u f'liema dipartiment kienu jaħdmu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi fil-perjodu msemmi, kien hemm 920 impjegat full-time li temmew l-impjieg tagħhom mal-Gvern. Id-dettalji, kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant, qegħdin fi skeda li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #10373 Sitting 162 1999-10-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lija — Villa Francia

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9941 u t-tweġiba tagħha, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu x-xogħol ta' manutenzjoni li qed isir f'Villa Francia? Peress li s-sid li ħalla l-villa lill-Istat wera x-xewqa li tintuża bħala residenza tal-Prim Ministru, jista' jgħid jekk itteħditx deċiżjoni dwar kif se tintuża l-villa mill-Istat?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li qed isir programm ta' xogħol ta' restawr fuq l-aperturi ta' l-injam f'Villa Francia kif ukoll tindif ġenerali fil-ġonna tagħha. Fir-rigward tat-tieni parti tad-domanda, ninforma lill-Onor membru li għad m'hemmx deċiżjoni finali dwar użu tal-Villa. Għalkemm jien fil-preżent ma għandix l-intenzjoni li nabita fil-Villa nifhem pero' li forsi wasal iż-żmien li l-Prim Ministru Malti jkollu residenza uffiċjali.
Leg 9 PQ #10079 Sitting 161 1999-10-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Road Marches

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru road marches mill-Armata din is-sena? Kif jikkonferma dan in-numru mal-ħames snin ta' qabel?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li matul din is-sena, sa l-aħħar ta' Settembru 1999, saru mija u tlieta w għoxrin (123) route marches. Huwa stmat li dan in-numru jikkompara mal-ħames snin ta'qabel.
Leg 9 PQ #10489 Sitting 160 1999-10-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

PSC — Pulizija mressqa

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 9869 lill-Ministru ta' l-Intern: Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex qed jittieħed tant żmien mill-Kummissjoni għas-Servizzi Pubbliċi biex jiġu deċiżi każi ta' dixxiplina? Japprezza l-Prim Ministru li hemm każ ta' spettur tal-pulziija li ilu għaddej sentejn u ieħor aktar minn sena? Japprezza l-Prim Ministru li għalkemm huwa minnu li trid tinġabar l-evidenza kollha u evalwata sewwa xorta mhux fl-interess tal-persuna konċernata u lanqas fl-interess tal-Korp tal-Pulizija li l-każi jdumu żmien eżaġerat?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Kif indika l-Ministru ta' l-Intern fir-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 9869, bħalissa hemm każi ta' Spettur, żewġ Surġenti tal-Pulizija u Kuntistabbli li nbdew iżjed minn sena ilu u għadhom pendenti quddiem il-Bord tad-Dixxiplina. Ir-raġunijiet għal dan huma: l-iSpettur għandu każ pendenti quddiem il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni liema każ huwa relatat mal-każ tad-dixxiplina tiegħu; fil-każ ta' wieħed mis-Surġenti, ix-xhud prinċipali għaddej proċeduri kriminali li huma relatati mal-każ tad-dixxiplina; iż-żewġ uffiċjali l-oħra, jiġifieri s-Surġent u l-Kuntistabbli qed jiġu ttrattati flimkien għax huma nvoluti fl-istess każ. Il-każ tal-Kuntistabbli wasal fl-istadju finali u tas-Surgent huwa fi stadju avvanżat u jiddependi fuq il-konkluzjoni tal-każ tal-kuntistabbli.
Leg 9 PQ #10508 Sitting 160 1999-10-19 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Foreman fiċ-ċimiterju

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti l-lista ta' persuni li applikaw għal grad ta' foreman (Ċimiterju) fid-diviżjoni tas-saħħa u skond ċirkolari tal-MPO Nru.33/98 tas-26 ta' Ottubru 1998? Xi kwalifiki u esperjenza għandhom dawn il-persuni? Fuq liema kriterji saret l-għażla finali u kif ġew ikklassifikati l-applikanti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku li kien hemm tnejn u għoxrin (22) applikant li minnhom: 7 ma kienux eligibbli 4 ma attendewx għall-intervista 2 weħlu u 9 għaddew Dawk li għaddew ġew f'din l-ordni tal-mertu kif jidher mir-riżultat ippubblikat fis-26 ta' April 1999: Isem Nru ta l-ID Marka Ordni tal-Mertu John Tabone 520642M 86 1 Anthony Mifsud 851849M 85 2 Carmel Baldacchino 987645M 83 3 Arthur Vella 293464M 72 4 Carmelo Falzon 635554M 71 5 Simon Cioffi 99059M 66 6 Peter Sammut 298870M 56 7 Anthony Vella 144763M 52 8 Francis Cassar 44956M 50 9 Il-kriterji li ntużaw waqt l-intervista kienu dawk approvati minn qabel mill-Kummissjoni, jiġifieri: Relevant Experience/Previous Performance 35 Aptitude/Personality 25 Management/Leadership Skills 25 Qualifications 15 Tota l 100 Pass Mark 50 Nifhem li mhux etika li tingħata l-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onorevoli Nterpellant.
Leg 9 PQ #10420 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Media — Reklami

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew ir-riklami fil-Media fl-okkażjoni ta' għeluq sena tal-Gvern Nazzjonalista fil-poter?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-prezzijiet tar-riklami jvarjaw minn ġurnal għal ieħor. Il-prezz ta' kull riklam huwa ta' bejn Lm80 u Lm90 għal ġurnali ta' kuljum u bejn Lm110 u Lm135 għal ġurnali ta' nhar ta' Ħadd. Peress li l-kontijiet tar-riklami għadhom ma waslux kollha, l-ispiża għadha mhix magħrufa.
Leg 9 PQ #10345 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Ħlasijiet speċjali/allowances

Question

Jista' l-Prim Ministru jekk jogħġbu jagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowances oħra mogħtija wara s-6 ta' Settembru, 1998 lil uffiċjali għolja tal-gvern għal servizzi mogħtija qabel dik id-data, u dan b'deċiżjoni speċifika tal-gvern preżenti, skond kull każ? Tista' jekk jogħġbok f'kull każ tagħti r-raġunijiet għal ħlasijiet li jsiru/jew saru?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li wara s-6 ta' Settembru, 1998 fid-dekasteru tiegħi ngħataw żewġ ħasijiet/allowances lil uffiċjali għolja kif ġej. Grad Ammont Raguni Adivsor - AFM Lm600 Bonus specjali Direttur tad-Dipartiment ghat-Tiftix taz-Zejt Lm154 fix-xahar Disturbance Allowance Rigward ħlasijiet minn Ministeri oħra nitlob lil Onorevoli Membru jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministri ndividwalment.
Leg 9 PQ #10360 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti tal-gvern — Ħaddiema barranin

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew, sena sena, barranin jaħdmu fuq proġetti tal-gvern u tal-parastatali bejn l-1995 sal-lum? Jista' jagħti aktar dettalji dwar dan?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fid-dekasteru tiegħi bejn l-1995 sal-lum ġew dawn il-barranin jaħdmu fuq proġetti tal-Gvern MSU 1995 30 1996 16 AW TORITA TAX-XANDIR 1997 Francis & Lewis Intl. fuq xogħol ta' konsulenza fuq it-torri tal-Gharghur. 1998 BBC Project Management Services fuq l-użu ta' l-istudio ta' l-Awtorita bħala ċentru ta' taħriġ. Rigward ngaġġ ta' barranin minn Ministeri oħra nitlob lil Onorevoli Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeri konċernati.
Leg 9 PQ #10378 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjiegi — Ħaddiema on light duties

Question

Jista' l-Prim Ministru jekk jogħġbu jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10214 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru, ċioe' jista' jagħti informazzjoni tal-miżuri li laħqu ttieħdu minn Gvern Laburista, kif jirriżulta minn files tal-gvern, rigward ħaddiema mal-gvern on light duties?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fl-14 ta' Novembru 1997, l-Awtoritajiet tas-Saħħa ġew avżati li ma kellhomx jaċċettaw aktar ċertifikati ġodda għal light duties ħlief f'każijiet ġenwini ta' korriment fuq ix-xogħol, u biex il-Bordijiet Mediċi tal-Gvern ikunu konxji ta' din id-deċiżjoni u konformi magħha. Fl-4 ta' Diċembru 1997 permezz ta' ċirkolari tal-MPO Numru 70/97 kien tħabbar li m'għandhomx jiġu aċċettati ċertifikati ġodda għal light duties ħlief f'dawk il-każijiet ġenwini meta ħaddiem ikun weġġa fuq il-post tax-xogħol. Din iċ-ċirkolari qalet ukoll li kienet l-intenzjoni tal-Gvern li kull impjegat li kien diġa qiegħed fuq light duties jiġi offrut il-possibilita jew li jerġa jibda jagħmel ix-xogħol normali u sħiħ tiegħu jew inkella li jirtira mis-Servizz, b'kundizzjonijiet li kienu għadhom qed jigu mfassla u diskussi ma l-Unions. Din iċ-ċirkolari kienet semmiet illi għandu jsir eżerċizzju biex jiġi stabbilit in-numru u r-raġunijiet għaliex qegħdin fuq light duties. Dan l-eżerċizzju kien sar u minnu rriżulta li kien hemm 599 impjegat fuq light duties fil-kategoriji li jidhru fit-tabella hawn taħt: 39 minħabba korriment fuq il-post tax-xogħol 224 minħabba disabilit 185 minħabba ċertifikat mediku 105 minħabba rakkomandazzjoni ta' Bord Mediku 46 fuq talba personali 599 Ninsab infurmat ukoll li fuq l-informazzjoni miġbura kienu saru numru ta' rakkomandazzjonijiet dwar x'miżuri kellhom jittieħdu rigward it-336 impjegat li jaqgħu taħt l-aħħar tlett kategoriji ta' impjegati fuq light duties. L-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri kienet miżmuma.