Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-Forzi Armati ta' Malta? Jista'l-Prim Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Prim Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-postings fil-Forzi Armati jsiru skond il-Kundizzjonijiet tas-Servizz tal-Forza Regolari. Ninsab infurmat li fil-perjodu bejn is-27 ta' April 1999 u l-15 ta' Settembru 1999 kien hemm 8 postings bejn Reġiment u ieħor u 35 postings bejn Kumpaniji fl-istess Reġiment. Kien hemm ukoll trasferiment ta' ħaddiem pajżan mill-Forzi Armati għall-Ministeru tat-Turiżmu fuq it-talba tiegħu stess.
Peress li l-Forzi Armati jiffurmaw Korp Dixxiplinarju, mhux ikkunsidrat prinċipju korrett li jingħataw raġunijiet għaliex iseħħ kull posting individwali. Lanqas ma wieħed għandu jistenna li jorbot lill-Forzi Armati dwar postings li jingħataw fil-futur. Ċertament li dawn isiru dejjem skond il-kundizzjonijiet imsemmija iktar 'il fuq u skond l-esiġenzi tas-Servizz. Tajjeb li wieħed jiftakar ukoll li l-membri kollha tal-Forzi Armati ingaġġaw volontarjament fis-Servizz u r-Regolamenti dwar postings dejjem jiġu mgħarrfa lilhom minn qabel.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb tal-gvern li jagħti millenium bonus li dawk l-impjegati pubbliċi li se jkunu xogħol nhar il-lejl li fih naqilbu mit-tieni għat-tielet millenju?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-Gvern mhux qed jilqa talbiet għall-millennium bonus. Il-Kapijiet tad-Dipartimenti tal-Gvern u ta Entitajiet Pubblici ġew infurmati fil-11 ta' Awissu 1999 permezz ta' Ċirkulari MPO/157/1999 li m'għandhomx jilqgħu dawn it-tip ta' talbiet.
B'riferenza għat-tweġiba parlamentari għall-mistoqsija parlamentari numru 10043, jista' l-Prim Ministru jgħid fejn ġew impjegati n-numru ta' 918 fl-1998 u 821 bejn Jannar u Settembru, 1999? Jista' jgħid kemm minn dawn il-persuni huma bil-kuntratt u kemm bl-approvazzjoni tal-Public Service Commission?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għal-liema tip ta'eventwalita' qed jissejħu l-membri tal-Forzi Armati biex ikunu kollha xogħol?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li jekk qed jirreferi għall-jiem lejn l-aħħar tas-sena, m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru 9703 li weġibt fit-12 ta' Ottubru 1999.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10378 (Seduta Nru. 157) jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern preżenti f'dan ir-rigward u x'għamel bejn Settembru 1998 u llum?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-Gvern żamm il-policy li ma jiġux aċċettati ċertifikati mediċi ġodda biex ħaddiema jitpoġġew fuq light duties ħlief f'dawk il-każijiet ġenwini meta ħaddiem ikun weġġa fuq il-post tax-xogħol.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-DOI mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmija mpjieg?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li bejn is-27 ta' April 1999 u l-15 ta' Settembru 1999 kien hemm ħaddiem wieħed biss ġdid li beda jaħdem fid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni u dan kien id-Direttur.
Id-Direttur ta' l-Informazzjoni nħatar wara sejħa għall-applikazzjoni li ħarġet fis-27 ta' Jannar 1999. Qed isiru interviews għall-post ta' Assistent Direttur wara sejħa għall-applikazzjoni li ħarġet fid-29 ta' Jannar 1999.
Ma jirriżultax li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-DOI? Jista' l-Prim Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Prim Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Fil-perjodu bejn is-27 ta' April 1999 sal-15 ta' Settembru 1999 ma ngħataw l-ebda trasferimenti lill-ħaddiema tad-DOI.
Bħalissa ma hemmx il-ħtieġa li jsiru trasferimenti ta' ħaddiema. Iżda t-trasferimenti jistgħu jsiru skond l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Immigrazzjoni? Jista' l-Prim Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Prim Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nitlob l-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Immigrazzjoni mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nitlob l-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda maċ-Ċivil mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li n-numru ta' ħaddiema ġodda li ġew impjegati fis-Servizz Pubbliku fil-perjodu msemmi huwa ta' 424. Minn dawn, 214 kienu diġa jaħdmu mal-Gvern fuq bażi każwali.
Ma jirriżultax li ġew impjegati ħaddiema ġodda fis-Servizz Pubbliku mingħajr sejħa għall-applikazzjonijiet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema taċ-Ċivil? Jista'l-Prim Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Prim Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li bejn is-27 ta' April 1999 u l-15 ta' Settembru 1999 ingħataw 178 transfer fis-Servizz Pubbliku. Ir-raġunijiet għal dawn it-transfers kienu kif ġej:
66 fuq talba ta' l-impjegati stess;
59 minħabba esiġenzi tas-Servizz;
29 biex l-impjegati jaħdmu fis-Segretarji Privati tal-Ministri jew Segretarji Parlamentari;
2 biex jaħdmu fl-Uffiċċju tal-President;
22 oħra bejn dipartimenti fl-istess Ministeru li ġew approvati mis-Segretarju Permanenti rispettiv.
It-trasferimenti ta' ħaddiema fis-Servizz Pubbliku huwa proċess kontinwu u dan kemm għall-ġid tas-Servizz kif ukoll tal-ħaddiema nfushom.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il konsulent għandu ngaġġat mal-ministeru tiegħu u kemm jitħallsu dawn il-konsulenti individwalment?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li fil-Ministeru tiegħi hemm 23 konsulent kif jidhru hawn taħt:
Forzi Armati ta' Malta 1
Management Efficiency Unit 22
Is-salarju ta' dawn il-konsulenti jvarja bejn Lm1,884 fis-sena għal konsulent part-time sa Lm26,000 għal konsulent barrani.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk is-suldati humiex intitolati għal unpaid leave?
Jekk fl-affermattiv, kemm hu twil dan il-perjodu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Membri tal-Forzi Armati ta' Malta mhumiex intitolati għal unpaid leave. Dan skond ir-Regolamenti (Forza Regolari) (Nomini u Kundizzjonijiet tas-Servizz) tal-1970.
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li mid-19 ta' Jannar 1999 il-membri kollha tal-Forzi Armati jistgħu jieħdu Parental Leave fuq kriterji applikabbli għal uffiċċjali pubbliċi kif spjegat fiċ-ċirkularijiet MPO 28/96, OPM 15/98 u OPM 29/98.
B'riferenza għat-tagħrif mogħti bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5503, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm diretturi li ma qablux ma' l-award mogħti lilhom oriġinarjament? Kemm kien hemm li appellaw u kemm-il każ kien hemm fejn l-award oriġinali nbidel fl-appell?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi mir-ratings li qed tirreferi għalihom l-Onor Interpellant, kien hemm tlett diretturi li ma qablux mar-rating mogħti lilhom oriġinarjament. Tnejn minnhom appellaw u f'każ minnhom ir-rating inbidel.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Forzi Armati mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li fil-perjodu imsemmi għaxar officer cadets ingaġġaw mal-Forzi Armati, li tlieta minnhom kienu diġa ilhom iservu bħala suldati għal xi snin.
Barra minn hekk, żewġ studenti universitarji kienu attached mal-Forzi Armati għall-perjodu tas-sajf jiġifieri bejn is-16 ta' Lulju u l-15 ta' Settembru 1999.
Jista' l-Prim Ministru, wara li deher l-avviż fil-gazzetta tal-Gvern, u wara li saru l-intervisti f'April ta' l-1999 sabiex l-Armata ddaħħal tabib ieħor, igħid kemm applikaw, min kienu u min intgħażel u meta ngħata l-ħatra ma' l-Armata?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li kien hemm żewġ applikanti. Il-proċess ta' l-għażla għad mhux finaliżżat.