Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #11314 Sitting 186 1999-11-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Assistenti diretturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta mistennija li jinħatru l-assistenti diretturi mal-Gvern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi l-proċess ta' l-għażla għal Assistenti Diretturi qiegħed fi stadju avvanzat ħafna u mistenni li jintemm ma jdumx.
Leg 9 PQ #11315 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema awżiljarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11229 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid kemm hemm ħaddiema awżiljarji mal-Gvern? Meta se jsiru tal-post? Kemm hemm persuni b'diżabilita'? Fejn qegħdin jaħdmu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li n-numru ta' ħaddiema hekk imsejħa awżiljarji li jaħdmu mal-Gvern illum ilaħħaq it-82, li minnhom hemm 33 persuna b'diżabilita'. Qed jittieħdu l-passi neċessarji biex l-impjieg ta' dawn il-ħaddiema jiġi regolariżżat. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista li turi f'liema dipartiment qed jaħdmu dawn il-ħaddiema b'diżabilita'.
Leg 9 PQ #11433 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stamperija tal-Gvern — Kotba stampati

Question

In vista tal-mistoqsija parlamentari numru 3292 minn fejn jirriżulta li hemm numru ta' dokumenti/diskorsi ta' ċertu importanza u rilevanza, jikkonsidra l-Prim Ministru li kopja tagħhom titqassam lil-libreriji, lill-kunsilliera, segretarji tal-kunsilli lokali, l-iskejjel primarji u sekondarji u li għar-rimanenti dawn jitqiegħdu għall-bejgħ? Jikkonsidra wkoll li din il-proċedura tibqa' tiġi segwita għal kull dokument ieħor hekk ippubblikat?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Fil-maġġoranza tal-każi, id-dokumenti u diskorsi mitbugħa jkunu limitati skond il-ħtieġa taċ-ċerimonja jew okkażjoni, u jiġu mqassma lill-mistednin u lill-Media waqt l-istess okkażjoni. Is-suġġeritment ta' l-Onorevoli Nterpellant jista' jiġi ikkunsidrat, jekk jirriżulta li hemm kopji biżżejjed ta' diskorsi/dokumenti li ġa ġew mitbugħa. Kopji ta' kull pubblikazzjoni huma miżmuma fil-Librerija tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni.
Leg 9 PQ #11161 Sitting 182 1999-11-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Konsulenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10718, jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti ngaġġati u x'konsulenza qed jagħtu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #11214 Sitting 181 1999-11-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Tug boats

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandhom tug boats il-Forzi Armati? Kemm minnhom jagħmlu ronda madwar it-territorju Malti? Kif inhi l-iskeda ta' dawn it-tug boats? X'veloċita' għandhom dawn id-dgħajjes?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-Forzi Armati ma għandhomx tug-boats.
Leg 9 PQ #11147 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Riżultati ta' l-eżamijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10920, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għaddew applikanti mill-eżami tal-kitba u mhux ta' physical efficiency test għal suldati? Kemm se jintgħażlu minnhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onor Membru għas-sejħa għall-applikazzjonijiet ippubblikata fil-Gażżetta tal-Gvern ta' l-4 ta' Ġunju 1999, paġna 4407. L-eżami bil-miktub kien miftuħ biss għal dawk il-kandidati li kisbu ta' l-anqas pass fil-Physical Efficiency Test.
Leg 9 PQ #11201 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Girgenti — Għassa ta' l-armata

Question

Veru li f'Girgenti fejn hemm l-għassa ta' l-Armata fil-fond residenzjali u ta' mistrieħ tal-Prim Ministru l-membri ta' l-armata li jkunu għassa m'għandhomx il-faċilita' ta' l-użu tat-telephone, lanqas f'każ ta' urġenza?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-għassiesa ta' l-Armata fil-Girgenti għandhom biżżejjed faċilitajiet ta' telephone għax-xogħol tagħhom, fosthom il-faċilita' ta' telephone point-to-point maċ-ċentru operattiv tal-Forzi Armati ġewwa Hal-Luqa.
Leg 9 PQ #11225 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati — Kawżi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawk il-kawżi deċiżi favur ir-rikorrenti mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji li sal-lum għadhom ma ngħatawx rimedju u/jew id-deċiżjoni implimentata, u dan in partikolari f'dawk il-każi fejn ir-rikorrenti huma mpjegati fiċ-Ċivil?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li huma sebgħa d-deċiżjonijiet tat-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji favur ir-rikorrenti li huma mpjegati fiċ-Ċivil u li għad ma ngħatawx rimedju. B'kollox kien hemm 72 deċiżjoni tat-Tribunal.
Leg 9 PQ #3292 Sitting 178 1999-11-10 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stamperija tal-Gvern — Kotba stampati

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kotba ġew stampati mill-istamperija tal-Gvern mill-1945 sal-lum, liema huma t-titoli tagħhom u kemm minnhom inbiegħu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

B'riferenza għat-tweġiba, li ngħatat fl-14 ta' Jannar 1999, għall-mistoqsija numru 3292, qed nehmeż lista ta' pubblikazzjonijiet stampati mill-Istamperija tal-Gvern u fejn kien possibli n-numru ta' kopji stampati u mibjugħa mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni. Kif diġa ġie nfurmat l-Onorevoli Membru, ma kienx possibbli li tinġabar l-informazzjoni kollha għall-perjodu kollu mill-1945 sa llum.
Leg 9 PQ #10029 Sitting 178 1999-11-10 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista'l-Prim Ministru jagħti lista ta': (a) dawk l-uffiċjali fiċ-Ċivil li għandhom performance contract ta' Direttur Ġenerali; (b) is-substantive grade ta' dawn l-uffiċjali fil-preżent u d-data meta ġew appuntati f'dan il-grad; (c) x'dipartiment/sezzjonijiet jirrapportaw lil dawn id-diretturi ġenerali; (d) kemm għandhom impjegati taħt ir-responsabbilta'tagħhom; (e) id-data ta' meta ngħataw l-ewwel performance contract ta' direttur ġenerali u s-substantive grade li kienu fih meta ingħataw dan l-ewwel performance contract; (f) il-grad li kellhom dawn l-uffiċjali qabel daħlet ir-riforma fiċ-Ċivil li ġiet fis-seħħ fl-1 ta' Janar, 1991; (g) liema huma dawk l-uffiċjali fiċ-Ċivil li għandhom substantive grade ta' officer grade 3 u li għandhom performance contract ta' segretarju permanenti; (h) liema huma dawk l-uffiċjali fiċ-Ċivil li għandhom substantive grade ta' officer grade 3 u li m'għandhomx performance contract ta' segretarju permanenti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra żewġ tabelli li juru l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant.
Leg 9 PQ #10030 Sitting 178 1999-11-10 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' Prim Ministru jagħti lista ta': (a) dawk l-uffiċjali fiċ-Ċivil li għandhom performance contract ta' segretarju permanenti; (b) is-substantive grade ta' dawn l-uffiċjali fil-preżent u d-data meta ġew appuntanti f'dan il-grad; (c) id-data ta' meta ingħataw l-ewwel performance contract ta' segretarju permanenti u s-substantive grade li kienu fih meta ngħataw dan l-ewwel performance contract; (d) il-grade li kellhom dawn l-uffiċjali qabel daħlet ir-riforma fiċ-Ċivil li ġiet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar, 1991; (e) liema huma dawk l-uffiċjali fiċ-Ċivil li għandhom substantive grade ta' officer grade 1 u 2 u li għandhom performance contract ta' permanent secretary; (f) liema huma dawk l-uffiċjali fiċ-Ċivil li għandhom substantive grade ta' officer grade 1 u 2 u li m'għandhomx performance contract ta' segretarju permanenti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra żewġ tabelli li juru l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant.
Leg 9 PQ #10751 Sitting 178 1999-11-10 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Promozzjonijiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba parlamentari għall-mistoqsija parlamentari numru 10043, jista' l-Prim Ministru jgħid fejn ġew impjegati n-numru ta' 918 fl-1998 u 821 bejn Jannar u Settembru, 1999? Jista' jgħid kemm minn dawn il-persuni huma bil-kuntratt u kemm bl-approvazzjoni tal-Public Service Commission?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra żewġ skedi li juru fejn ġew impjegati d-918 reklutati mal-Gvern fl-1998, u t-821 li daħlu bejn Jannar u Settembru 1999. Dawn l-iskedi jinkludu dawk l-impjegati li daħlu bl-approvazzjoni tal-Public Service Commission, jew tal-Board of Local Examinations, iżda ma jinkludux persuni li huma bil-kuntratt.
Leg 9 PQ #11114 Sitting 177 1999-11-09 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM Circular 33/99

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' OPM Circular No 33/99?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, kopja ta' OPM Circular No 33/99.
Leg 9 PQ #10969 Sitting 176 1999-11-09 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Bonuses

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux se tingħata xi forma ta' bonus lil dawk l-impjegati fis-Servizz Pubbliku, li se jkunu xogħol nhar l-31 ta' Diċembru, 1999 bil-lejl u fl-1 ta' Jannar, 2000 bħalma huma l-infermiera, tobba, ħaddiema fl-isptarijiet, membri ta' l-AFM, pulizija, eċċ?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10663 f'Seduta Numru 170 ta' nhar it-2 ta' Novembru 1999, dwar l-istess suġġett.
Leg 9 PQ #11057 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10751?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar.
Leg 9 PQ #10907 Sitting 174 1999-11-04 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema Impressed

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-Gvern rigward dawk il-ħaddiema li huma impressed mal-Gvern peress li dan il-qasam kien jikkostitwixxi wegħda fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalita?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba li tajt fl-istess rigward għall-mistoqsija numru 9699 f'seduta numru 152 ta' nhar il-11 ta' Ottubru 1999.
Leg 9 PQ #10919 Sitting 174 1999-11-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Visti minn tobba

Question

Wara li ġiet riveduta l-iskema ta' visti minn tobba għall-impjegati fis-Servizz Pubbliku li jkunu ma jifilħux, jista'l-Prim Ministru jinformana kemm u min huma t-tobba li ġew ingaġġati għal dan l-inkarigu? Jista' l-Prim Ministru jgħid kif waslu għal din l-għażla? Jista' jgħid kemm qed jitħallsu t-tobba konċernati għal kull żjara? Jekk hemm xi forma ta' kuntratt bejn il-Ministeru u t-tobba, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il vista/żjara għamlu għand il-ħaddiema sa l-aħħar ta' Ottubru 1999?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi l-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 5325 f'seduta 73 tad-9 ta' Marzu 1999.
Leg 9 PQ #10920 Sitting 174 1999-11-04 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Riżultati ta' l-eżamijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għaddew applikanti mill-eżami tal-kitba għal suldati? Kemm se jintgħażlu minnhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9848 ta' nhar l-4 ta' Ottubru 1999.
Leg 9 PQ #10957 Sitting 174 1999-11-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumpannija Saipen — Tiftix għaż-żejt

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-kumpannija li kienet qed tagħmel it-tiftix għaż-żejt is-Saipen żarmat kollox minn Kerċem, Għawdex?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-Onorevoli Nterpellant ġentilment mitlub jirreferi għall-Press Release Numru 1540 maħruġa mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fit-8 ta' Ottubru 1999 fejn isib it-tweġiba għall-mistoqsija tiegħu.
Leg 9 PQ #10984 Sitting 174 1999-11-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata — Intervisti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9375, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-proċess ta' l-għażla ħa daqshekk fit-tul meta kien hemm żewġ applikazzjonijiet biss? Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux soltu li l-Armata ddum daqshekk biex tipproċessa għażla? Minn April sal-lum, jista l-Prim Ministru igħid kemm-il darba t-tabib ta' l-Armata mar jiċċekja nies id-dar li rrapportaw morda fost il-ġimgħa u fil-weekends, separatament?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-proċess ta' l-għażla ħa fit-tul għaliex mexa ma proċess ta' reklutaġġ ieħor fil-FAM. Is-soltu l-Armata, fejn in-numru ta' applikanti ma jkunx kbir, ma ddumx daqshekk biex tipproċessa l-għażla. Ninsab infurmat li minn April 1999 ma sarux visti d-dar mit-tabib ta' l-Armata.