In vista tal-mistoqsija parlamentari numru 3292, jista' l-Prim Ministru jieħu ħsieb li l-lista li ġiet kumpilata titqiegħed għaċ-ċirkolazzjoni tal-pubbliku in ġenerali, possibbilment ukoll fil-gazzetti lokali sabiex il-pubbliku jiġi mħajjar jakkwista kopja tagħhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Lista tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tiġi ppubblikata regolarment fil-Gazzetta tal-Gvern.
Kif jaf l-Onor Interpellant, ir-riklamar fil-gazzetti jiswa ħafna flus u għalhekk mhux kunsiljabbli li l-pubblikazzjonijiet imsemmija jiġu riklamati kif issuġġerit. Jista wieħed pero jikkunsidra jekk tali lista għandhiex tiġi ċirkulata lill-Kunsilli Lokali.
Billi dan l-aħħar żewġ gunners ingħataw il-wing's neċessarju biex ikunu jistgħu itajru ajruplani/helicopters ta' l-AFM, jidhirlu l-Prim Ministru illi dawn għandhom jiġu promoted minnufih għar-rank ekwivalenti għax-xogħol li jagħmlu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li diġa sar eżerċizzju dwar promozzjonijiet fl-Air Squadron, li jinkludi liż-żewġ gunners imsemmija fil-mistoqsija. Saru r-rakkomandazzjonijiet neċessarji li ġew approvati. Eżerċizzju simili qiegħed isir fil-Maritime Squadron ghħll-membri ta' l-Armata li għandhom ukoll ċerti kwalifiki u responsabilitajiet meqjusa essenzjali għall-Armata. Meta tingħata l-approvazzjoni meħtieġa, l-promozzjonijiet fiż-żewġ każi jitħabbru f'daqqa.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx suldati li għandhom trade u li qed jitħallsu extra tat-trade, meta huma qed jagħmlu xogħol mhux strettament konness mat-trade li għandhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Bħalissa fl-Armata hemm erba individwi li qegħdin jagħmlu xogħol li mhux strettament konness mat-trade li qegħdin jitħallsu għaliha. F'kull każ dan hu meħtieġ minħabba esiġenzi tas-servizz. Din is-sitwazzjoni tkun temporanja sakemm isir it-taħriġ u l-eżamijiet neċessarji f'dik it-trade li dawn l-individwi jkunu meħtieġa jaħdmu fiha.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet rikjesti biex il-mara jew ir-raġel jew partner jifforma parti uffiċjali minn delegazzjoni ministerjali? Kemm ilu dan il-Gvern waqt din il-leġislatura, kien hemm każi fejn ministru jew segretarju parlamentari siefru fuq xogħol governattiv u kienu akkumpanjati minn żwieġhom jew mill-partners tagħhom u li iffurmaw parti mid-delegazzjoni uffiċjali? Jekk iva, min kienu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi l-Onorevoli membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Nru 11443.
Inżid li kien hemm disa okkazjonijiet fejn Ministru jew Segretarju Parlamentari kienu akkumpanjati minn żwieġhom bħala parti minn delegazzjonijiet uffiċjali, wara li f'kull każ inkisbet l-approvazzjoni tiegħi kif mitlub f'Artikolu 32 tal-Kodiċi ta' Etika għall-Ministri u Segretarji Parlamentari li jgħid F'kazi fejn ikun kunsidrat li l-preżenza ta'mart jew ir-raġel tal-Ministru tkun neċessarja, l-ispejjez tas-safar tal-mara tal-Ministru (jew raġel skond il-każ jistgħu jitħallsu mill-fondi pubbliċi, sakemm ikun aċċertat li din il-parteċipazzjoni tkun fl-interess pubbliku. F'dawn il-każi għandha tintalab l-approvazzjoni tal-Prim Ministru . L-okkażjonijiet kienu:
Ministru/
Segretarju Parliamentari Destinazzjoni Okkazjoni
Prim Ministru Afrika t'Isfel Laqgħha tal-Kapijiet tal-Gvern tal-Commonwealth f'Durban
Repubblika Ceka Stedina għall-Malta Week fi Praga
Ministru ta' l-Edukazzjoni Italja Inawgurazzjoni mill-President ta' Malta ta' wirja f'Napli dwar Mattia Preti
Ministru tat-Turizmu Repubblika Ceka Stedina għall-Malta Week fi Praga
Russia/Cipru Stedina Ufficjali
Ministru għal Għawdex Stati Uniti u Żjara lil Emigranti Maltin
Kanada f'Toronto, Detroit u New York
Ministru għall-Affarijiet
Barranin Afrika t'Isfel Laqgħa tal-Kapijiet tal-Gvern tal-Commonwealth f'Durban
Segretarju Parlamentari
fil-Ministeru
għall-Edukazzjoni Principalita` Stedina Uffiċjali
ta'Liechtcnstein
Ċina Stedina Ufficjali
(Tweiba motija:30.11.99AM)
(Seduta Numru:192)
./2
Qġħ`gh6CJ6>*CJ5CJCJ!"pq8FPQ R`apqp
$$l'$$$$!"pq8FPQR`apqRSTiy%&'JY E`ehFRSTiy%&'JY,$
$$l' E`efghd$r
$$l'$200 P&P. A!"N$S%[8@8Normal5CJOJQJkHmH<A@ġ<Default Paragraph Font, @,Footer
!,@,Header
!hhh
h"+,.78>?KLNOSTdeh qvwyz~ĠĦ"#+,.;<BCFGMNX\fgikpqħżċ+,-0167<=CELMVW\ab jlrswxż()68EFOW_aghoqwxħ$&.0278?@DEKLQT\]ahistxyŻ' /0@AIJPQXY_`lmvwz'(/07LMSTY`fiOPMSEC,\\OASECRETARI AT\PROJECTS\DATA\PQ'S\11703.docOPM,\\OASECRETARIAT \PROJECTS\DATA\PQ'S\11703.docOPM0\\OASECRETARIAT\P ROJECTS\DATA\PQ'S\11703mail.docOPM0\\OASECRETARIAT \PROJECTS\DATA\PQ'S\11703mail.docOffice of the Prime MinisterC:\PQR\11703mail.doc@Mannesmann Tally T9005LPT1:HPPCLMannesmann Tally T9005Mannesmann Tally T9005@g,,@MSUDMannesmann Tally T9005dMannesmann Tally T9005@g,,@MSUDMannesmann Tally T9005dh`@GTimes New Roman5Symbol3&Arial7rTornado"CVh;&;&;&A$VĠ0s(\\OAS ECRETARIAT\PROJECTS\template\PQ.DOT11703Template for OPM SecretariatOPMOffice of the Prime MinisterOh+'0Ċ0<Xdp
|11703fTemplate for OPM SecretariatMiOPMPMPMPqOffice of the Prime MinisterMi2fiMicrosoft Word 8.0 @@@y:@jz:@jz:A.+,D.+,D
pxĊ
OPMSEC0@s
11703Title 6>_PID_GUIDAN{53A43AE0-A676-11D3-B99D-0000E879BACC }
!"#$%&'*Root EntryFWġz: Az:,1TableWordDocument4SummaryInformation(Document SummaryInformation8 CompObjjFMicrosoft Word DocumentMSWordDocWord.Document.89q
In vista tal-mistoqsija parlamentari numru 3292, jista' l-Prim Ministru jikkonsidra li terġa' tiġi stampata mill-ġdid il-Kostituzzjoni ta' Malta, possibbilment b'pubblikazzjoni aħjar billi dik ta' qabel issa spiċċat?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li għaddej il-proċess biex il-Kostituzzjoni ta' Malta tiġi stampata.
In vista tal-mistoqsija parlamentari numru 3292, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġie jiswa l-ktieb "Il-Ħajja ta' Rużar Briffa" ta' Oliver Friggieri? Kemm daħlu flus mill-bejgħ ta' l-istess, senjatament fl-aħħar fiera tal-ktieb miżmuma f'Novembru 1999? Jista' l-Prim Ministru jara ikunx hemm sforz biex dawk li għad fadal jiġu mibjugħa?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-ktieb Il-Ħajja ta' Ruzar Briffa ġie ppubblikat fl-1984 imma ma nżammewx records dwar kemm ġie jiswa. Il-ktieb jinbiegħ għal prezz ta' 50c u d-dħul totali mill-bejgħ tiegħu kien ta' Lm127.50.
Fil-Fiera tal-Ktieb ta' Novembru 1999 nbiegħu tnejn.
Is-suġġeriment magħmul fl-aħħar parti tad-domanda ser jiġi kkunsidrat.
In vista tal-mistoqsija parlamentari numru 3292, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġie jiswa l-ktieb "The Castellania Palace" ta' Paul Cassar? Kemm daħlu flus mill-bejgħ ta' l-istess, senjatament fl-aħħar fiera tal-ktieb miżmuma f'Novembru 1999? Jista' l-Prim Ministru jara jistax ikun hemm sforz biex dawk li għad fadal jiġu mibjugħa? F'din id-direzzjoni, jista' wkoll jara jekk dan il-ktieb jistax jiġi mqiegħed għal bejgħ fil-mużewijiet u palazzi storiċi kollha, inkluż fl-istess wieħed?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-ktieb Castellania Palace li ġie ppubblikat fl-1988 ġie jiswa Lm169 u jinbiegħ għal prezz ta' 75c.
Fil-Fiera tal-Ktieb ta' Novembru 1999 ma sarx bejgħ ta' l-istess ktieb.
Is-suġġeriment magħmul fl-aħħar parti tad-domanda ser jiġi kkunsidrat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-mission statement ta' l-Office of Review? Min se jkunu l-board members jew dawk li se jkunu qed imexxu dan l-uffiċċju f'kull ministeru?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-għan prinċipali ta' l-Office of Review huwa:
Li jikkordina u jissorvelja l-proġetti u l-inizzjattivi fi ħdan id-diversi Ministeri biex il-ħidma tagħhom titwettaq b'mod iktar effiċjenti u effettiv u b'kultura ta'cost consciousness.
Kull Office of Review se jitmexxa minn Change Manager li jirraporta direttament lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru. Il-proċess biex jiġu identifikati l-uffiċjali li se jkunu qed imexxu dan l-Uffiċċju għadu għaddej.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għandhiex il-kwalifiki meħtieġ sabiex tingħażel għal kors ta' l-MBA skond ir-risposta li ngħatata għall-mistoqsija parlamentari numru 9926?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi l-kwalifiki meħtieġa sabiex persuna tintgħazel għal kors ta' l-MBA huma stabbiliti mill-Universita li torganiżża l-kors. Il-persuna ndikata, li fil-fatt hija perit, ġiet ammessa għall-kors ta' l-MBA.
Jien infurmat ukoll li din il-persuna kienet issodisfat ukoll l-kriterji stabbiliti għal dan l-sponsorship.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi training isir lill-membri tal-Forzi Armati ta' Malta?
Jikkonsidra l-Prim Ministru li jekk il-gvern jingħaqad ma' l-UE bħala membru sħiħ aħniex se nipparteċipaw fil-partnership for peace?
Jista' jikkonferma li dawn jistgħu jintbagħtu barra minn Malta għal xogħol hemm?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Kull membru tal-Forzi Armati jingħata taħrig bażiku. Normalment dan iseħħ immedjatament wara l-ingaġġ u jista'jingħata kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta. Taħriġ ta' speċjaliżżazzjoni ta' tipi diversi jingħata lill-membri individwali jew gruppi skond ir-rwoli u x-xogħol tas-Sezzjonijiet fejn jiġu posted wara t-taħrig bażiku jew minn żmien għal żmien skond il-ħtieġa. Dan jinkludi wkoll korsijiet fl-edukazzjoni u snajja.
Is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja ma toħloq ebda obligu lill-pajjiż biex jissieħeb fil-PfP.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandha patrol boats il-Forzi Armati ta' Malta? Kif inhu x-schedule ta' dawn il-patrol boats, skond il-working hours? Kemm minnhom jagħmlu ronda madwar it-territorju Malti? Kemm joħorġu 'l barra? X'veloċita' għandhom dawn il-boats?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-Forzi Armati għandhom seba' patrol boats li kollha jintużaw għal xogħol ta' ronda u xogħol ieħor madwar it-territorju Malti.
Il-Forzi Armati għandhom ukoll zewġ SAR Launches li jintużaw għal xoghol ta' salvataġġ kif ukoll ċattra li tintuża għar-rimi ta' splussiv u xogħol ieħor konness ma tniġġis tal-baħar.
Nifhem li ma għandix tingħata nformazzjoni aktar minn hekk.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jkomplu jsiru l-interviews għall-health promotion officer? Minn min hu ffurmat il-bord ta' l-interviewers għal dan il-grad?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ġejt infurmat mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku li l-interviews għal ħatra ta' Health Promotion Officers saru u r-rapport tal-Bord ta' l-Għażla qed jiġi kkunsidrat.
Ma nħossx li hija etika f'dan l-istadju li nagħti nformazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-Bord ta' l-Għażla.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'equipment ġdid xtrat l-Armata din is-sena u x'tip ta' equipment ġie upgraded fl-istess żmien?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ma jidhirlix li l-informazzjoni mitluba għandha tiġi ppublikata. Jekk l-Onor Interpellant għandu xi ħtieġa għall-informazzjoni din tista tingħata kunfidenzjalment.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk persuna li tkun relatata ma' ministru tistax tifforma parti minn delegazzjoni ministerjali li tkun marret barra l-pajjiż? X'regoli jew kodiċi ta' etika jikkontrollaw dawn l-affarijiet?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ma hemm xejn fil-Kodiċi ta' Etika għall-Ministri u Segretarji Parlamentari - li jirregola eventwalitajiet bħal dawk imsemmija fil-mistoqsija - li jipprekkludi persuna relatata ma Ministru milli tifforma parti minn delegazzjoni ministerjali li tkun marret barra l-pajjiz.
Il-kriterji ewlenin li jiddeterminaw il-kompozizzjoni ta' delegazzjoni ministerjali ma jinkludux il-parentela ta' xi individwu imma huma invarjabbilment ristretti għall-kariga uffiċċjali tal-persuna konċernata u r-relevanza ta' l-esperjenza tagħha għax-xogħol u għall-għanijiet tad-delegazzjoni partikulari.
B'riferenza għad-dokument "Engagement of Staff for Private Secretaries" imqiegħed mill-Prim Ministru fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni din is-sena, jista' l-Prim Ministru jagħti lista bl-isem, il-kunjom, il-curriculum vitae u l-indirizz ta' l-impjegati kollha fi ħdan is-segretarjat privat tiegħu, kif ukoll jgħid liema salarji, benefiċċji jew allowances oħra dawn igawdu kif ukoll jgħid xi gradi jew pożizzjonijiet kienu jokkupaw qabel bdew jaħdmu kif imsemmi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-isem, il-kunjom u l-grad preżenti ta' l-impjegati kollha fi ħdan is-segretarjat privat tiegħi kif ukoll il-grad li kienu jokkupaw qabel.
Is-salarji, benefiċċji jew allowances oħra li jgawdu dawn l-impjegati huma skond id-dokument imsemmi fil-mistoqsija.
Ma narax il-htiega li jingħataw l-indirizzi privati ta' l-impjegati u l-curriculum vitae ta' kull wiehed.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li waqt attivita' uffiċjali sponsorjata minn ditta ta' ġojjelli li saret fil-Palazz il-Belt, fl-aħħar ġimgħa ta' Ottubru, minbarra suldati li ssejħu għal xogħol ta' sigurta' kien hemm fizzjal u suldati oħra lebsin pajżana jagħmlu xogħol simili ta' sigurta' bħal sħabhom iżda fuq bażi privata?
Peress li dan ix-xogħol privat qed jitmexxa minn uffiċjal li ismu jidher separatament, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dan ix-xogħol jidħolx f'konflitt dirett max-xogħol li l-istess membri ta' Armata huma mistennija jagħmlu mingħajr interessi personali?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dan il-fizzjal talabx permess biex jagħmel dan it-tip ta' xogħol u aktar minn hekk, iqabbad fizzjali u suldati oħra jidħlu għal dan ix-xogħol privat?
Jekk dan il-fizzjal għamel u qed jagħmel dan ix-xogħol privat li jmur direttament kontra l-interessi ta' l-Armata, qed jittieħdu passi dixxiplinarji kontrih kif jitolbu l-istess regolamenti ta' l-Armata?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li wara nvestigazzjonijiet li saru, jidher ċar li l-allegazzjonijiet fil-mistoqsija huma nfondati. Kien hemm biss suldat wieħed qed jagħmilha ta' driver mad-ditta tal-ġojjelli nvoluta f'din l-attivita uffiċjali b'risq il-Community Chest Fund. Dan kien qed jaħdem f'lok ħabib tiegħu li kien indispost u ma ħa l-ebda remunerazzjoni għal dan ix-xogħol.
Jista' l-Prim Ministru jgħid huwiex qed jiġi kkonsidrat mill-Armata għoti ta' midalja lill-gunner Simon Gauci illi salva 3 persuni minn ġo vettura taqbad fil-bypass ta' Birkirkara fl-1996? Persuna li dan il-gunner irnexxielu joħroġ mill-karozza mietet ftit wara l-isptar.
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-Armata qed tinvestiga l-każ biex tara hemmx lok għal sottomissjoni lill-Kumitat tan-Nomini skond l-Att ta l-1975 dwar Ġieħ ir-Repubblika.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm sewa fi flus ir-riċerka li għamilna għaż-żejt f'Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Infurmat li x-xogħol kollu relatat mal-bir f'Għawdex sewa lill-Gvern madwar Lm12,975,000. Kien hemm ukoll spejjez ohra ta madwar Lm1,193,000 fi hlas ta CET/ETP u VAT li gew irkuprati lura. Minn dawn l-ispejjez, madwar Lm4.8 miljuni kienu provduti taħt ir-Raba Protokol bejn Malta u l-Italja.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-ħajt tal-ground Pace Grasso jitnaddaf mis-suldati, kif kien miftiehem li jsir taħt Gvern Laburista?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Parlamentari Numru 3029 fis-Seduta Numru 49 nhar it-13 ta' Jannar 1999.