Is-Sur Richard Cachia Caruana — Joseph Fenech - Proklama
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk, peress li mix-xhieda fil-ġuri ta' Ian Farrugia ntqal mis-Sur Nicholas Jensen Testaferrata, l-unika persuna li kienet preżenti waqt l-attentat fuq l-assistent personali tiegħu, li l-persuna li wettqet l-attakk fuq l-assistent personali tiegħu ma kienet ħadd ħlief Joseph Fenech, u peress li l-istess Joseph Fenech ingħata proklama mill-Kabinett Nazzjonalista fuq parir tal-Prim Ministru bil-kundizzjoni li jgħid il-verita' u xejn inqas mill-verita', u peress li l-verżjoni ta' Joseph Fenech fil-qorti ma ġietx emnuta mill-ġurati u allura s-soċjeta', bl-aktar mod liberu u demokratiku, ma qisitx kredibbli l-verżjoni ta' Joseph Fenech u allura ma tikkorrispondix mal-verita', u peress li minħabba dan l-attentat is-Sur Richard Cachia Caruana ngħata kumpens sostanzjali mill-Gvern Nazzjonalista li jammonta għal eluf ta' liri, huwiex il-ħsieb tal-gvern li jfittex legalment lis-Sur Joseph Fenech għad-danni li l-gvern ħallas f'kumpens lis-Sur Richard Cachia Caruana?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Kif ġa ntqal fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 9799, l-Onorevoli Nterpellant jaf ben tajjeb li ma hux minnu li s-Sur Nicholas Jensen Testaferrata kienet l-unika persuna li kienet preżenti waqt l-attentat fuq l-assistent personali tiegħi, u mhux komprensibbli x'motivazzjoni jista għandu l-Interpellant li jirrepeti din l-allegazzjoni li manifestament mhux vera. Peress li l-mistoqsija ta' l-Onorevoli Nterpellant hija bażata fuq sensiela ta' premessi li fil-parti kbira tagħhom huma għal kollox skorretti kemm bħala fatt kif ukoll bħala liġi u għalhekk ma jidhirx li hu l-każ li tingħata xi risposta aktar minn dak li għadu kemm intqal.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienu l-aħħar riżultati dwar it-tħaffir għaż-żejt fil-Bir il-Madonna taż-Żejt f'Kerċem, Għawdex?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir aktar esplorazzjoni għaż-żejt fil-post imsemmi?
Jista' l-Prim MInistru jgħid x'kienu l-aħħar indikazzjonijiet u x'inhuma il-prospetti li jinstab iż-żejt fil-post imsemmi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jirreferi għall-Press Release numru 1540 maħruġa mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fit-8 ta' Ottubru 1999 fejn isib tweġiba għall-mistoqsija tiegħu.
Is-Sur Richard Cachia Caruana — Joseph Fenech - Laqgħat
Question
Jista'l-Prim Ministru jgħid jekk waqt il-laqgħat li kellu ma' Joseph Fenech, magħruf bħala Żeppi l-Ħafi, talabx jew ingħatax mingħand l-imsemmi Joseph Fenech ir-raġunijiet għaliex twettaq l-attakk fuq is-Sur Richard Cachia Caruana?
Peress li l-Prim Ministru esklama diversi drabi li kien konvint li l-attakk twettaq minħabba xi deċiżjoni amministrattiva li ttieħdet, jista' l-Prim Ministru jgħid: (1) fuq liema deċiżjonijiet amministrattivi kellu suspett li setgħu wasslu għall-attakk fuq ħajjet l-assistent personali tiegħu; (2) jekk waqt il-laqgħat ma' Joseph Fenech intalbietx informazzjoni minnu lil Joseph Fenech f'dan is-sens; (3) jekk intalbet x'irriżulta; (4) jekk irriżultalu liema deċiżjoni amministrattiva wasslet għall-attakk, x'sehem verament kellu minn din id-deċiżjoni l-assistent personali tiegħu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Kif jaf ben tajjeb l-Onorevoli Nterpellant jiena tajt ix-xhieda tiegħi fit-tul aktar minn darba dwar dak kollu sa fejn kelli x'naqsam jien fil-każ li għalih qiegħed jagħmel riferenza fl-interpellanza tiegħu u għalhekk ma hemm xejn iżjed xi nżid ma dak li diġa għidt pubblikament.
B'riferenza għall-korrispondenza datata 8 ta' Novembru, 1999 mill-President Maltese Cultural Association - li ismu qed jintbagħat separatament - jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra bil-konsiderazzjoni li għamel l-Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar dan il-każ?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-Convention of Leaders of Associations of Maltese Abroad and of Maltese Origin qed tiġi organiżżata mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin flimkien mal-Kummissjoni ta' l-Emigranti. L-Uffiċċju tiegħi nforma b'dan lill-President tal-Maltese Cultural Association filwaqt li għadda kopja ta' l-ittra tiegħu lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin għal kunsiderazzjoni tagħhom.
Kummissjoni Elettorali — Elezzjonijiet għall-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu u f'kemm ammonti kienu l-kandidati li kkontestaw l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali tal-Birgu, Luqa, Attard, Safi u Bormla fl-elezzjonijiet li saru f'Marzu ta' l-1998 u f'Marzu ta' l-1995?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kull kandidat, kandidat b'kandidat, x'okkupazzjoni ta' mpjieg jew xorta oħra ddikjara fl-applikazzjoni li issottometta quddiem il-Kummissjoni Elettorali?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
In-numru ta' kandidati li kkontestaw l-elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali f'Marzu 1998 għall-Birgu, Luqa, Attard u Safi kien ta' 36 mqassmin hekk:
9 Birgu
11 Luqa
11 Attard
5 Safi
Għal Bormla ma kienx hemm elezzjonijiet f'Marzu 1998.
Lista tal-kandidati u l-impjieg jew xogħol ieħor li ddikjaraw man-nominazzjoni tagħhom hija hawnhekk mehmuża.
Imkien f'Malta u f'Għawdex ma saru elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali f'Marzu 1995.
Jista'l-Prim Ministru jgħid x'riżultat u x'efffett ħalliet fir-rigward tat-tarznari l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, bil-konsulenza matul iż-żmien li din għamlet bħala konsulent tiegħu dwar it-tarznari?
Jista' l-Prim Ministru jgħid, sena b'sena kemm damet fil-ħatra ta'konsulent dwar it-tarznari, din il-persuna xi ħlas jew rimunerazzjoni rċeviet u x'kundizzjonijiet oħra kienet tgawdi?
Jista'l-Prim Ministru jgħid ukoll kemm-il darba siefret din il-persuna, fejn marret u kemm ġie jiswa dan is-safar kemm damet fil-ħatra ta' konsulent tiegħu dwar it-tarznari?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Kemm damet konsulent dwar it-tarznari, il-persuna msemmija kienet, bħal kull konsulent ieħor, tagħti pariri lill-Gvern fil-qasam li għalih ġiet appuntata. Minbarra xogħol normali ta' konsulenza, dan il-konsulent kien involut mill-qrib fin-negozjar tal-ftehim li ntlaħaq bejn il-Gvern u t-Tarzna ta' Malta fl-1989.
Ninsab infurmat li l-persuna msemmija, mill-15 ta' Ġunju 1987 sal-31 ta' Diċembru 1990, irċeviet Lm5,000 lira fis-sena u bonus ta' nofs is-sena u tal-Milied flimkien ma żidiet ta' l-għoli tal-ħajja, filwaqt li mill-1 ta' Jannar 1991 sat-28 ta' Novembru 1996 irċeviet rimunerazzjoni ekwivalenti għall-Skala 2 tas-Servizz Pubbliku.
Ma narax il-ħtiega li nagħti lista ta' safriet li saru aktar minn tmien snin ilu.
Jista' l-Prim Ministru jgħid u jagħti dettalji dwar dak li ġie rrapportat li qal lill-ġurnalisti wara l-laqgħa tal-Kabinett tat-Tnejn, 1 ta' Novembru, 1999 fejn skond "In-Nazzjon" tat-2 ta' Novembru, 1999 intqal li "Il-Kabinett iddiskuta l-bidliet li jridu jsiru mhux biss fid-dipartimenti tal-gvern iżda wkoll fil-ministeri? Qed ikun propost pjan li għandu jwassal biex il-ministeri kollha jkunu aktar effettivi fid-deċiżjonijiet. Bħala prijorita', l-ewwel li se jgħaddi minn din il-bidla hu l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni". Jista' l-Prim Ministru għaldaqstant ukoll jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-memorandum approvat mill-kabinett fl-istess laqgħa msemmija u li kien ippreżentat mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ma jidhirlix li għandi nagħti iżjed dettalji milli tajt fuq dak li ġie diskuss fil-laqgħa msemmija tal-Kabinett, ħlief li nżid li l-proposti għall-proċess ta' tibdil u ristrutturar fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u fid-dipartimenti li jaqgħu taħtu huwa wkoll tkomplija tal-proċess li kien beda xi snin ilu u li kien ġie sostnut ukoll mill-amministrazzjoni preċedenti, u li l-proposti li saru mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni ġew ikkunsidrati wkoll fl-isfond tar-riżorsi umani li jridu jiġu allokati mill-Management Efficiency Unit ta' l-Uffiċċju tiegħi sabiex jitwettqu riformi simili fil-Ministeri l-oħra bil-għan li jitjiebu l-operazzjonijiet tagħhom u li jingħata servizz aħjar lill-klijenti tagħhom.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, kif jaf l-Onorevoli Membru, għall-ragunijiet imfissra fil-Kodiċi ta' Etika għall-Ministri u Segretarji Parlamentari, dokumenti tal-Kabinett mhumiex, bħala regola ġenerali, magħmula pubbliċi.
Jista' l-Prim Ministru bħala ministru responsabbli mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku u l-Management and Personnel Office jgħid meta hemm il-ħsieb li jsiru l-intervisti għas-sejħa għall-applikazzjoni li kienet ġiet ippubblikata fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti għall-post ta' Assistant Technical Officer (Draughtsmanship) fi ħdan id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat li wara li twaqqaf Office of Review fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni biex jiffaċilita l-proċess ta' bidla fl-istrutturi li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru, inħass il-bżonn li sakemm isir dak it-tibdil li jkun meħtieġ, ma jsirux ħatriet għal dawk il-gradi li għandhom x'jaqsmu ma proġetti kapitali u proġetti ta' refurbishment u maintenance.
B'riferenza għal avviż li deher fil-ħarġa ta' l-10 ta' Awissu, 1999 ta' The Times igħid min huma l-erba' executives li ntgħażlu mis-Central Information Management Unit billi jagħti l-isem, il-kunjom, l-indirizz, il-curriculum vitae u dettalji dwar salarji, benefiċċjhi u allowances li ġew offruti kif ukoll igħid minn min kien kompost il-Bord ta' l-Għażla ta' dawn l-executives?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-proċess ta' l-għażla għall-pożizzjonijiet ta' Executives mas-Central Information Management Unit għadu ma ntemmx.
Peress li jirriżulta li l-Armata mhijiex titħallas għas-servizzi ta' sigurta' li jagħmlu l-ħaddiema tar-Revenue Security Corps mal-Ħal Far Groupage Bonded Stores, jista' l-Prim Ministru jinformani x'inhija r-raġuni?
Jassigura lill-Kamra li l-impjieg ta' dawn il-ħaddiema m'huwiex mhedded u ċioe' li huwa assigurat li dawn il-ħaddiema se jkomplu jagħmlu l-istess xogħol fil-futur kif ġie mwiegħed lilhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11172 f'seduta numru 192.
Peress li jirriżulta li l-Armata mhijiex titħallas għas-servizzi ta' sigurta' li jagħmlu l-ħaddiema tar-Revenue Security Corps mal-Customs Cash Office, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhija r-raġuni?
Jassigura lill-Kamra li l-impjieg ta' dawn il-ħaddiema mhuwiex mhedded u ċioe' li huwa assigurat li dawn il-ħaddiema se jkomplu jagħmlu l-istess xogħol fil-futur kif ġie mwiegħed lilhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11172 f'seduta numru 192.
Peress li jirriżulta li l-Armata mhijiex titħallas għas-servizzi ta' sigurta' li jagħmlu l-ħaddiema tar-Revenue Security Corps mad-Dipartment ta' l-Inland Revenue, jista' l-Prim Ministru jinformani x'inhija r-raġuni?
Jassigura lill-Kamra li l-impjieg ta' dawn il-ħaddiema m'huwiex mhedded u ċioe' li huwa assigurat li dawn il-ħaddiema se jkomplu jagħmlu l-istess xogħol fil-futur kif ġie mwiegħed lilhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11172 f'seduta numru 192.
Peress li jirriżulta li l-Armata mhijiex titħallas għas-servizzi ta' sigurta' li jagħmlu l-ħaddiema tar-Revenue Security Corps mad-Dipartment ta' l-Artijiet, jista' l-Prim Ministru jinformani x'inhija r-raġuni?
Jassigura lill-Kamra li l-impjieg ta' dawn il-ħaddiema m'huwiex mhedded u ċioe' li huwa assigurat li dawn il-ħaddiema se jkomplu jagħmlu l-istess xogħol fil-futur kif ġie mwiegħed lilhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11172 f'seduta numru 192.
Peress li jirriżulta li l-Armata mhijiex titħallas għas-servizzi ta' sigurta' li jagħmlu l-ħaddiema tar-Revenue Security Corps mad-Dipartiment tal-Lottu, jista' l-Prim Ministru jinformani x'inhija r-raġuni?
Jassigura lill-Kamra li l-impjieg ta' dawn il-ħaddiema m'huwiex mhedded u ċioe' li huwa assigurat li dawn il-ħaddiema se jkomplu jagħmlu l-istess xogħol fil-futur kif ġie mwiegħed lilhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11172 f'seduta numru 192.
B'riferenza għall-avviż li deher fil-ħarġa tal-31 ta' Awissu 1999 tal-Gazzetta tal-Gvern, jista' l-Prim Ministru jgħid x'wassal li ta l-parir lill-President ta' Malta biex il-Ministru ta' l-Edukazzjoni jassumi d-dmirijiet addizzjonali ta' Prim Ministru b'seħħ minn nhar il-Ħadd id-29 ta' Awissu 1999, filwaqt li jgħid kemm kien twil il-perijodu li kien assenti fih u għal-liema raġuni dan seħħ?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-parir imsemmi huwa wieħed normali li l-Prim Ministru jagħti lill-President skond artiklu 83(1) tal-Kostituzzjoni kull meta hu (il-Prim Ministru) ikun assenti minn Malta.
Il-Gazzetta tal-Gvern tat-3 ta' Settembru 1999 kienet ġabet l-avviż li jien kont erġajt dħalt għad-dmirijiet tiegħi ta' Prim Ministru mill-1 ta' Settembru 1999.
Fit-tlett ijiem li kont imsiefer il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali kien ukoll imsiefer.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-Armata ġietx infurmata li l-HSBC (Mid-Med) se jwaqqaf is-servizzi tar-Revenue Security Corps?
Jekk iva, x'se jiġri minn dawn il-ħaddiema u ċioe' fejn se jintbagħtu sabiex iservu l-professjoni tagħhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-Armata ma hiex infurmata li l-HSBC se tieqaf tagħmel użu mis-serviżżi tar-Revenue Security Corps.
Peress li jirriżulta li l-Armata mhijiex titħallas għas-servizzi ta' sigurta' li jagħmlu l-ħaddiema tar-Revenue Security Corps mal-Monti di Pieta', jista' l-Prim Ministru jinformani x'inhija r-raġuni?
Jassigurta lill-Kamra li l-impjieg ta' dawn il-ħaddiema m'huwiex mhedded u ċioe' li huwa assigurat li dawn il-ħaddiema se jkomplu jagħmlu l-istess xogħol fil-futur kif ġie mwiegħed lilhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li f'Awissu 1999, il-Ministeru tal-Finanzi awtoriżża li l-Armata titħallas għas-servizzi ta' sigurta li jagħmlu l-membri tar-Revenue Security Corps mad-Dipartimenti tal-Gvern, b'effett mill-ewwel ta' Jannar 2000. Ma naf bl-ebda theddida għall-impieg ta' dawn il-ħaddiema.
Peress li jirriżulta li l-Armata mhijiex titħallas għas-servizzi ta' sigurta' li jagħmlu l-ħaddiema tar-Revenue Security Corps ma' l-iStamperija tal-Gvern, jista' l-Prim Ministru jinformani x'inhija r-raġuni?
Jassigura lill-Kamra li l-impjieg ta' dawn il-ħaddiema m'huwiex mhedded u ċioe' li huwa assigurat li dawn il-ħaddiema se jkomplu jagħmlu l-istess xogħol fil-futur kif ġie mwieġħed lilhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-Tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11172 fis-seduta ta' llum.
Peress li jirriżulta li l-Armata mhijiex tħallas għas-servizzi ta' sigurta' li jagħmlu l-ħaddiema tar-Revenue Security Corps mal-Malta International Airport, jista' l-Prim Ministru jinformani x'inhija r-raġuni?
Jassigura lill-Kamra li l-impjieg ta' dawn il-ħaddiema m'huwiex mhedded u ċioe' li huwa assigurat li dawn il-ħaddiema se jkomplu jagħmlu l-istess xogħol fil-futur kif ġie mwiegħed lilhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li membri tar-Revenue Security Corps jagħtu żewġ servizzi fil-Malta International Airport. Wieħed huwa tal-Cash Escort mill-Cargo Section f'isem il-Kontrollur tad-Dwana u dan is-servizz se jħallas għalih l-istess Dipartiment tad-Dwana b'effett mill-1 ta' Jannar 2000. L-ieħor huwa servizz ta' skorta mal-posta. Dan se jieqaf skond arranġamenti ma l-Airport Security Committee u ma jidhirlix li għandhom jixxandru d-dettalji. Hemm xogħol ieħor fi ħdan l-RSC għal individwi li kienu jagħmlu dan ix-xogħol.