Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk wassalx l-ilment tiegħi lill-kummissarju tal-pulizija dwar ħruġ ta' permessi għall-party ġewwa Paradise Bay fl-4 ta' Ġunju li ġej?
Response (BORG, TONIO)
Gentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-Twegiba li jien tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari numru W255.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'kemm-il kas l-avukati tar-Repubblika appellaw għal xi sentenzi mogħtija mill-qorti s-sena l-oħra u din is-sena u x'kien ir-reat u s-sentenza f'kull kas?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' kawzi li l-Avukati tal-Ufficju ta' l-Avukat Generali appellaw minnhom huma s-segwenti:
Fis-sena 2005 gew appellati 49 kaz, li 3 minnhom kienu b'ammissjoni u gew appellati skond l-artikolu 392A1.
Fis-sena 2006 gew appellati (sa l-ahhar ta' April) 27 kaz.
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bl-informazzjoni mitluba dwar dawn il-kawzi:
Nru 1. Tabella ta' kawzi appellati mill-Avukati tar-Repubblika ta' Malta ghal sentenzi moghtija mill-Qorti ghas-sena 2005 u 2006.
Nru 2 (a) (b) (c). L-ismijiet tal-kawzi li gew appellati u decizi ghas-sena 2005.
Nru 3. L-ismijiet tal-kawzi li gew appellati u decizi ghas-sena 2006.
Wara li rċevejt numru ta' ilmenti minn nies adulti li jmorru Paceville tard filgħaxija fi tmiem il-ġimgħa, kif il-pulizija m'hu qed tagħmel xejn meta tara numru ta' żgħażagħ ta' l-etajiet ta' 14 u 15-il sena mitfugħa fis-sakra fl-art, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'għandu jkun ix-xogħol tal-pulizija f'każi bħal dawn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi għalkemm il-bejgħ ta' alkoħol lill-persuni taħt is-sittax il-sena huwa reat, il-konsum ta' alkoħol minn persuni ta' din l-eta' mhux. Infurmat ukoll illi l-Pulizija qed tagħmel ħilitha sabiex kemm jista' jkun ma jkunx hemm tali konsum, speċjalment f'lokalitajiet fejn ikun hemm konċentrazzjoni ta' żagħżagħ, billi fejn jiġu osservati żagħżagħ li jkunu qed jixorbu l-alkoħol, dawn ikunu mitkellma sabiex isir magħruf minn fejn ikun inkiseb l-alkoħol. Jekk ikun il-każ, tingħata wkoll assistenza meħtieġa. Pero' bħal ma naħseb japprezza l-Onorevoli Interpellant, il-Pulizija trid topera fil-parametri tal-liġi.
Issa li waslet biex tispiċċa s-sena skolastika, jista' il-Viċi Prim Minstru jgħid x'jista' isir ħalli l-pulizija tkun tista' tagħmel sorveljanza fejn se jsiru l-parties organizzati minn studenti tal-Form 5, ħafna drabi mhux taħt l-awspiċi ta' l-iskola konċernata? X'jista' isir ħalli ma jsirx konsum ta' alkaħol fejn mhux suppost u li anke ma jkunx hemm konsum ta' droga?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kull disco, ballu, żfin jew xi attivita' oħra bħal dik li jsiru f'postijiet mhux liċenzjati bħala post ta' divertiment, jinħtieġu il-permess mingħand il-Kummissarju tal-Pulizija. Il-kondizzjonijiet li marbuta ma' dawn il-liċenzji, jinkludu wkoll li jrid ikun hemm preżenza ta' membri tal-Korp tal-Pulizija, sabiex jissorveljaw l-andament ta' l-attivita'. Infurmat ukoll illi l-Pulizija regolarment tagħmel spezzjonijiet f'postijiet meta tkun taf li ser isiru xi parties bħal dawn f'postijiet liċenzjati bħala lokalitajiet ta' divertiment u għaldaqstant ma jkunx meħtieġ permess espressament għal dik l-attivita'.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kemm kienet l-ispiża tas-safar tal-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid matul l-2005 kemm persuni nqabdu jsuqu vettura mingħajr polza ta' assigurazzjoni, kemm persuni tressqu l-qorti akkużati b'sewqan mingħajr il-polza ta' assigurazzjoni u kemm persuni nstabu ħatja ta' sewqan mingħajr polza ta' assigurazzjoni? X'pieni weħlu, anke b'mod globali, f'multi u/ jew ħabs dawk misjuba ħatja ta' sewqan bla polza ta' assigurazzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2005 kien hemm 155 persuna li tressqu l-Qorti mill-Pulizija talli nqabdu jsuqu vettura mingħajr ma kienu koperti b'polza ta' assigurazzjoni, filwaqt li kien hemm 35 persuna oħra li tressqu l-Qorti fuq sewqan ta' vettura mingħajr liċenzja tas-sewqan u għaldaqstant ma kienux koperti b'polza ta' assigurazzjoni.
Infurmat ukoll illi matul is-sena l-oħra, wkoll, kien hemm 177 persuna li kellhom il-każ tagħhom deċiż quddiem il-Qorti u instabu ħatja li ma kienux koperti b'polza ta' assigurazzjoni waqt li kienu qed jagħmlu użu minn xi vettura. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, jien infurmat li ma tinżammx statistika bil-mod kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant. Il-pieni mogħtija kienu dawk stabbiliti skond il-liġi.
Jista’ l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond bid-dettalji li qed jintbagħtu separatament hux tal-joint office, jekk hux rekwiżizzjonat.
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li mill-informazzjoni li irċieva sa issa l-Uffiċċju Konġunt mingħand l-Entitajiet Ekklesjastiċi, jirriżulta li l-fond in kwistjoni mhux amministrat minn dan id-Dipartiment.
Informazzjoni dwar "requisition orders" tista' tinkiseb mingħand id-Dipartiment għal Akkomodazzjoni Soċjali. L-Onorevoli Interpellant għandu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil Ministru konċernat.
Jista’ l-Viċi Prim Ministru jgħid meta mistennija l-inkwilini tal-postijiet li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, jixtru l-fond tagħhom peress li qed jingħad li ma jistgħux jinxtraw minħabba li l-art għadha proprjeta’ ta’ l-Uffiċċju Konġunt?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li applikazzjonijiet minn inkwilini ta' fondi li inbnew fuq art li għadha amministrata mill-Uffiċċju Konġunt u li l-kera tagħhom titħallas fid-Dipartiment tal-Artijiet ser jiġu pproċessati taħt il-linji ta' gwida għal bejgħ ta' fondi użati għal residenza u amministrati mill-istess Uffiċċju Konġunt.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra liema art fil-bajja ta' San Ġiljan (Spinola Bay) tista' tintuża mill-operaturi ta' restaurants li hemm u liema art hija għad-dispożizzjoni tas-sajjieda?
Jista' jgħarraf lill-Kamra b'liema kondizzjonijiet ingħatat lil dawn ir-ristoranti?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta tal-bajja ta' Spinola li turi lokalitajiet mogħtija b'encroachment mit-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern fejn jistgħu jitpoġġew imwejjed u siġġijiet minn stabbilimenti. Il-parti tal-mistoqsija dwar liema art hija għad-disposizzjoni tas-sajjieda għandha ssir lil Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jispjega kif Cafe' Cordina ħa over l-area ta' l-imwejjed tal-Premier mingħajr qatt ma ħarġet tender?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi "l-area ta' l-imwejjed tal-Premier" hija mogħtija lill-kumpannija Cities Entertainment li għandhom titolu ta' ċens temporanju fuq il-Cafe' Premier. Il-kumpanija għandha talba pendenti biex tikri lis-sinjuri Cordina partijiet minn din il-proprjeta' skond il-kundizzjonijiet li għandha fil-kuntratt ta' ċens.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-pulizija qed twaqqaf protestanti paċifiċi kontra vapuri tal-gwerra li jkunu fil-portijiet tagħna?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi immedjatament wara li seħħet l-aħħar protesta dwar il-vapuri tal-gwerra, l-amministrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija, wara li għamlet l-indaġini sabiex tistabbilixxi r-raġuni tas-sekwestru tal-materjal użat f'din il-protesta, tat struzzjonijiet sabiex il-materjal sekwestrat ikun irritornat lill-organizzaturi. Sussegwentement ġiet ukoll imsejħa laqgħa ma' l-organizzaturi ta' din il-protesta, fejn ġie spjegat lilhom il-parametri legali li għandhom jiġu segwiti f'manifestazzjoniijiet bħal dawn. Dawn fehmu l-pożizzjoni tal-Korp u pprommettew li ser jibdew josservaw dawn il-parametri.
Infurmat ukoll, illi sabiex ma jkunx hemm diskrepanzi fl-operat tal-Pulizija waqt protesti pubbliċi, l-amministrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija kienet ħarġet struzzjonijiet ta' kif il-membri tal-Korp għandhom jaġixxu f'manifestazzjonijiet bħal dawn, fis-sens li sa kemm tali manifestanti ma jkunux qed jiddisturbaw il-kwiet u l-paċi pubblika, jew jikkaġunaw allarm pubbliku, b'wiri ta' armi jew kitbiet sedizzjużi, razzjali jew oġġezzjonali moralment, jew joħolqu inkonvenjent fit-tmexxija tat-traffiku ta' vetturi jew ta' nies, u jkunu qegħdin jaġixxu paċifikament, allura ma hemmx lok ta' intervent tal-Pulizija biex twaqqafhom. Anzi kull intervent għandu jkun wieħed ibbażat fuq id-demokrazzija li jħares id-dritt tal-manifestanti bil-mod li huma għażlu li juru l-approvazzjoni jew id-diżapprovazzjoni tagħhom f'dik il-manifestazzjoni.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-wardens is-sena l-oħra, kemm hu t-total ta' flus dovut b'dawn iċ-ċitazzjonijiet u għaliex ingħataw iċ-ċitazzjonijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fis-sena 2005 il-Gwardjani Lokali taw 224,180 il-ċitazzjoni. It-total ta' flus dovut b'dawn iċ-ċitazzjonijiet jammonta għal Lm1,545,403.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi għalxiex ingħataw dawn iċ-ċitazzjonijiet.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18982, jista' il-Viċi Prim Ministru jġħid jekk itteħdux passi kontra dawk li pprovaw jidħlu Malta b'xi dokument falz? Kemm kien hemm minn dawn il-każi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kien hemm 19-il persuna ta' nazzjonalita' barranija li mal-wasla tagħhom f'Malta instab li kellhom xi dokument falsifikat. Dawn kollha ntbagħtu lura immedjatament.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati ittri uffiċjali fl-2004 u l-2005 fil-prim'awla tal-qorti ċivili u fil-qorti tal-maġistrati, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex? X'effett ħalliet il-proċedura li kienet iddaħlet fl-1 ta' Awissu, 2005 għal krediti ta' anqas minn Lm5,000?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ ittri uffiċjali ppreżentati fl-2004 u fl-2005 fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kif ukoll fil-Qorti tal-Maġistrati huwa kif indikat fit-tabella li tidher aktar l’isfel.
L-ittra uffiċjali li kienet iddaħħlet fl-1 ta’ Awissu 2005 għal krediti ta’ anqas minn Lm5000 kellha effett tajjeb ħafna. F’temp ta’ ħames xhur, sa’ l-aħħar ta’ 2005 kienu ġew ippreżentati 1429 li setgħu potenzjalment jissarfu f’kawżi li kieku l-kredituri ma sabux ir-rimedju f’din l-ittra. Sat-18 ta’ Mejju 2006 diġa` ġew ippreżentati 1272 ittra oħra taħt dan l-artikolu.
Mill-istatistika jidher ukoll li l-kawżi introdotti fil-Qorti tal-Maġistrati u fit-Tribunal għal Talbiet Żgħar naqsu wkoll u dan jista’ jkun effett dirett ta’ l-ittra uffiċjali skond l-Artikolu 166A. Filwaqt li sa’ April 2005 kienu ġew introdotti 252 kawżi fil-Qorti tal-Maġistrati dan l-ammont naqas għal 117 sa’ April 2006. Bħala total tal-kawżi pendenti fl-istess Qorti, sa’ April 2005 l-ammont kien ta’ 1307 b’paragun ma’ 1131 sa’ April 2006.
Fit-Tribunal għal Talbiet Zghar in-numru ta’ talbiet intavolati sa’ April 2005 kien ta’ 972 b’paragun ma’ 368 sa’ April 2006. F’dan l-istess Tribunal in-numru ta’ kawżi pendenti wkoll niżel minn 2160 sa’ April 2005 għal 1396 sa’ April 2006.
2004 2005
Maġistrati
Prim’Awla*
Maġistrati
Prim’Awla*
Ittra Uffiċjali
7,765
4,629
10,385
5,591
Ittra Uffiċjali
(ai termini ta’ l-Art. 166A)
-
-
1,429
-
Ittra Uffiċjali
(bil-Kambjali)
352
30
511
80
Total
8,117
4,659
12,325
5,671
* Tinkludi wkoll ittri ufficjali pprezentati fir-Registru tal-Qorti tal-Familja
It-tagħrif dwar il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) huwa s-segwenti:
Sena 2004
Ittri ufficcjali (normali)
Sena 2005
Ittri ufficcjali (normali)
Sena 2005
(mill-1 ta’ Awissu)
Ittri ufficcjali (skond l-artikolu 166A tal-Kap. 12)
Qorti tal-Magistrati (Għawdex) Superjuri
874 **
623
Mhux applikabbli
Qorti tal-Magistrati (Għawdex) Inferjuri
257
59
TOTAL
874
880
59
** Peress illi s-sistema kumpjuterizzata tal-Cash book fuq il-programm LECAM użata llum ġiet introdotta fi Frar 2005, u dawk l-ittri li ġew preżentati sa dakinhar ma ġewx klassifikati skond il-ġurisdizzjoni minn fuq is-sistema preċedenti msejħa CORTEX għal fuq il-LECAM, ma tistax tingħata tali klassifikazzjoni.
Barra mill-ittri uffiċċjali indikati fit-tabella ta’ hawn fuq, ġew preżentati żewġ ittri uffiċċjali oħra b’kambjala ai termini ta’ l-Artikolu 253(e) matul is-sena 2005.
Dwar il-mistoqsija ta’ x’kien l-effett li ħalliet il-proċedura li kienet iddaħħlet fl-1 ta’ Awissu 2005 għall-krediti ta’ inqas minn Lm5,000, (skond l-Artikolu 166A tal-Kap. 12), jingħad illi 23 ittra mit-total ta’ 59 li ġew preżentati matul il-perjodu 1 ta’ Awissu 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2005, ġew rezi eżekuttivi. Għalhekk jista’ jingħad illi ġew evitati daqstant kawżi bil-vantaġġ illi l-kreditur kiseb b’mod speċjattiv u bi ftit spejjeż, titolu eżekuttiv fi żmien xahar minflok ma dam jiqqortja xhur jew snin. Dan huwa ta’ vantaġġ kemm għall-kreditur innifsu kif ukoll għad-debitur.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni tressqu l-qorti kull sena bejn l-2000 u l-2005 akkużati bi traffikar ta' droga?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-snin 2000 u 2005, il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 641 persuna fuq akkużi relatati ma’ traffikar ta’ droga, kif jidher hawn taħt:
2000127
2001110
2002107
200361
2004143
200593
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'ammont ħallas il-gvern għal espropriazzjoni ta' art mill-2000 'il hawn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta' kumpens li tħallas mill-Gvern mis-sena 2000 'il hawn għal artijiet esproprijati kien kif ġej:
Fis-sena 2000 Lm5,286,863
Fis-sena 2001 Lm3,952,966
Fis-sena 2002 Lm2,256,296
Fis-sena 2003 Lm2,305,807
Fis-sena 2004 Lm5,173,804
Fis-sena 2005 Lm6,257,864
Fis-sena 2006* Lm1,092,631
*sal-20 ta' Mejju.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijet, maqsuma f'irġiel u nisa, fl-aħħar sejħa għall-ingaġġ ta' kuntistabbli? Kemm hu n-numru ta' postijiet li se jimtlew?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kien hemm 346 persuna - 209 irġiel u 137 nisa - li applikaw fl-aħħar sejħa għall-ingaġġ bħala kuntistabbli fil-Korp tal-Pulizija. Huwa maħsub li 100 rekluta jkunu ingaġġati.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ngħataw ċittadinanza Maltija kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin u minn liema pajjiż kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu diġa' ingħatat fit-Tweġibiet li tajtu għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 13530 u Nru. 15796.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jsiru l-arranġamenti meħtieġa sabiex familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tkun tista' tħallas iċ-ċens dovut lid-dipartiment ta' l-artijiet tar-raba' in kwestjoni u dan fid-dawl li l-iżviluppi li kellhom isiru fil-madwar u cioe' fix-Xemxija Bypass issa lesti? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern qegħda tistenna survey mingħand l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku ħalli tkun tista' tagħmel pjanti ġodda u tirrikonoxxi lill-bdiewa fil-qbiela tal-art agrikola li fadal mill-għalqa oriġinali.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18245, peress li l-pulizija għandha poteri li tgħalaq postijiet li jkunu ddaħħlu tfal taħt is-16-il sena f'postijiet ta' divertiment, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex dan ma jsirx speċjalmnet meta jkun hemm sidien li kontinwament jiksru din il-liġi? Kemm-il post ta' divertiment ingħalaq immedjatament mill-pulizija fl-2005 u s'issa din is-sena minħabba li ddaħħlu tfal taħt l-eta'? F'liema lokalitajiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi skond ir-Regolamenti biex jinżamm il-Bon Ordni f'Lokalitajiet ta' Divertiment, (Avviż Legali 124/95), meta tinsab xi persuna li ma tkunx għalqet is-sittax-il sena f'lokalita' ta' divertiment, u meta l-proprjetarju jinsab ħati, hija l-Qorti, fil-każ tat-tieni reat jew reat ieħor sussegwenti u fuq talba tal-prosekuzzjoni, li tista' tissospendi l-liċenzja relattiva. Infurmat ukoll illi matul is-sena 2005 kien hemm stabbiliment wieħed ġewwa Wied il-Għajn li kellu l-liċenzja hekk sospiża, filwaqt li matul din is-sena, s'issa, kien hemm tlett stabbilimenti, wieħed f'Wied il-Għajn u tnejn f'San Ġiljan.