Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' tobba li qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom fil-qasam tal-ġerjatrija? Jista' jagti breakdown dettaljat ta' l-istaff mediku nvolut, i.e. kemm hemm konsulenti, registrars, eċċ.?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
Supretendent
1
Konsulenti
5
Senior Registrars
1
Expatriate Senior Registrar
1
Registrars
4
Medical Officers
9
Total
21
Jista' il-Ministru jinformani x'ġara mit-talbiet tiegħi u tal-Kunsill Lokali tar-Rabat dwar l-estensjoni taċ-ċimiterju tar-Rabat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sitwazzjoni dwar iċ-Ċimiterju tar-Rabat għada l-istess kif ġiet riferuta fir-risposta għal mistoqsijiet Parlamentari numru 6594 u 9863 rispettivament.
Jista' il-Ministru jara li jitmexxa 'il quddiem każ ta' anzjana - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li tgħix waħedha u hemm bżonn urġenti li tidħol fl-SVPR?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-riferenza tal-applikazzjoni u l-isem li ingħataw bħala dettalji fil-mistoqsija ma jaqblux. Ir-riferenza hi ta' persuna oħra.
Ministeru tas-Saħħa — Ħaddiema msiefrin fuq xogħol
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm impjegati fil-ministeru siefru fuq xogħol matul is-sena 2004? F'liema pajjiżi marru? Kemm minnhom siefru economy class u kemm business class/club class? Kemm kienu l-allowances li ħadu? Kemm minnhom siefru darba, darbtejn, tliet darbiet, erba' darbiet, ħames darbiet, sitt darbiet u aktar? Kemm kienet l-ispiża totali għad-dipartiment? Kemm total ta' ġranet damu msiefra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qegħda tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi azzjoni ndustrijali fir-residenza San Vincenz de Paule? X'inhuma r-raġunijiet? Kif qed taffettwa l-indafa tas-swali ta' l-anzjani? Kemm ilhom ma jitnaddfu u jinżammu b'mod diċenti s-swali ta' l-anzjani?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent m'hemm l-ebda azzjoni industrijali fir-Residenza San Vinċenz de Paule.
Jista' il-Ministru jgħid f'liema dipartimenti fil-ministeru tiegħu saret l-għażla ta' Green Leaders?
Saret sejħa għall-applikazzjonijiet fid-dipartimenti konċernati?
Xi kwalifiki għandhom dawn il-persuni? Kemm se jitħallsu ta' dan ix-xogħol?
Hemm xi allowances marbuta ma' din il-pożizzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Green Leaders ġew nominati mis-Segretarju Permanenti wara li ntalbu mis-Segretarju Prinċipali Ewlieni fl-Ufiċċju tal-Prim Ministru.
M'hemm l-ebda ħlas jew
allowances
marbuta ma' dan l-inkarigu.
Jista' il-Minsitru jgħid kemm hu n-numru totali ta' nurses impjegati fid-dipartiment tas-saħħa? Kemm minn dawn huma ta' nazzjonalita' barranija u ta' liema nazzjonalita' huma?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru totali ta' Nurses impjegati fid-Dipartiment tas-Saħħa huwa 1393. Barra minn hekk hemm 93 li huma mpjegati bħala Casual Nurses, kif ukoll 78 li huma mpjegati bħala Part-Timers.
In-numru ta' Nurses li huma ta' nazzjonilita barranija huwa 42. Dawn ġejjin mill-pajjiżi kif ġej:
Maċedonja
1
Polonja
4
Serbia Montenegro
5
Albanija
3
Filippini
5
Repubblika Slovakka
1
Ġermanja
2
Indja
2
Bosnia
2
Russja
1
Pakistan
1
Bulgarija
2
Ingilterra
4
Niġerja
8
Finlandja
1
Total
42
Il-gvern huwa konxju mill-fatt li speċjalisti Taljani qed jipprovaw jintroduċu miżuri fil-kura ta' l-infertilita' li ġew iddikjarati lleċiti fl-Italja riċentement?
Fl-assenza ta' regolamenti li jirregolaw dawn it-tip ta' każi u interventi, x'miżuri qed jieħu d-dipartiment biex trattamenti ta' natura kontroversjali u mhux stabbiliti li ġew imwaqqfa fl-Italja ma jsirux hawn Malta/
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-diskussjonijiet li għaddejjin fil-preżent f'wieħed mill-Kumitati tal-Kamra u nħeġġu jattendi u jipparteċipa f'dan l-istadju bikri.
Jista' il-Ministru jgħid, minħabba li huma bosta l-anzjani li għandhom is-servizz tal-helpers u li għal dan is-servizz, mill-pensjoni, persuna waħedha titnaqqsilha Lm1 fil-ġimgħa u koppja Lm1.50 fil-ġimgħa u peress li l-helpers għandhom numru ta' ġranet leave fis-sena u meta helper tieħu l-leave ma tmurx oħra minflokha biex l-anzjana jibqa' ikollha s-servizz, jaħseb li huwa sewwa li meta helper tieħu ġimgħa leave, koppja titnaqqsilha Lm1.50 u jekk tieħu ġimgħatejn Lm3, u l-koppja tkun baqgħet bla servizz? Jista' il-Ministru jgħid jekk dan hux ġust fil-konfront ta' l-anzjani? Jista' jikkonsidra li f'każijiet bħal dawn il-flus jiġu refunded?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bl-introduzzjoni tar-Relieving Pool fl-1 ta' Jannar 2005, meta Part- Time Social Assistant tkun fuq leave jew sick leave fit-tul, l-anzjani sejrin jingħataw reliever biex fin-nuqqas tal-helper regolari tagħhom is-servizz jibqa' jiġi pprovdut. Għaldaqstant ma jkunx hemm għalfejn nikkunsidraw refund.
Madanakollu, f'każi fejn ikun impossibbli li tintbagħat reliever ir-refund jingħata.
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-iskrivani li hemm jaħdmu l-isptar San Luqa hux se jiġu trasferiti ma' xi entita' oħra meta jibda jopera l-isptar Mater Dei?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li ma' ttieħdu ebda deċiżjonijiet biex l-iskrivani li qegħdin jaħdmu l-Isptar San Luqa jiġu trasferiti f'xi entitajiet oħra meta jibda jopera l-Isptar Mater Dei.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8793 u cioe' jista' jgħid kemm hu l-ammont totali li d-dipartiment tas-saħħa ċċarġja lill-pazjenti barranin direttament jew lill-insurances tagħhom għall-kura li jkunu ngħataw fl-isptarijiet u kliniċi tal-gvern tul is-snin 2001, 2002, 2003 u sa Awissu 2004?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-ammont li d-Dipartiment tas-Saħħa ċċarġja lill-pazjenti barranin direttament jew lill-insurances tagħhom għall-kura li jkunu ngħataw fl-Isptar San Luqa tul is-snin 2001, 2002, 2003 u sa Awissu tas-sena 2004 huma kif gej:
2001
Lm412,148
2002
Lm311,015
2003
Lm366,245
Jannar sa Awissu 2004
Lm216,541
Jista' il-Minsitru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8791 u cioe' jista' ġentilment jgħid kemm nefaq il-gvern fis-CDAU fis-snin 2002 u 2003? Kemm hemm impjegati jaħdmu full-time u part-time fis-CDAU? X'inhi l-professjoni ta' dawn l-impjegati? Kemm minn nefqa totali hija dovuta għall-pagi u kemm għat-trasport, ilma, dawl, stationery u tindif?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba tan-nefqa speċifika fis-CDAU għas-sena 2002-2003 ma tistax tingħata peress li din in-nefqa tagħmel parti mill-ispiża ġenerali ta' San Luqa.
L-impjegati li jaħdmu full-time u part-time fis-CDAU kif ukoll il-professjoni tagħhom, qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
In-nefqa totali dovuta għall-pagi hija ta' Lm253,412.
Rigward l-informazzjoni ta kemm hija n-nefqa dovuta għat-transport, ilma, dawl, stationery u tindif, ma tistax tingħata kif diġa spjegat.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8786 u cioe' jista' jgħid x'inhu l-ammont totali ta' flus dovuti lill-gvern minn pazjenti mhux Maltin u mill-insurances tagħhom? Ta' liema nazzjonalita' huma dawn il-pazjenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-ammont ta' flus dovuti lil gvern rigward l-Isptar San Luqa minn pazjenti mhux Maltin u mill-insurances tagħhom jammonta għal Lm501,561.
Dawn il-pazjenti huma Albaniżi, Awstrijaċi, Awstraljani, Ġermaniżi, Russi, Eġizzjani, Jugoslavi, Marokkini, Olandiżi, Ingliżi, Niġerjani, libjani, Svediżi, Tuneżini, Franċiżi, Ċiniżi, Filippini, Irlandiżi, Taljani, Pollakki, Spanjoli, Amerikani, Torok, Tajlandiżi, Daniżi, Lussemburgeżi, Rumeni, Indjani, Alġerini u Sirjani.
B'riferenza għal kuntratt pubbliku li sar fid-9 ta' Ottubru tas-sena 1962, fejn il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament illum mejta, ġiet mogħtija sit ta' qabar bin-numru 31 fiċ-ċimiterju ta' l-Imġarr, Malta kif indikat f'dan il-kuntratt, liema sit għal xi raġuni baqa' ma ngħatax u ma sarx trasferiment fiżiku tiegħu, jista' il-Ministru jgħid x'inhi llum il-proċedura biex il-werrieta ta' l-imsemmija persuna jkunu jistgħu bi dritt u legalment jieħdu l-pussess ta' dan is-sit?
Il-Minsitru jikkonferma li għandu jkun hemm proċedura biex tiġi rimedjata din l-inġustizzja?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diffikulta' li ltaqgħu magħha l-werrieta, kif indikata fil-mistoqsija, hija waħda li rari jkun hemm bħala.
Waqt li nikkonferma li s-sinjura msemmija kienet ġiet allokata qabar fiċ-ċimiterju ta' l-Imġarr, jidher li l-persuna kkonċernata qatt ma segwiet din l-allokazzjoni, tant li assumiet li l-qabar li kien allokat lilha kien qabar b'numru ieħor.
Kien xi xhur ilu li l-werrieta bdew jindagaw dwar dan l-iżball. Frattemp, il-qabar li kien allokat jidher li kien qiegħed jiġi ntużat bħala ossarju komuni.
Waqt li nikkonferma li tali sitwazzjoni mhix riżultat ta' l-ebda inġustizzja, nifhem li b'għajnuna mill-uffiċċju tat-Taqsima Amministrazzjoni tad-Dfin u wara li jiġu vverifikati dokumenti meħtieġa għandha tinstab is-soluzzjoni neċessarja fl-aqsar żmien.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tilwimiet industrijali li ġew reġistrati mal-ministeru tiegħu matul din is-sena? Jista' jinformana bl-istess informazzjoni għas-sena l-oħra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Dipartiment ma jiġborx din l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk it-titqib mill-isptarijiet u kliniċi tal-gvern huwiex b’xejn jew le għal persuni li jmorru barra minn Malta, ngħidu aħna għall-missjoni jew inkella għal xi attivita` simili? F’każ li hemm ħlas għal dan it-titqib, jista’ jgħid kemm hu f’kull każ u minn meta beda jsir ħlas?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tilqim u l-mediċini speċifiċi li jintużaw sabiex jagħtu xi protezzjoni kontra mard infettiv li wieħed jista jiġi espost għalih waqt is-safar qatt ma kienu jingħataw b'xejn mill-isptarijiet u kliniċi tal-gvern (ħlief forsi tilqim komuni bħal tal-polio, tetnu jew difterite), iżda l-vjaġġatur is-soltu jintalab iħallas xejn iżjed minn kemm dawn ġew jiswew lill-gvern.
Fil-passat kien hemm xi każi (l'aktar fejn jidħlu membri tal-kleru sejrin għal tul ta' żmien fuq missjoni) fejn l-Ministru eżenthom minn dan il-ħlas, iżda dawn dejjem kienu każi eċċezzjonali. Dawn l-eżenżjonijiet għadhom jingħataw f'każijiet individwali.
Il-prezzijiet tat-tilqim jvarjaw minn żmien għall-ieħor skond il-prezz tat-tender ta' dak il-prodott. It-tilqim għal vjaġġaturi li għandna bħal issa in stock jiswa kif inhu indikat hawn taħt:
Polio kull fjala
Lm1.00
Hep B
Lm3.50
Typhoid
Lm1.50
Rabies
Lm13.50
Tetanus/per dose
Lm0.60
Meningitis A&C
Lm1.84
Yellow Fever
Lm17.50
Diph.Tet.Per fjala
Lm1.50
Dt Adult
Lm2.34
Jogħġbu l-Ministru jara li jittieħdu dawk il-miżuri kollha neċessarji sabiex il-problema ta' ġrieden li qed jinfettaw l-area ta' wara l-petrol station ta' Triq tal-Barrani, Tarxien (St Rita petrol station) tiġi miġġielda mill-iktar fis?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minkejja li ma kien hemm l-ebda lment, ħaddiema mis-sezzjoni tal-Pest Control ta' l-istess Dipartiment nhar 22 ta' Novembru 2004, għamlu t-trattamenti neċċessarji għal kontra l-ġrieden bi tqegħid ta' velenu fl-akkwati ta' wara l-pompa tal-petrol fi Triq tal-Barrani, Tarxien.
Il-problema ser tibqa' tiġi segwita regolarment sakemm l-infestazzjoni tal-ġrieden tiġi taħt kontroll.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi mill-polikliniċi (wieħed, wieħed) mit-23 sal-31 ta' Diċembru 2004?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' siringi li tqassmu mill-polikliniċi (wieħed, wieħed) mit-23 sal-31 ta' Diċembru 2004 hu kif ġej:
Mosta
954
Rabat
335
Gżira
748
Raħal Ġdid
2700
Qormi
200
Bormla
600
Furjana
1167