Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #22159 Sitting 459 2000-12-12 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Tfal — Nutriment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tiegħu jagħmilx riċerka regolari dwar in-nutriment xieraq li għandu jingħata lit-tfal mit-twelid? Jekk iva, x'riżultati nstabu fl-aħħar riċerka li saret?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li d-dipartiment tal-Kura Primarja ma għamilx riċerki rigward nutrijenti xierqa li għandhom jingħataw lit-tfal tat-twelid imma jimxi fuq rakkomandazzjonijiet internazzjonali.
Leg 9 PQ #22092 Sitting 457 2000-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Spiżeriji veterinarji liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 21387 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd u li ġiet riferuta lilu, cioe: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm spiżeriji veterinarji liċenzjati f'Malta u Għawdex? F'liema lokalita' huma? Jista' jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal ftuħ ta' spiżeriji simili? Meta saret kull applikazzjoni? Minn min? Fejn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa f'Malta, għandna żewġ spiżeriji liċenzjati għall-użu veterinarju, waħda ġewwa Ħaż-Zebbuġ u l-oħra fil-Gżira. F'Għawdex, m'hemmx spiżeriji liċenzjati għall-użu veterinarju. It-tabella ta' hawn taħt tindika l-lista ta' applikazzjonijiet pendenti għall-ftuħ ta' spiżeriji għall-użu veterinarju. Data ta' l-applikazzjoni Applikant Lokalita' 9 ta' Mejju 2000 Stanley Borg Cardona B'Kara 15 ta' Mejju 2000 Peter Gatt o.b.o. Andews Feeds Luqa 30 ta' Ġunju 2000 Joseph Hili Marsa 25 ta' Ottubru 2000 Stephen Rossi San Gwann
Leg 9 PQ #22111 Sitting 457 2000-12-11 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Zammit Clapp

Question

Jista' l-Ministru jagħti raġuni għaliex l-Isptar Zammit Clapp ilu kważi minn Lulju li għadda mingħajr misħun? Jista' jgħid meta dan l-inkonvenjent se jiġi rranġat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-Isptar Zammit Clapp qed ibiddel is-sistema prinċipali tal-pipijiet tal-misħun minħabba li dawn therrew. S'issa f'ebda żmien ma` kien hemm qtugħ totali tal-misħun fis-swali u b'hekk il-pazjenti qed jiġu moqdija. Qed jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex is-sitwazzjoni tiġi għan-normal mill-aktar fis possibbli.
Leg 9 PQ #21900 Sitting 455 2000-12-11 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' sigħat ta' overtime li saru mill-ħaddiema/uffiċjali tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? F'liema dipartimenti sar dan l-overtime u kemm minnu tħallas lill-ħaddiema/uffiċjali u kemm minnu jrid jitħallas? X'kienu ir-raġunijiet, jekk huwa il-każ, li l-overtime ma tħallasx kollu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #22093 Sitting 455 2000-12-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Sptar Zammit Clapp

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi dixxiplinarji ttieħdu kontra persuni li isimha qiegħed jintbagħat separatament dwar inċident li sar fil-ground floor ta' l-Isptar Zammit Clapp nhar l-1 ta' Diċembru, 2000? Jaf jew le l-Ministru li fost l-oħrajn il-persuna kellmet b'mod arroganti u dispreċċjattiv lil manager is-Sur Joseph Micallef u dan saħansitra quddiem iċ-chairman tal-bord il-Profs. Frederich Fenech?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bħala entita awtonoma l-Isptar Zammit Clapp ħa passi dixxiplinarji skond il-Ftehim Kollettiv mall-Union ikkonċernat bħal ma jsir f'kull każ simili. Fil-każ tal-persuna msemmija jien infurmat li din tinsab sospiża. Nixtieq niċċara li ċ-Ċhairman tal-Bord il-Prof Fredrich Fenech ma kienx preżenti waqt l-inċident hawn imsemmi.
Leg 9 PQ #21887 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li nħarġu mill-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena? Kemm jiswa l-valur f'ċifra ta' flus ta' dawn id-direct orders u kemm tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kif jaf l-Onor. Interpellant, minn meta fetaħ dan il-Parlament f'Ottubru li għadda, b'risposta għall-diversi domandi fir-rigward ta` din il-mistoqsija, diġa` tajt informazzjoni dettaljata, li f'kull każ inħlew ħafna żmien u enerġija biex tinġabar. Għalhekk, sakemm ma ningħatax raġuni valida l-għala l-informazzjoni mitluba għandha tingħata, ma nara l-ebda skop li dan isir.
Leg 9 PQ #22009 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21077?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-politika tal-Gvern dwar is-sħubija ta` Malta fl-Unjoni Ewropea taffettwa fl-livelli differenti diversi aspetti ta` l-operat ta` l-istrutturi ta` ħafna mill-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tad-dekasteru tiegħi. Ma hemmx units li twaqqfu jew li s'issa hemm il-ħsieb li jitwaqqfu speċifikament minħabba l-aspett ta` sħubija fl-U.E.
Leg 9 PQ #22042 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħek qed tipparteċipa? Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni? Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Ministeru tiegħi bħalissa mhu qiegħed jipparteċipa fl-ebda programm ta' l-Unjoni Ewropeja.
Leg 9 PQ #22048 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Ommijiet Xebbiet — Twelid ta' trabi

Question

Jista' l-Ministru jinformana kemm kienu dawk iż-żgħażagħ ommijiet taħt l-eta' ta' 18-il sena li welldu trabi tul din is-sena mill-1 ta' Jannar sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn Jannar sa Settembru 2000 kien hemm 104 ommijiet (Maltin u Barranin) taħt l-eta' ta' 18-il sena li welldu trabi skond l-istatistika li nġabret b'mod volontarju għall-National Obstetric Information System - WHO-OBSQID Project.
Leg 9 PQ #21526 Sitting 452 2000-12-07 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Impjegati Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema? X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta` impjegati ġodda matul il-perjodu Jannar/Novembru 2000 kienu tlieta u erbgħin (34) kif jidher hawn taħt: Organizzazzjonijiet jew Entitajiet Parastatali Numru ta` Ħ addiema Grad Tagħ hom Benefiċ ċ ji eċ ċ . Fondazzjoni għ as-Servizzi Mediċ i 1 Head Engineering Operations LM12,000/Car/Professional Membership - LM200/Health Insurance 1 Procurement Officer LM9,500/Consultancy Services LM1,200/Petrol Allowance LM155 per month/Professional Membership - LM200/Health Insurance 1 Architect & Civil Engineer LM8,500/Petrol Allowance LM155 per month/Professional Membership - LM200/Health Insurance 1 Executive Institutional Operations LM6,500/Health Insurance 1 Board Secretary LM6,500/Health Insurance 1 Secretary LM3,600/Health Insurance 1 Site Supervisor LM6,000/Allowance of LM1000/Health Insurance 1 Secretary LM3,600/Health Insurance 1 Messenger/Driver LM3,810/Health Insurance 1 Administration & Personnel Officer LM4,500/Health Insurance 1 Safety Officer/Planner LM6,000/Overtime Allowance LM1,000/Health Insurance 1 Accounts Clerk LM48.38 per week for 3 months 1 Architect & Civil Engineer LM48.38 per week for 2 months 1 Architect & Civil Engineer LM48.38 per week for 2 months and LM400 per month for 3 months Zammit Clapp Hospital 10 Nursing Aide Salarji/benefiċċji skond il-ftehim kollettiv li taħtu jaqgħu 3 Staff Nurse Salarji/benefiċċji skond il-ftehim kollettiv li taħtu jaqgħu 2 Occupational Therapy Aide Salarji/benefiċċji skond il-ftehim kollettiv li taħtu jaqgħu 1 Physiotherapist Salarji/benefiċċji skond il-ftehim kollettiv li taħtu jaqgħu 3 Child Carer Salarji/benefiċċji skond il-ftehim kollettiv li taħtu jaqgħu 1 Domestic Cleaner Salarji/benefiċċji skond il-ftehim kollettiv li taħtu jaqgħu
Leg 9 PQ #21880 Sitting 452 2000-12-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Tenders

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kien in-numru ta' tenders li ħarġu mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena? Kemm minnhom ġew aċċettati/approvati? Kemm għandhom pendenti u kemm ġew irtirati? Fil-każ ta' l-aħħar, x'kienu ir-raġunijiet? Kemm mit-tenders approvati tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu u x'inhija ċ-ċifra f'somma ta' flus tal-pagamenti mħallsa u pendenti separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #21980 Sitting 452 2000-12-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Central Core Disease

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-każ ta' Central Core Disease hawn reġistrat f'Malta u Għawdex? Ta' liema etajiet huma?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-istatistika mitluba ma tinġabarx.
Leg 9 PQ #21145 Sitting 450 2000-12-06 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarjiet — Monte Carmeli - Overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' overdose kien hemm fis-Sala Nru 2 ta' l-irġiel fl-isptar Monte Carmeli mill-ewwel ta' din is-sena sal-lum? X'kienu l-każi ta' overdose? X'passi ttieħdu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li mill-ewwel ta' din is-sena sal-lum kien hemm sitt (6) individwi fis-sala numru 2 ta' l-irġiel fl-Isptar Monte Carmeli illi bejniethom kienu nvoluti fi tnax (12)-il inċident ta' "overdose". Biex wieħed jistabilixxi x'kienu l-każijiet ta' "overdose" jirrikjedi illi wieħed jifli l-"files" tal-pazjenti kemm ta' l-Isptar Monte Carmeli kif ukoll ta' l-Isptar San Luqa. Dan jinvolvi xogħol illi forsi jista' jintuża aħjar għal benefiċċju tal-pazjenti, iżda jekk ikun neċessarju niġbru din l-informazzjoni aktar 'l quddiem. Il-każijiet kollha ntbagħtu fl-isptar San Luqa għal kura neċessarja.
Leg 9 PQ #21485 Sitting 450 2000-12-06 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Tobba

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jispjega għaliex meta t-tobba fl-Isptar Monte Carmeli jirriferu pazjent "b'urġenza" fl-Isptar San Luqa, dawn ġieli jdumu anke sa sitt (6) sigħat? Jaf li kull darba li jiġri hekk qed jinħoloq inkonvenjent kemm lil pazjent u kemm lin-nurse li jkun mal-marid? Jaf li minħabba f'hekk, ħafna drabi, speċjalment bil-lejl, is-sala minn fejn ikun intbagħat il-pazjent tibqa' b'nurse waħdu ma' xi 30 pazjent?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li seta` kien hemm każi fejn pazjenti li ntbagħtu l-Isptar San Luqa damu anke sa sitt sigħat. Teżisti sistema ta` 'triage' biex jiġi deċiż b'mod oġġettiv liema huma l-aktar każijiet urġenti. Id-dewmien jiddependi wkoll mill-ammont totali ta` xogħol li jkun hemm fil-Casualty Department. Seta` kien hemm xi każ rari fejn nurse baqgħet waħedha/waħdu minħabba xi trasferiment ta` pazjent lejn l-Isptar San Luqa. L-amministrazzjoni ta` l-Isptar dejjem tagħmel l-almu tagħha biex dan l-inkonvenjent jiġi evitat.
Leg 9 PQ #21487 Sitting 450 2000-12-06 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi tal-ħaxix, frott, ħoż u laħam li jfornu l-Isptar Monte Carmeli? Kemm ilhom jingħataw dawn il-kuntratti lill-istess kuntrattur f'kull każ? Kull meta joħorġu t-tenders?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-ismijiet tal-kuntratturi mitluba huma kif ġej:- Is-Sur Anthony Borg - Ħaxix - (1998-2000) Is-Sur Raymond Abdilla - Frott - (1990-2000) Is-Sur Anthony Borg - Laħam - (1997-2000) Is-Sur George Muscat - Ħobż - (1995-2000) Sejħa għall-offerti tiġi pubblika darba kull sena.
Leg 9 PQ #21490 Sitting 450 2000-12-06 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Monte Carmeli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il porzjon ta' ikel joħroġ kuljum għall-impjegati mill-kċina ta' l-IsptarMonte Carmeli? Kemm hi l-ispiża ta' dan l-ikel kull sena? Kemm minn dawk li jieklu jikkontribwixxu għal dan l-ikel? Kemm minn dawk li jieklu ma jikkontribwixxux għal dan l-ikel? Veru li l-porzjon ta' dawk li huma ntitolati għall-ikel ġie mnaqqas biex jagħmel tajjeb għal dawk li mhux intitolati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li mill-kċina ta' l-Isptar Monte Carmeli joħorgu madwar 150 porzjon ta' ikel kuljum li fis-sena jiġu jiswew madwar Lm25,000. Hadd minn dawk li jieklu ma jintalab iħallas xi flus għal dan l-ikel. Matul dan l-aħħar żmien il-porzjonijiet żdiedu kemm fid-daqs kif ukoll fil-varjeta.
Leg 9 PQ #21911 Sitting 449 2000-12-05 Oral · Interim From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Twelid

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta' twelid f'Malta u Għawdex kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minnhom kienu bniet u kemm minnhom kienu subien? Kemm minn dawn it-twelid kienu minn ommijiet ta' nazzjonalita' barranija? Kemm trabi twieldu l-Isptar San Luqa u kemm minnhom fi sptarijiet jew kliniċi privati? X'kien il-break down ta' twelid f'dawn l-aħħar 5 snin f'kull sptar jew klinika privata jew twelid fi djar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #21912 Sitting 449 2000-12-05 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Twelid — SCBU

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mit-trabi li twieldu f'dawn l-aħħar tlett snin l-Isptar San Luqa ġew transferiti l-SCBU? Kemm mit-trabi li twieldu fi sptarijiet u kliniċi privati jew fi djar f'dawn l-aħħar tlett snin ittieħdu l-SCBU? Minn liema sptarijiet jew kliniċi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #21913 Sitting 449 2000-12-05 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Amino Acid Therapy

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa dwar kura li qed tingħata, jiġifieri Amino Acid Therapy f'Ċipru u r-Russja? Billi jiena nformat li tobba u aġenti minn organizzazzjonijiet barranin jistgħu jiġu Malta biex iħajru ġenituri Maltin biex jieħdu t-tfal tagħhom barra minn Malta għal din il-kura u billi din il-kura tiswa eluf kbar ta' liri, jista' d-Diviżjoni tas-Saħħa tippronunzja ruħha fuq din it-tip ta' kura? X'inhi l-opinjoni tad-Dipartiment tal-Pedjatrija dwar din il-kura?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kura msemmija hija esperimentali u ma` hemm l-ebda prova w lanqas riċerka xjentifika li turi li hemm xi benefiċċju minn dan it-tip ta` trattament. Id-Dipartiment tal-Pedjatrija ħa parir ta` Unit barra minn Malta li jispeċjalizza fil-qasam ta` Neuroloġija fi tfal li kkonferma li s'issa m'hemmx provi favur dan it-tip ta` trattament.
Leg 9 PQ #21916 Sitting 449 2000-12-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21700?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Niġbor fil-qosor ir-reazzjonijiet tad-Diviżjoni tas-Saħħa dwar ir-rapport ta' l-Ombudsman (Ottubru 2000) dwar il-qagħda fl-Isptar Monte Carmeli. 1. It-tentattivi li saru mill-management fid-Diviżjoni tas-Saħħa ma kienux primarjament diretti lejn tnaqqis ta' l-ispejjeż minħabba sahra sostanzjali. L-għan tad-Diviżjoni kien li jsir re-deployment ta' Nurses u Nursing Aides fid-diversi swali fl-isptar Monte Carmeli sabiex dan il-complement ikun jirrifletti verament l-ammont ta' xogħol li hemm fid-diversi swali. It-tnaqqis fis-sahra kien jirrizulta minn dan ir-re-deployment. 2. Id-Divisjoni taqbel li l-persuna li tmexxi il-complaints handling system għandha tkun persuna totalment awtonoma mill-isptarijiet. Fin-nuqqas ta' din il-persuna, kien deċiż li għalissa nurse u membru mill-amministrazzjoni jieħdu dan l-inkarigu. Id-Diviżjoni ser tara kif jagħmel biex tkun tista' tappunta persuna indipendenti mill-isptar biex tkun tista' tmexxi dan il-qasam. 3. Il-Juvenile ward hija ndikata biex tibda tissejjaħ Learning Disability Rehabilitation Unit (LDRU). M'hemm l-ebda dubju li bħal units oħra li jinsabu fl-isptar Monte Carmeli l-aħjar lokazzjoni għall-faċilita' bħal din tkun fil-komunita'. Izda biex issib akkomodazzjoni adatta fil-komunita' mhiex xi ħaġa faċli. Il-fatt li pazjenti qed jiġu akkomodati f'bini li fih żewġ sulari, per se mhiex problema, iżda tista' tissarraf fi problema jekk jiddaħħlu nies li huma fiżikament ħandikappati. M'hemm l-ebda dubju li l-akkomodazzjoni fil-preżent hija ffullata u r-refurbishment ta' dan il-post ser toħloq lill-management problemi kbar. L-ispeċjalista li kellu jieħu ħsieb din il-juvenile section kellu jirritorna Malta fl-aħħar ta' Ottubru iżda minflok ġie lura bagħat ir-riżenja tiegħu mis-servizz. Nafu li post alternattiv għal Juvenile Ward mhux ser ikun faċli li jinsab. 4. Hemm nuqqas ta' nursing staff li huwa mħarreġ fit-trattament modern fil-qasam tal-psikjatrija. Il-problema ta' nursing staff qed tiġi aċċentwata minħabba li hemm numru ta' nurses li ntbagħtu jaħdmu fil-Ward 2 ta' l-irġiel (Acute Ward) u minħabba direttivi mogħtija mill-Unions tagħhom mhumiex qed jirraportaw f'din is-sala. Hemm perjodi żgħar matul is-sena fejn il-Ward 2 tkun xi ftit iffullata iżda din hija aktar l-eċċezzjoni milli r-regola. L-offerti għal-bini ta' Acute Admissions Ward ġdida għalqu, u din it-tender tinsab fl-istadju ta' l-aġġudikazzjoni. 5. Il-Health Reform Action Committee approva skema li biha, dawk il-pazjenti fl-isptar Monte Carmeli li huma adattati, jitqabbdu jagħmlu xogħol bi ħlas f'oqsma bħal ma huma tindif, kċina, ġardinar, u telephone b'żieda ma' skema diġa eżistenti fil-launderette. Dan ix-xogħol jitqies bħala parti mir-rijabilitazzjoni soċjali tal-pazjenti u jsir taħt is-superviżjoni ta' l-Occupational Therapists biex jiġi assiguratli l-pazjenti ma jiġux abbużati jew sfruttati.