Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sedqa — Seminar dwar id-drogi

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-aġenzija Sedqa torganizza xi seminar dwar id-drogi barra minn Malta? Tista' tgħid jekk sarux seminars barra minn Malta matul is-sena li għaddiet? Tista' tgħid ukoll jekk dawn it-tip ta' seminars ġewx reklamati b'xi mod fl-iskejjel ukoll?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li m’hemmx ħsieb li l-Aġenzija Sedqa torganizza xi seminar dwar id-drogi barra minn Malta. Ninsab infurmata wkoll li t-Tweġiba għat-tieni u t-tielet parti tal-Mistoqsija hi fin-negattiv.

Persuni boarded out

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni li ġew boarded out, sena sena, matul l-aħħar ħames snin? X'kienu r-raġunijiet mediċi jew psikoloġiċi li għalihom ġew boarded out?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dwar l-Ewwel Parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14182, f'Seduta Numru 348. Ninsab infurmata li ma tinżammx statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant fit-Tieni Parti tal-Mistoqsija.

Awtorita' tad-Djar — Operational and maintenance expenses

Question

Tista’ il-Ministru tgħid kemm intnefaq mill-awtorita’ tad-djar għal operational and maintenance expenses mis-sena 2000 sal-lum, sena b'sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' tad-Djar — Sussidji fuq kirjiet

Question

Tista’ il-Ministru tgħid kemm intnefaq mill-Awtorita’ tad-djar għal sussisdji fuq il-kirjiet tal-privat mis-sena 2000 sal-lum, sena b'sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Fuel

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globali għal fuel tal-ministeru, enti, kumpanniji eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru tagħha matul l-2005?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Każ dwar għajnuna medika

Question

Tista' il-Ministru tara li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata l-benefiċċji li hija intitolata għalihom għall-għajnuna medika għax bħalissa qed tiġi mċaħħda minn Lm22 fix-xahar mediċina u dan qed joħloq tbatija kbira?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Awtorita' tad-Djar

Question

Tista' il-Ministru tagħti struzzjonijiet sabiex il-file bin-numru RTB8O/2005 jiġi pproċessat mill-Awtorita' tad-Djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-file li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant jirrigwarda talba, li saret fid-9 ta' Ġunju 2005, għax-xiri ta' l-appartament mill-inkwilin taħt l-Iskema 'Sir Sid Darek'. Peress li l-proprjeta' hija amministrata mid-Dipartiment ta' l-Artijiet, biex tbiegħha l-Awtorita' tad-Djar trid informazzjoni minn u l-awtorizazzjoni ta' dan id-Dipartiment. Ninsab infurmata li l-Awtorita' għad ma rċevietx l-informazzjoni mitluba mill-imsemmi Dipartiment biex tkun tista' tmexxi aktar l-applikazzjoni.

Awtorita' tad-Djar — Każ ta' housing

Question

Tista' il-Ministru tinvestiga l-każ ta' housing ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed jiġi mgħarbel mid-dipartiment tal-housing wara spezzjoni li saret on site?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

Awtorita' tad-Djar

Question

Tista' il-Ministru tara li tingħata kunsiderazzjoni lil każ ta' housing li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li ilu pendenti madwar sena u nofs jew sentejn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

Ċentru Detox

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'kien in-numru ta' persuni li marru għall-għajnuna fiċ-ċentru Detox fl-2005? Kemm kienu rġiel u kemm nisa? Kemm minnhom kienu taħt it-18-il sena? Tista' tgħid ukoll x'kien in-numru ta' persuni, irġiel u n isa separatament, li talbu għall-għajnuna f'Jannar li għadda u kif kien jikkompara man-numri f'Jannar ta' l-2005? Kemm kienu fix-xahar li għadda li kellhom anqas minn 18-il sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Familja u Solidarjeta' Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhuma l-programmi, inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u x-xogħlijiet li d-dipartimenti tal-gvern u l-enti, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha se jwettqu f'Għawdex, sena sena minn din is-sena sa l-2008?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar relief

Question

Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, biex jinħarġilha r-relief? Tista' din is-sinjura tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tintervjeni u tara li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibda tirċievi l-pensjoni lilha spettanti skond il-liġi? Tista' il-Ministru tintervjeni wkoll fir-rigward ta' l-għajnuna in vista tal-fatt li hi armla u għandha żewġt itfal xi tmantni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Konsulenza

Question

Tista' il-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 16386 u tagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tagħha, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtha, għamel użu minnhom matul is-sena 2005? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba f'Mistoqsija Parlamentari Numru 16923.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Xiri ta' Karozzi

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm inxtraw karozzi matul is-sena 2005 mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu fid-dekasteru tagħha? Ta' liema tip kienu u kemm swiet kull waħda minnhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li matul l-2005, fil-Ministeru, Dipartimenti u Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi nxtrat karozza waħda. Din kienet tat-tip Volkswagen (Bora) għal spiża ta' Lm7,090.

Fondazzjoni Arka — Tifel b'Diżabilita'

Question

Tista' il-Ministru tara li tifel li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għandu diżabilita' severa jingħata l-għajnuna meħtieġa biex isir residenti regolari mal-fondazzjoni Arka f'Għajnsielem, fejn qed jingħata s-servizzi li għandu bżonn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-ftehim ta’ l-2003, bejn il-Gvern u l-Fondazzjoni Arka, jkopri l-ħlas għal sitt postijiet residenzjali għal persuni b’diżabilita f’Dar Arka, Għawdex. Ninsab infurmata li l-postijet koperti b’dan il-ftehim huma kollha mimlija u għalhekk ma jidhirx li ser ikun hemm xi post minnhom vakanti fil-futur qarib.

Awtorita' tad-Djar — Bejgħ ta' residenzi

Question

Tista’ il-Ministru tgħid kemm saru kuntratti ta' bejgħ ta' residenzi mill-Awtorita’ tad-Djar lill-inkwilini fl-2004 u fl-2005?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li matul l-2004 u l-2005 l-Awtorita’ tad-Djar iffirmat rispettivament total ta' 615 u 708 kuntratti ta' bejgħ ta' residenzi. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi speċifikament għall-kuntratti dwar l-iskema ta' l-Awtorita 'Sir Sid Darek' ninsab infurmata li fis-snin 2004 u 2005 ġew iffirmati 46 u 86 kuntratt rispettivament konnessi ma' din l-iskema.

Telefonati fuq il-179

Question

Tista’ il-Ministru tgħid kemm daħlu telefonati fuq il-179 f'dawn l-aħħar tliet snin, sena b'sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Birkirkara — Mannarino Road

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta l-bini tal-housing authority li hemm f'Mannarino Road, Birkirkara se jkun lest għaliex hemm min għandu l-ħanut li kien ingħalaqlu xi ħames snin ilu u ma jistax jiftaħ biex jaħdem?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-bini tal-proġett li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant, li hu finanzjat mill-Awtorita’ tad-Djar u amministrat mill-Kunsill Lokali, issa tlesta u fadal biss li jingħata s-servizzi tad-dawl u l-ilma. Ninsab infurmata wkoll li l-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant ingħatat ħanut ieħor minn fejn setgħet tkompli topera n-negozju tagħha sakemm tkun tista’ tmur fil-ħanut il-ġdid.

Care workers ma' Persuni b'diżabilita'

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk persuni li jixtiequ jaħdmu bħala care workers ma' persuni b'diżabilita' għandhomx bżonn jagħmlu xi kors partikolari? Jeżistu bħalissa vacancies għal care workers fiċ-ċentru taħriġ f'Santa Venera? L-ingaġġ ta' care workers isir permezz ta' sejħa għall-applikazzjonijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li biex persuna taħdem bħala care/support worker ma persuni b’diżabilita’ tkun meħtieġa li jkollha ta’ l-anqas livell ordinarju ta’ edukazzjoni fil-Malti u l-Ingliż. Iżda fil-proċess tal-għażla tingħata konsiderazzjoni jekk persuna tkun għamlet il-kors ta’ careworker ma’ persuni b’diżabilita’, immexxi mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ. Ninsab infurmata wkoll li bħalissa m’hemmx vakanzi ta’ care/support workers fiċ-Ċentru indikat mill-Onor. Interpellant. Il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali timla vakanzi f’dawn iċ-Ċentri permezz tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.