Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #21385 Sitting 436 2000-11-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni mtella' l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul Awissu, Settembru u Ottubru, kemm-il persuna ttellgħet il-qorti minħabba: (a) ġlied; (b) dagħa; u (ċ) ksur ieħor tal-lilġi fil-grounds ta' l-istadjum nazzjonali, Centenary Stadium, Victor Tedesco Ground, Ground tal-Hibs u Gozo Stadium ? Jista' jagħti l-figuri separatament? X'passi ttieħdu fi grounds oħra matul l-istess żmien u fuq l-istess akkużi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-perijodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant, il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 18-il persuna fuq ksur ta` bon ordni li seħħ ġewwa l-istadium nazzjonali. Ninsab infurmat ukoll illi 2 persuni oħra għad iridu jidhru quddiem il-Qorti fuq l-istess akkużi li seħħew, wieħed fil-Gozo Stadium, u l-ieħor fil-ground ta` Sannat.
Leg 9 PQ #21391 Sitting 436 2000-11-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk pulizija li minħabba x-xogħol tagħhom jilbsu pajżana, jingħatawx allowance ? X'inhi din l-allowance? Hemm ħsieb li din tiżdied?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-Korp tal-Pulizija ma hemmx clothing allowance. Pero` dawk il-membri tal-Korp stazzjonati fid-diversi taqsimiet li x-xogħol tagħhom jirrikjedi li ma jilbsux l-uniformi, jibbenefikaw minn special duty allowance ta` Lm60 fix-xahar għal fizzjali u Lm45 fix-xahar għal other ranks.
Leg 9 PQ #21414 Sitting 436 2000-11-27 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Rekluti ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn ġew detailed ir-rekluti l-ġodda fil-korp tal-pulizija mill-ġurnata meta daħlu fis-servizz aktar kmieni din is-sena? Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tar-rekluti b'riferenza għal kull moviment li għamlu mill-ġurnata meta daħlu fis-servizz sal-ġurnata tal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-rekluti li temmew il-kors tagħhom fl-Akkademja tal-Pulizija din is-sena ġew stazzjonati kif ġej: Distrett Nru. ta` rekluti Rekluti li ċċaqilqu għal post ieħor Distrett Nru. ta` rekluti Rekluti li ċċaqilqu għal post ieħor Nru. 1 9 1 Nru. 6 13 3 Nru. 2 3 1 Nru. 7 8 Nru. 3 5 1 Nru. 8 12 5 Nru. 4 6 2 Nru. 9 12 Nru. 5 7 1 Mobile 1 Kif diġa` kelli okkażżjoni li ngħid kull moviment ta` membri fil-Korp isir meta u kif ikun il-bżonn, fl-aħjar interessi ta` l-istess Korp u tal-pubbliku in ġenerali.
Leg 9 PQ #21449 Sitting 436 2000-11-27 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Extra Duty on Payment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għal extra duty on payment lill-pulizija din is-sena? Kif jipparaguna ma' dak tas-sentejn ta' qabel?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena, sa l-aħħar ta` Novembru, membri tal-Korp tal-Pulizija ser ikunu tħallsu is-somma ta` Lm707,903.95 ta` extra duty maħdum fuq talba ta` terzi. Matul l-1998 dan il-ħlas kien ta` Lm784,821.19 u fl-1999 kien ta` Lm749,259.63.
Leg 9 PQ #21501 Sitting 436 2000-11-27 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Sick Leave

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni kollha li fil-perjodu ta' bejn it-8 ta' Novembru 2000 sal-lum applikaw għas-sick leave u bagħtu ċertifikat mediku lid-Dipartiment tal-M.I. fid-Depot? Jista' l-Ministru jgħid, għal kull persuna, l-ġurnata meta reġgħet daħlet għax-xogħol?

Response (BORG, TONIO)

Ma nħossx li dettalji personali ta` din in-natura għandhom ikunu ppublikati.
Leg 9 PQ #21528 Sitting 436 2000-11-27 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Djar — Joint Office

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21347 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’: jista' jgħid jekk hemmx xi ħsieb li fi żmien qasir terġa' toħroġ skema oħra sabiex dawk li għandhom djar taħt il-kontroll tal-Joint Office b'ċens temporanju dan jiġi mifdi permezz ta' kuntratt mal-Joint Office?

Response (BORG, TONIO)

Jien infurmat li l-Uffiċċju Konġunt qiegħed jaħdem fuq skema ġdida sabiex dawk li jħallsu ċens temporanju fl-istess Uffiċċju jkunu jistgħu jifduh.
Leg 9 PQ #21372 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Extension of stay

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma jekk ġewx mogħtija extension of stay l-persuni li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament u dan meta saru rapporti fuqhom fil-kwartieri tal-Pulizija fejn dawn kienu qegħdin joqogħdu Malta abbusivament? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, jistax l-Ministru jgħid allura fuq liema bażi dawn ġew mogħtija mill-ġdid l-extension?

Response (BORG, TONIO)

L-Onor. Interpellant qed jirreferi għal persuna ta` nazzjonalita` russa miżżewġa Malti, li minnu hi separata "de iure" u li għandha bintha miżżewġa u toqgħod hawn Malta. Bħalissa dil-persuna għandha visa sa Frar 2001. Wara dik id-data il-pożizzjoni tagħha terġa` tiġi konsiderata. Ninsab infurmat illi t-talba ta` estensjoni tal-visa għat-tifel ta` din ir-Russa ma ġietx approvata, u għalhekk dan ser jiġi mitlub biex iħalli Malta.
Leg 9 PQ #21382 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena, kemm-il membru tal-korp tal-pulizija tressaq il-qorti? Fuq liema akkuża? Meta ttellgħu l-qorti? Ta' liema rank kienu? Dawn il-pulizija huma sospiżi mid-doveri tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #21409 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ċittadinanza Doppja

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar it-talba għal-ċittadinanza doppja b'riferenza OPM/NAT/665/1993?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-file li rrefera għalih l-Onor. Interpellant qed jiġu ttrattati żewġ każijiet li għadhom kemm ġew ipproċessati u li tweġiba dwarhom ser tinħareġ fil-jiem li ġejjin.
Leg 9 PQ #21433 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati fuq anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' reati li saru din is-sena fuq persuni anzjani? Kemm kien in-numru fis-sentejn ta' qabel?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u l-31 ta` Ottubru 2000, in-numru ta` anzjani li sfaw vittmi ta` xi reat, hu x`inhu, kien ta` 1,073. Dawn iċ-ċifri jinkludu kull tip ta` reat eż. serq minn jew ta` vetturi ta` persuni l` fuq minn 60 sena. Dwar it-tagħrif simili mitlub għas-snin 1998 u 1999 nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15966.
Leg 9 PQ #21445 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Manager Correctional Services Department

Question

B'riferenza għall-vacancy ta' manager correctional services department fil-Faċiita' Korrettiva ta' Kordin, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-esiġenzi tal-faċilita' li waslu għal mili ta' din il-kariga?

Response (BORG, TONIO)

L-esiġenzi li wasslu biex toħroġ din is-sejħa huma l-istess bħal dawk li kienu jeżistu fiż-żmien l-amministrazzjoni preċedenti meta ħarġet is-sejħa għall-istess pożizzjoni f`Awissu 1997 u f`Awissu 1998, jiġifieri dak li l-post in kwestjoni huwa vakanti.
Leg 9 PQ #21457 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ħafna drabi meta xi membri tal-pulizija jkunu qed jagħmlu xi skorta speċjalment l-aktar waqt ġarr ta' kwantitajiet ta' flus mhux qed jingħataw ilbies protettiv, bħalma huma l-bullet proof jackets?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi meta tintalab skorta tal-Pulizija għat-traġġit ta` ammont kbir ta` flus, din normalment issir minn membri ta` l-S.A.G. li huma attrezzati b`dak kollu meħtieġ sabiex tkun eżegwita din it-tip ta` skorta.
Leg 9 PQ #21463 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ċittadinanza doppja

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 21290, jista' jagħti l-ismijiet ta' l-1,147 persuna li ġew informati bil-miktb li jistgħu jżommu żewġ ċittadinanzi, dik Maltija u l-oħra barranija li diġa' kellhom jew li akkwistaw waqt li kienu qed jgħixu barra minn Malta? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi ċ-ċittadinanza barranija li diġa' kellhom jew li akkwistaw waqt li kienu qed jgħixu barra minn Malta? Jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-ċifra ta' 1,147 persuna hija esklussiva jew jekk għad jonqos li jiġu nformati xi persuni oħrajn, jista' l-Ministru jgħid għaliex għadhom ma ġewx informati?

Response (BORG, TONIO)

Ma jidhirlix li hemm xi ħtieġa, li żgur ma toħroġx mill-liġi taċ-Ċittadinanza, biex l-ismijiet u dettalji oħra ta` ċittadini Maltin li jistgħu jżommu żewġ ċittadinanzi jixxandru pubblikament. Dwar in-numru ta` persuni li ġew affetwati bit-tibdil li sar fil-liġi taċ-Ċittadinanza, u li daħal fis-seħħ mill-10 ta` Frar 2000, ta` min jirrimarka li hemm eluf kbar li jistgħu jikkwalifikaw, speċjalment persuni li jgħixu barra minn Malta. Id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza qed jagħmel l-almu tiegħu biex fl-iqsar żmien possibli jipproċessa n-numru ta` talbiet pendenti li jridu jiġu eżaminati każ b`każ.
Leg 9 PQ #21327 Sitting 434 2000-11-22 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li pulizija li jkunu spiċċaw il-kors kollu ta' l-akkademja tal-pulizija u li għaddew mit-taħriġ kollu meħtieġ ma jagħmlux skorti u fixed points qabel ma jgħalqu ħames snin servizz, filwaqt li l-istess jagħmlu extra duty mal-banek u anke jġorru arma tan-nar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-restrizzjoni li skorti ma` priġunieri ma jsirux minn Pulizija li ma jkollhomx ta` lanqas ħames snin servizz, kienet ġiet introdotta f`Novembru ta` l-1994. L-iskop ewlieni huwa li l-iskorta jkollu esperjenza u maturita` fis-servizz li xogħol ta` skorta ma` priġunier żgur tinħtieġ sabiex ma jkunx hemm inċidenti. Barra minn hekk ikun aħjar illi l-kuntistabbli jingħata l-fakulta` li jipprattika dak li jkun tgħallem matul il-kors ta` taħriġ fl-Akkademja. Din ir-restrizzjoni ma tapplikax għal fixed point duties.
Leg 9 PQ #21340 Sitting 434 2000-11-22 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri l-ħabs mingħajr liberta' proviżorja? Jista' jagħti dettalji u jindika kemm ilhom hekk detenuti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` priġunieri li fil-preżent qegħdin jinżammu l-ħabs taħt arrest preventiv hu ta` 82. Dawn daħlu fil-Faċilita` kif ġej: Sena Numru 1995 1 1996 xejn 1997 4 1998 14 1999 18 2000 45 Priġunier li llum jidher taħt arrest preventiv biss, jista` jkun li minn meta daħal skonta xi sentenza.
Leg 9 PQ #21343 Sitting 434 2000-11-22 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern

Refjuġati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nies barranin talbu li jitqiesu għall-finijiet tal-liġi bħala refjuġati? Jista' jgħid minn liema pajjiżi u kemm minn kull pajjiż?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liġi li qed jagħmel referenza għaliha għadha ma daħħlitx fis-seħħ.
Leg 9 PQ #21344 Sitting 434 2000-11-22 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jagħti dettalji ta' kemm hemm barranin fil-Faċilita' Korretiva ta' Kordin? Jista' jagħti dettalji ta' x'nazzjonalitajiet huma, u i-tip ta' reati li tagħhom instabu ħatja jew li huma akkużati bihom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fl-20 ta` Novembru 2000, in-numru ta` priġunieri ta` nazzjonalita` barranija miżmuma fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin kien ta` 73. In-nazzjonalita` tagħhom hija kif ġej: Sudaniżi 1 Libjani 50 Eġizzjani 6 Tuneżini 6 Olandiżi 3 Iraqini 1 Ingliżi 2 Jugoslavja 2 Alġerini 2 Ir-reati jew l-akkuża prinċipali huma kif ġej: Ħsara volontarja 1 Stupru 3 Arson 3 Frodi 3 Relatati ma` droga` 38 Omiċidju 4 Attentat ta` omiċidju 3 Serq 4 Feriti gravi 3 Sekwestu ta` persuna 1 Stupru fuq minorenni 1 Hold up 1 Attakk vjolenti u indiċenti 1 Pussess ta` flus foloz 2 fuq minorenni Immigrazzjoni 2 Oħrajn 3 Dawn il-priġunieri jista` wkoll ikollhom akkużi oħra minbarra dik prinċipali.
Leg 9 PQ #21066 Sitting 433 2000-11-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kuntrabandu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' kuntrabandu li ġew rapportati lill-pulizija matul din is-sena? X'tip ta' natura ta' kuntrabandu kienu dawn il-każi u kemm huwa n-numru ta' każi li qed jiġu nvestigati u kemm diġa' ttellgħu l-qorti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru 2000, il-Pulizija kellha 26 rapport dwar kuntrabandu. F`sitt każijiet l-investigazzjoni irriżultat fin-negattiv, f`seba` każi inbdew proċeduri quddiem il-Qorti, filwaqt li żewġ każijiet ġew konklużi amministrattivament skond l-artikolu 63 ta` l-Ordinanza tad-Dwana. Il-każijiet l-oħra għadhom qed jiġu nvestigati.
Leg 9 PQ #21068 Sitting 433 2000-11-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kuntrabandu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' kuntrabandu rapportati lill-pulizija matul l-1999? X'tip ta' kuntrabandu kienu dawn il-każi? X'passi ttieħdu u qed jittieħdu mill-pulizija dwar dawn il-każi u kemm ittellgħu persuni l-qorti akkużati b'dawn il-każi ta' kuntrabandu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fl-1999, il-Pulizija nvestigat 59 każ li jinvolvi kuntrabandu, li kienu jinkludu fost l-oħrajn apparat elettroniku, għamara, arloġġi, armi u munizjon, deterġenti, sigaretti, spare parts ta` karozzi, xorb, żraben u ħwejjeġ. Minn dawn, 22 każ ġew konkużi u tressqu 23 persuna quddiem il-Qorti. Każ ieħor ġie konkluż amministrattivament skond l-artikolu 63 ta` l-Ordinanza tad-Dwana. Hemm ukoll 16-il każ fejn il-Pulizija ikkonkludiet l-investigazzjoni u ser jinbdew proċeduri quddiem il-Qorti hekk kif il-Pulizija ikollha l-awtorita` sabiex tipproċedi mingħand il-Kontrollur. Infurmat ukoll li 18-il każ irriżultaw fin-negattiv filwaqt li 2 każi oħra għadhom qed jiġu nvestigati.
Leg 9 PQ #21324 Sitting 433 2000-11-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bl-ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanti.