Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #30032 Sitting 472 2017-01-23 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar u Mellieħa — Toursim Police Zone

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-lokalitajiet tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar (Buġibba/Qawra) matul din is-sena hux se jibda jkollom is-servizz ta' Tourism Police Zonesu dan anke fid-dawl li dawn huma l-iktar żoni li fil-konfini tagħhom hemm l-aktar numru ta' sodod mifruxa fuq l-akbar numru ta' lukandi u appartamenti f'pajjiżna apparti attrazzjonijiet oħra bħal bajjiet li jirriżulta ukoll li f'din iż-żona wieħed isib l-akbar numru ta' bajjiet f'pajjiżna?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi b’ħidma mal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, qed jiġi evalwat dan is-servizz biex jiġi estiż f’lokalitajiet turistiċi oħra f’Malta u f’Għawdex, skond il-ħtieġa.
Leg 12 PQ #29590 Sitting 471 2017-01-18 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu- Personal Emoluments — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa proġettata (budgeted) fuq Personal Emoluments sena b’sena mill-2013 sal-2016? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa reali (actual) għal kull sena?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fid-dokumenti tal-Estimi Ġenerali li jiġu ppubblikati kull sena u jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fil-jum tal-Baġit. Fir-rigward tan-nefqa għas-sena 2016 din l-informazzjoni għadha mhix konkluza u tkun ippubblikata fid-dokument tal-Estimi Generali li jmiss.
Leg 12 PQ #29916 Sitting 471 2017-01-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — person of trust u position of trust

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #29906 Sitting 470 2017-01-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Użu ta’ ħlas mit-turisti — proġetti

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet preċedenti dwar liema proġetti, u fejn ser isiru permezz tal-fondi miġbura mill-50 ċenteżmu li jinġabru għal kull lejl minn kull min jorqod ġol-lukandi f'Malta u f'Għawdex, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk ittieħdux xi deċiżjonijiet dwar dan?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa t-Tourism Environmental Trust qed jiffinalizza l-kriterji tal-proċedura ta’ kif ser jintgħażlu l-proġetti. Wara li l-kriterji jiġu eventwalment ippublikati, jibda’ l-proċess sabiex il-Fondazzjoni għall-Iżvilupp ta’ Żoni Turistiċi tressaq proġetti varji għall-iskrutinju tal-istess Trust illi ġie mwaqqaf sabiex jiġu amministrati l-fondi miġbura mill-eko kontribuzzjoni.
Leg 12 PQ #29507 Sitting 469 2017-01-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – lista ta’ stabbilimenti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk l-istabbilimenti li għandhom il-permess joperaw mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fil-lokalità tal-Marsa u għal kull post jagħti l-isem, l-indirizz u x’inhi l-attività li hija koperta bil-permess li għandu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #29575 Sitting 469 2017-01-16 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Awtorità għat-Turiżmu — Supplementary Financial Estimates 2016

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalxiex intużaw il-€15-il miljun żejda li talbet l-Awtorità għat-Turiżmu fis-Supplementary Financial Estimates 2016?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, li l-ħmistax-il miljun Ewro ntużaw mill-istess Awtorità sabiex jiġu esplorati u jinfetħu swieq ġodda u jinħolqu rekords bla preċedent fit-turiżmu, ii m’hemmx għalfejn wieħed jelabora dwarhom u li huma diġà fid-dominju pubbliku. Dan għadu qed isir abbażi ta’ politika li kellha l-amministrazzjoni preċedenti sabiex tattira aktar konnettività bl-ajru lejn pajjiżna u li dan il-Gvern saħħaħha bil-kbir.
Leg 12 PQ #29380 Sitting 467 2017-01-10 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għat-Turiżmu

Qasam tat-Turiżmu – liġi – sigħat ta’ ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi liġi li xi sezzjoni li jaħdmu fil-Qasam tat-Turiżmu għandhom ġimgħa tax-xogħol ta' 46 siegħa minflok ta’ 40 siegħa u għalhekk mhux qed jitħallsu ta' overtime u anke l-Ħadd qed jitħallsu bis-siegħa siegħa?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #29331 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — persuni f'position of trust

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni fuq position of trust minn Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Minn dawn, kemm saru tal-post għax ġew assorbiti fis-Servizz Pubbliku u b'hekk ma baqgħux fuq position of trust?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 ġew maħtura 10 persuni f’position of trust mal-Ministeru għat-Turiżmu. Bħalissa fil-Ministeru, fadal 3 persuni f’position of trust. Ħadd minn dawn ma kellu għalfejn jiġi assorbit fis-Servizz Pubbliku għax biex persuna tkun f’position of trust trid tkun fis-settur pubbliku.
Leg 12 PQ #29396 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – titjiriet lejn Manchester

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex l-Airmalta se twaqqaf it-titjiriet tagħha lejn Manchester fiż-żmien li ġej? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk dan il-fatt kienx komunikat lill-imsieħba soċjali waqt il-laqgħa li kien hemm tal-MCESD? Jekk iva, x'kienet ir-reazzjoni għal dan? Jekk le, x'wassal biex dan ma ġiex komunikat meta jidher li d-deċiżjoni kienet diġà meħuda? Kemm kien in-numru ta' passiġġieri li nġarru mill-Airmalta minn din ir-rotta partikulari matul l-2016?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-laqgħa mal-MCESD kienet laqgħa tajba ħafna u li l-Ministru ser jibqa’ jagħmilha minn żmien għal żmien sabiex jibqa’ jinforma lill-imsieħba soċjali tax-xogħol li qed jagħmel il-Gvern bħala azzjonista tal-linja tal-ajru nazzjonali, flimkien mal-Bord tad-Diretturi u l-Manigment wara l-fjask wieħed wara l-ieħor li għamlu amministrazzjonijiet Nazzjonalisti preċedenti fl-Air Malta. Fit-tieni lok, il-laqgħa mal-MCESD kienet laqgħa fuq livell ta’ Gvern u kif qed jara l-linja tal-ajru nazzjonali għaż-żmien li ġej. Tant huwa hekk, illi ma kien hemm ħadd mil-linja tal-ajru li attenda għal-laqgħa u l-laqgħa saret skont aġenda li ġiet innotifikata minn qabel. Din il-laqgħa saret ukoll skont il-mansjonijiet li għandha l-MCESD skont il-liġi, jiġifieri, li fuq livell ġenerali tiddiskuti materji ta’ natura ekonomiċi u soċjali ta’ pajjiżna. Hekk fil-fatt sar. Fit-tielet lok, il-Gvern bħala azzjonista ma’ jindaħalx f’deċiżjonijiet ta’ maniġment u hekk ser jibqa’ jagħmel. Id-deċiżjoni ta’ Manchester kienet deċiżjoni tal-Air Malta li l-Gvern jaqbel magħha għaliex hija waħda minn ħolqa ta’ deċizjonijiet intiżi sabiex l-Air Malta ssir vijabbli. Fir-raba lok, ser ikun hemm aktar deċizjonijiet importanti li ser jittieħdu mingħajr biżgħa ta’ xejn u b’determinazzjoni sabiex l-Air Malta tiġi kummerċjalment vijabbli lil hinn milli tissieħeb ma’ sieħeb strateġiku jew le. L-ispjegazzjoni tal-Air Malta għal din id-deċizjoni hija s-segwenti: “Bħala linja tal-ajru, li topera f’ambjent tant kompetittiv, l-Air Malta kontinwament taħdem biex tinkiseb effiċjenza operattiva u timmassimizza l-opportunitajiet billi topera skeda ta’ titjiriet l-aktar li huma konvenjenti. F'dan ir-rigward, il-linja tal-ajru qed tkompli bl-isforzi tagħha biex tirfina l-iskeda tagħha tas-sajf 2017 għal titjiriet aktar attraenti, kemm għall-vjaġġaturi minn Malta kif ukoll għall-turisti li jżuru l-gżejjer. Fuq kollox, huwa neċessarju illi l-Air Malta timmassimizza wkoll l-profittabbiltà u d-dħul fuq l-investiment tagħha. Dan huwa il-qalba ta' dak kollu li jsir mil-linja tal-ajru”. “L-Air Malta tiddikjara li qed tiproġetta li titlef madwar żewġ miljun ewro fi spejjeż varjabbli jekk topera r-rotta lejn Manchester, b’erba’ titjiriet fil-ġimgħa, fis-sajf tal-2017. L-Air Malta tieħu r-responsabbiltajiet tagħha bis-serjetà ħafna bħala linja nazzjonali tal-gżira. Id-deċiżjoni li tagħlaq ir-rotta ta' Manchester ittieħdet wara analiżi bir-reqqa tad-domanda u l-provvista. Minħabba d-distanza tal-vjaġġ, Manchester hija wkoll rotta għalja biex topera u għalhekk kellha tiġi mwaqqfa snin ilu. L-Air Malta tinnota illi din ir-rotta hija moqdija sew permezz ta’ diversi linji tal- ajru low-cost u l-linji charter, li huma kapaċi jissussidjaw ċerti rotot. L-Air Malta ma tistax tinjora l-obbligi kummerċjali tagħha. Allura, filwaqt li konxji tal-ħtiġijiet tal-ekonomija lokali, ma jistgħux jittieħdu deċiżjonijiet li jipperikolaw il-vijabbiltà tagħha billi tkompli topera rotot li kienu qed jagħmlu telf. L-Air Malta għandha ssaħħaħ rotot profittabbli u tespandi l-offerta tagħha. Filfatt, minn Mejju 2017, il-linja tal-ajru ser iżżid il-frekwenzi fuq Munich, Brussell, Amsterdam, Vjenna, Zurich, Ruma, Catania, Lyon, Palermo, Praga u Moska. L-Air Malta ser tirdoppja titjiriet kuljum, waqt il-peak season, lejn Munich, Ruma u Catania. Dan filwaqt li ser iżżomm sittax-il titjira fil-ġimgħa lejn Pariġi u tlett servizzi kuljum lejn Londra. Għas-sajf li ġej, l-Air Malta ser tkun qed topera 150 titjira fil-ġimgħa lejn 29 destinazzjoni bil-għan illi ġġorr 1.2 miljun passiġġier bl-istess flotta ta’ tmien ajruplani bħal din is-sena”. Finalment inserraħ ras l-Interpellant li s-sena 2017, minn ottika turistika, ser tkun sena ta’ suċċess akbar mis-sena li għaddiet u l-Gvern determinat li jilħaq l-objettivi li huwa diġa’ poġġa għas-sena 2017.
Leg 12 PQ #29440 Sitting 466 2017-01-09 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

National Aerospace Centre — riżultati għall-applikazzjoni tal-pożizzjoni ta' scientist/researcher/engineer

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati tal-applikazzjoni għall-pożizzjoni ta' scientist/researcher/engineer fin-National Aerospace Centre f'vacancy number 293707?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tabella bir-riżultati tal-applikazzjoni għall-pożizzjoni ta' scientist/researcher/engineer fin-National Aerospace Centre, f'vacancy number 293707, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Leg 12 PQ #29015 Sitting 465 2016-12-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Għawdex – Tourism Council

Question

B’referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 26459, jista’ l-Ministru jgħid jekk fis-sitt xhur li għaddew minn dakinhar li ta dik ir-risposta sal-lum, il-proposta tal-Gozo Tourism Association li jitwaqqaf Gozo Tourism Council ġietx studjata u kienx hemm deċiżjoni minnu u mill-Ministru għal Għawdex jekk għandux jitwaqqaf jew le dan il-Kunsill?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26459.
Leg 12 PQ #29322 Sitting 465 2016-12-21 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

MCESD – diskussjonijiet dwar l-Air Malta

Question

Billi jidher li matul il-jiem li ġejjin l-MCESD ser ikun qed jiddiskuti dak li qed jiġri fl-AirMalta, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kienu l-aħħar żviluppi li seħħew, kif ukoll x'informazzjoni ġdida hi mistennija li tingħata lill-MCESD, li sa issa għadha mhix magħrufa lill-pubbliku, u b'mod partikulari lill-ħaddiema ta' din l-istess organizzazzjoni? X'żamm lill-Gvern milli ma jgħaddix lill-Parlament l-informazzjoni li ser tgħaddi lill-MCESD?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, ninsab ferm sorpriż b’din id-domanda. Din is-sena għamilt żewġ stqarrijiet Ministerjali fil-Parlament u weġibt id-domandi kollha rivolti lili mill-membri tal-Oppożizzjoni, inwieġeb regolarment għal domandi Parlamentari li jigu rivolti lili fuq l-Air Malta, u kif ukoll stedint lill-Oppożizzjoni stess, inkluż lill-Onorevoli Ċensu Galea fil-Ministeru fejn ingħata preżentazzjoni dwar l-Air Malta. Dan jikkuntrasta ħafna l-mod kif kienet taħdem l-Oppożizzjoni meta kienet fil-Gvern fil-leġislatura preċedenti fejn kienet dejjem tinħeba taħt sensittivita’ kummerċjali u ma twieġeb bażikmanet xejn dwar l-Air Malta. Kienu l-istess MCESD li stednuni sabiex niltaqa’ magħhhom u jiena aċċettajt l-invit tal-MCESD sabiex issir diskussjoni. Nieħu l-okkazzjoni li nwiegħed lill-pubbliku ġenerali u b’mod partikolari lill-ħaddiema tal-Air Malta, li kwalunkwe żvilupp ser ikun ikkomunikat lilhom kif dejjem sar u nirringrazzja lill-istess ħaddiema tax-xogħol tant siewi li jagħmlu għal-linja tal-ajru nazzjonali tagħna.
Leg 12 PQ #29323 Sitting 465 2016-12-21 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ġbir ta’ flus permezz tal-ħlas ta’ 50 ċenteżmu għal kull lejl li ħallsu t-turisti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien sa issa l-ammont ta' flus li nġabar permezz tal-ħlas ta' 50 ċenteżmu għal kull lejl li ħallsu t-turisti li ġew Malta u Għawdex minn meta daħal dan l-istess ħlas? Jista' l-Ministru jagħti tagħrif, lokalità b'lokalità dwar kemm kien il-ġbir minn kull waħda minn dawn il-lokalitajiet?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, minħabba li l-ewwel perjodu ta’ skadenza, għall-ġbir ta’ din il-kontribuzzjoni mill-Kummissjaru tat-Taxxi għadu mgħaddiex, hu prematur li wieħed iwieġeb għal din id-domanda.
Leg 12 PQ #28391 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

SmartCity – ITS – proġett ta’ rilokazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif se jiġi ffinanzjat il-proġett tar-rilokazzjoni tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) lejn SmartCity?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #28392 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS – korsijiet – studenti li gradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw student minn korsijiet (full-time) fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) sena b’sena mill-2012 sal-2015 u jgħid ukoll kemm huwa stmat li se jiggradwaw din is-sena? Jista’ jaqsam l-informazzjoni skont il-korsijiet rispettivi?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Tajjeb illi wieħed jinnota illi, sar kambjament bi qbil mal-industrija fil-mod ta’ kif jiġu mgħallma l-korsijiet kif ukoll biex l-internship internazzjonali ma jkunx fil-perjodu fl-aħħar tal-istudji iżda jkun fin-nofs. Dan sar biex nagħtu aktar ċans lill-kumpaniji lokali jimpjegaw lill-gradwati Maltin. Għaldaqstant, b’riżultat ta’ dan it-tibdil, 125 student/a illi qegħdin jistudjaw għad-diploma barra il-pajjiż ser jigradwaw fl-2017 minn flok fl-2016.
Leg 12 PQ #28393 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS – waqfin ta’ operat minn San Ġiljan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) jieqaf jopera mis-sit preżenti tiegħu f’San Ġiljan?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kampus il-ġdid tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi huwa ppjanat illi jkun kompletament funzjonali fl-2019, l-istess sena illi l-Istitut ser jieqaf jopera mis-sit preżenti tiegħu.
Leg 12 PQ #28394 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Smart City – migrazzjoni tal-ITS

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-migrazzjoni tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) għal SmartCity?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, minħabba ċirkostanzi spjegati fit-tweġibiet għal Mistoqsijiet Parlamentari oħra, għajr dak li ġie mwieġeb għal domandi oħra, hu prematur li wieħed iwieġeb għal din id-domanda.
Leg 12 PQ #28395 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

SmartCity – ITS – spiża dettaljata

Question

Jista’ l-Ministru jagħti break down dettaljata tal-ispiża msemmija ta’ €52 miljun biex l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) jiċċaqlaq għal SmartCity?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #28396 Sitting 464 2016-12-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Smart City — ITS – spiża - ċaqlieq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif se tiġi ffinanzjata l-ispiża msemmija ta’ €52 miljun biex l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) jiċċaqlaq għal Smart City?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #28385 Sitting 463 2016-12-19 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Fondazzjoni – eco tax

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-policy li ġiet stabbilita biex il-Fondazzjoni li se tamministra l-eco tax (li ddaħħlet aktar kmieni din is-sena) se tuża?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa qed tkun diskussa l-proċedura ta’ kif ser jintgħażlu l-proġetti.