Legislature:
Category:
Reset
Active:

Transport Malta – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru, permezz ta’ Transport Malta, jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema fuq tag?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sar kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha ngħataw separatament u infurmat li l-problema ta’ din il-persuna ġiet solvuta.

Xufiera tal-karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-persuni li qed ikunu mpjegati biex jaħdmu bħala xufiera tal-karozzi tal-linja humiex qed jintalbu li jkunu jafu jikkomunikaw bil-Malti u bl-Ingliż, jew fil-każ ta’ xufiera li mhumiex Maltin almenu bl-Ingliż,? Jekk le, jista’ jara li almenu x-xufiera li jkunu mpjegati jkunu jafu jikkomunikaw b’lingwa li tintuża mill-maġġoranza assoluta tal-Maltin?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa rekwiżit li persuna tkun kapaċi tikkomunika bil-Malti jew inkella bil-lingwa Ingliża sabiex tiġi ngaġġata bħala xufier/a tal-karozzi tal-linja mill-Malta Public Transport. Preferibilment, il-persuni ngaġġati jkunu kapaċi jikkomunikaw biż-żewġ lingwi. Barraminhekk, jekk ikun hemm il-bżonn, il-kumpanija tipprovdi wkoll għajnuna lingwistika lix-xufiera bħala parti mill-proċess ta’ taħriġ.

Ħal Lija – toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq fil-lokalità ta’ Ħal Lija jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Ħal Lija dawn it-toroq jaqgħu taħt ir-responsabiltà ta’ Transport Malta: Triq il-Mosta Triq in-Naxxar

Birkirkara – toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq fil-lokalità ta’ Birkirkara jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Birkirkara dawn it-toroq jaqgħu taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta: Triq Fleur de Lys Triq Salvu Psaila Triq Dun Karm Triq in-Naxxar Triq il-Wied

Santa Venera – toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq fil-lokalità ta’ Santa Venera jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Santa Venera dawn it-toroq jaqgħu taħt ir-respnsabilità ta’ Transport Malta: Triq il-Ferrovija Triq Reġjonali Triq Salvu Psaila Triq il-Kanun Il-Mini ta’ Santa Venera Triq Ġuże’ Flores

Il-Mellieħa – toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq fil-lokalità tal-Mellieħa jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità tal-Mellieħa dawn it-toroq jaqgħu taħt ir-respnsabilità ta’ Transport Malta: Triq il-Marfa Dawret il-Mellieħa Triq Louis Wettinger It-Telgħa tax-Xemxija

San Pawl il-Baħar – toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar dawn it-toroq jaqgħu taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta: Xatt il-Pwales Telgħa tax-Xemxija Triq ta’ Xifer il-Kief Kennedy Drive Dawret San Pawl il-Baħar Triq Burmarrad Triq Toni Camilleri.

San Pawl il-Baħar – rotot tal-karozzi tal-linja

Question

Billi issa saru xi bidliet fuq ir-rotot tal-karozzi tal-linja, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-bidliet suġġeriti u li ġew aċċettati mill-kunsill lokali għall-inħawi ta' San Pawl il-Baħar?? Meta saru l-aħħar konsultazzjonijiet mal-istess kunsill?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tibdiliet li saru fin-network tar-rotot tat-trasport pubbliku saru wara li saret konsultazzjoni mall-kunsilli lokali kollha fis-sena 2013. Is-suġġerimenti kienu ntlaqgħu wkoll mill-pubbliku f’konsultazzjoni li kienet saret fl-istess sena. Infurmat ukoll li sa fejn kien possibli, it-talbiet li saru ġew milqugħa u addotati. Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22261 għall-modifikazzjonijiet li saru fir-rotot kif ukoll l-introduzzjoni ta’ rotot ġodda.

In-Naxxar – servizz tal-karozza tal-linja għall-Magħtab

Question

Billi jidher li s-servizz ta' karozza tal-linja għall-Magħtab, limiti tan-Naxxar, twaqqaf, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'konsultazzjonijiet kien hemm, u ma' min, qabel ġie deċiż li dan is-servizz jiġi mwaqqaf?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-karozza tal-linja għall-Magħtab, limiti tan-Naxxar, ġie mwaqqaf minħabba li l-użu għal dan is-servizz minn din l-akwata kien baxx ħafna li jirriżulta f’waħdiet okkażjonali. Dan irriżulta minn figuri ta’ passiġġieri li ġew provduti mill-operatur tat-trasport pubbliku fi żmien meta kienu qed jiġu mfassla ir-rotot l-ġodda. Ta’ min iżid li konsultazzjonijiet fuq ir-rotot il-ġodda saru wkoll mal-kunsilli lokali tal-lokalitajiet kollha. Mhux eskluż lanqas li ċertu rotot jiġu riveduti fil-futur jekk jinħass il-bżonn li jsir dan.

Il-Kappara (San Ġwann) — rotot tal-karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru tal-karozzi tal-linja li jgħaddu minn Kappara (San Ġwann) u r-rotot rispettivi li jgħaddu minnhom il-karozzi tal-linja fil-preżent? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni skont kif kienu r-rotot qabel ma saru l-aħħar tibdiliet?

Response (MIZZI, JOE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22256.

Il-Kappara (San Ġwann) – Frekwenza tas-servizz tal-karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-iskeda tal-frekwenza tas-servizz tal-karozzi tal-linja li jgħaddu mill-Kappara (San Ġwann) fil-preżent u l-iskeda tal-frekwenza tas-servizzi tal-karozzi tal-linja li kienu jgħaddu mill-Kappara (San Ġwann) sa qabel ma saru l-aħħar tibdiliet fl-iskeda?

Response (MIZZI, JOE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22256.

Il-Kappara (San Ġwann) – servizz tal-karozzi tal-linja

Question

Jikkonferma l-Ministru jekk is-servizz tar-rotot tal-karozzi tal-linja li jgħaddu mill-Kappara (San Ġwann) naqqsitilhomx il-frekwenza? Jekk iva, x’wassal għal dan it-tnaqqis fil-frekwenza tas-servizz? Dan it-tnaqqis kien marbut ma’ xi studju li sar minn Transport Malta? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan l-istudju?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22256.

San Ġwann – Taż-Żwejt – rotot tal-karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numri tal-karozzi tal-linja li jgħaddu minn Taż-Żwejt (San Ġwann) u r-rotot rispettivi li jgħaddu minnhom il-karozzi tal-linja fil-preżent? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni skont kif kienu r-rotot qabel ma saru l-aħħar tibdiliet?

Response (MIZZI, JOE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22256.

Taż-Żwejt (San Ġwann) – Frekwenza tas-servizz tal-karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-iskeda tal-frekwenza tas-servizz tal-karozzi tal-linja li jgħaddu minn Taż-Żwejt (San Ġwann) fil-preżent u l-iskeda tal-frekwenza tas-servizzi tal-karozzi tal-linja li kienu jgħaddu minn Taż-Żwejt (San Ġwann) sa qabel ma saru l-aħħar tibdiliet fl-iskeda?

Response (MIZZI, JOE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22256.

Taż-Żwejt (San Ġwann) – servizzi tal-karozza tal-linja

Question

Jikkonferma l-Ministru jekk is-servizz tar-rotot tal-karozzi tal-linja li jgħaddu minn Taż-Żwejt (San Ġwann) naqqsitilhomx il-frekwenza? Jekk iva, x’wassal għal dan it-tnaqqis fil-frekwenza tas-servizz? Dan it-tnaqqis kien marbut ma’ xi studju li sar minn Transport Malta? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan l-istudju?

Response (MIZZI, JOE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22256.

Raħal Ġdid — Sir Paul Boffa Avenue - tidal traffic system

Question

Peress li fl-ewwel ġimgħa ta’ Ottubru 2015 il-Prim Ministru wiegħed lill-Parlament li se tiġi installata 'dalwaqt' tidal traffic system għal Sir Paul Boffa Avenue, f’Raħal Ġdid, u peress li sal-lum din ma saritx, jista’ l-Ministru jgħid għala sal-lum, il-wegħda tal-Prim Ministru ma ġietx fis-seħħ?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li x-xogħlijiet infrastrutturali diġa bdew fuq il-lant. Minħabba li kien hemm bżonn ta’ tagħmir elettroniku speċifiku, ħarġet sejħa pubblika għall-offerti li ħadet iż-żmien stipulat skont ir-regolamenti stabbiliti. Transport Malta diġa ltaqgħet mal-kuntrattur u beda x-xogħol preparatorju.

Gozo Channel — vjaġġi fil-ġimgħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid skont il-PSO li l-kumpanija Gozo Channel għandha ma' Transport Malta kemm-il vjaġġ fil-ġimgħa suppost isir minn Għawdex lejn l-Port ta' Marsamxett jew il-Port il-Kbir u lura? Jista' jgħid jekk dawn hux qed isiru u jekk le x'passi se jittieħdu biex jiġi assigurat li l-Gozo Channel timxi mal-obbligi li għandha fil-kuntratt?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — nefqa fuq reklamar u informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21333 u 21531 u jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa fuq reklamar u informazzjoni hija kif ġej; Ministeru u Dipartimenti 2013 - €32,786.73 2014 - €23,100.21 2015 - €24,756.92 Transport Malta 2013 – €177,248.93 2014 – €154,710.43 2015 – €113,340.57 Grand Harbour Regeneration Corporation 2013 –€1,535.29 2014 –€1,937.73 2015 –€4,367.47

7, 11 u 12-il distrett elettorali– proġetti ta’ tisbiħ

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-proġetti ta’ tisbiħ li ġew ippjanati minn dan il-gvern, għal-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali? Liema minnhom twettqu u liema huma mistennija li jitwettqu matul is-sena d-dieħla?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interperllant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej; Xogħlijiet li twettqu: · Bini u tindif ta’ passaġġi tal-qawwi u tal-franka fil-ġonna tal-Palazz ta’ Verdala. · Bini ta’ turġien tal-franka u tqegħid ta’ ċangatura tal-franka fil-Palazz ta’ Verdala. · Diversi xogħlijiet fil-post tal Girl Guides Ħad-Dingli. · Bini ta’ Playing Field l-Imtarfa. · Xogħlijiet fl-iskola Giovanni Curmi Higher Secondary fin-Naxxar. Xogħlijiet li mistennija jitwettqu matul din is-sena: · Jitkomplew u jitlestew ix-xogħlijiet fix-Xemxija (Fekruna). · Estensjoni taċ-Ċentru tal- Iscouts tal-Qawra.”

7, 11 u 12-il distrett elettorali – proġetti ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema proġetti ta’ restawr qed jitwettqu mill-Ministeru tiegħu għal dak li jikkonċerna is-7, 11 u 12-il distrett elettorali? F’kull każ, meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol li għaddej preżentament? Liema xogħol ieħor hu mistenni li jinbeda, u f’kull każ meta hu mistenni li jinbeda?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Imdina ser isir bdil ta’ ċangatura ma’ ġenb il-katidral. Dan għandu jinbeda f’ Ottubru tat-2016. Ser isir restawr tal-faċċati u zuntier tal-kappella ta’ Santa Katerina l/o Rabat. Ix-xogħol għandu jinbeda kif joħroġ il-permess tal-MEPA. Bħalissa, qed isir xogħol biex jitneħħew cables tal-elettriku u street lighting li kienu mwaħħlin mal-faċċati tal-kappella. Ser isir ukoll restawr ta’ parti zgħira tal-faċċata tal-Knisja ta’ San Pawl tar-Rabat . Ix-xogħol għandu jinbeda kif joħroġ il-permess tal-MEPA.