Jista' l-Ministru jgħid meta u f'liema laqgħa kienet meta d-dipartiment informa l-kunsilli lokali tal-Fgura bil-pjanti approvati ta' kif ippjanat li se ssir Hompesh Rd, fil-Fgura?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq, permezz ta' ittra bid-data 27/07/2001 informa lill-Kunsill Lokali, Fgura li d-Dipartiment tat-Toroq kien ser jibda x-xogħol fuq Hompesch Road, Fgura, b'mod li t-traffiku jibqa two way kif inhu llum. Sadanittant l-istess Dipartiment informa lill-Kunsill li jekk irid seta jkompli jiddiskuti dan il-proġett, peress li l-ewwel fażi tiegħu ma kienitx ser ittellef dak li kien qed jippretendi l-Kunsill.
Ir-risposta tal-Kunsill kienet kuntrarju għal aktar laqgħat, u għalhekk ma kienx hemm alternattiva ħlief li x-xogħol jinbeda kif propost.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat ta' komunikazzjoni bejn id-dipartiment u l-kunsill tal-Fgura bejn l-20 ta' Novembru 2001 u s-16 ta' Mejju 2001 dwar id-disinn ta' Triq Hompesch, Fgura? Jista' jgħati kopja tal-minuti ta' kull laqgħa li saret?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li għalkemm mhux fil-perjodu msemmi, saru diversi laqgħat bejn il-Kunsill u d-Dipartiment tat-Toroq, kemm qabel kif ukoll wara d-dati msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid meta ġew approvati l-pjanti ta' Hompesch Rd tal-Fgura mill-Awtorita ta' l-Ippjanar? X'inhu n-numru tal-P.A. għal dan l-approval? Kemm ittieħet żmien biex il-pjanti ġew approvati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-proġett ta` titjieb ta` Żabbar Road u Hompesh Road huwa proġett ta` reconstruction u realignment tal-bankini.
Dawn it-tip ta proġetti ma jinħtieġux permess mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar u għalhekk minn l-1997 'l hawn qatt ma ġew sottomessi pjanti lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar inkonnessjoni mat-titjieb ta` Żabbar Road u Hompesh Road.
B'riferenza għal petizzjoni li qed tintbagħat separatament u l-ittra tal-kunsill lokali ta' Birkirkara lir-residenti ta' Triq il-Karmnu u Triq Francisco Buhagiar ġewwa Birkirkaka dwar l-istat tas-salib it-toroq bejn Triq il-Karmnu u Triq Francisco Buhagiar, jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol mitlub minn dawn ir-residenti huwiex kkunsidrat bħala wieħed ta' natura urġenti u li għaldaqstant għandu jsir mingħajr aktar telf ta' ħin?
Jaf il-Ministru li r-residenti ta' dawn it-toroq ilhom isofru inkonvenjent kbir minħabba dan l-istat disastruż tat-triq għal diversi snin?
Jaf il-Ministru li diversi residenti qed jilmentaw minħabba ġrieden, ħmieġ, porkeriji, trabijiet, eċċ. li qed ikunu ta' theddida serja għas-saħħa tagħhom u ta' uliedhom? Jista' l-Ministru jara li x-xogħol in kwestjoni jsir qabel l-istaġun tax-xitwa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 27832.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 27125 dwar Triq il-Furnar - Qormi, jista' l-Ministru jgħid issa li s-servizzi permanenti fi Triq il-Furnar - Ħal Qormi, tlestew, meta fil-fatt din it-triq se tingħata t-tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellanta għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 27125.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata t-Trejqa ta' l-Għajn tal-Ħajja f'Ħal Qormi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jivverifika ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar il-limiti ta' l-ischeme fil-lokalita' biex ikun jista' jiġi stabbilit jekk hemmx aktar żvilupp xi jsir, u b'hekk ikun jista' jsir pjan għat-titjieb ta' din it-triq.
Jista' l-Ministru jgħid meta Triq l-Industrija - Ħal Qormi se tingħata t-tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għadha kif infurmat lid-Dipartiment li qiegħda fil-proċess li tirrevedi l-linji u l-livelli ta' parti mit-triq, u għalhekk l-asfaltar tat-triq ikun jista' jsir meta dan ix-xogħol ikun tlesta' mill-Awtorita'.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu nstallati t-Traffic Lights fi Triq l-Imdina u fi Triq Manwel Dimech f'Ħal Qormi li ilhom approvati mill-Gvern Laburista preċidenti u li ilhom imwegħda minn dan il-Gvern sentejn u nofs?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ħejja d-disinji meħtieġa u dawn qegħdin għall-approvazzjoni tal-Bord għall-Kontrol tat-Traffiku.
Jista' l-Ministru jgħid meta Sqaq Għadira f'Ħal Qormi se jingħata t-tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq hu nfurmat li l-ħsara li kien hemm fi Sqaq Għadira kienet riżultat ta` xogħol ta` trinek mill-Korporazzjoni ta` l-Enemalta u ġie reinstated bl-asfalt, issa sar mill-Korporazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata t-tarmac Triq l-Għargħar - Ħal Qormi
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jaħdem sabiex jitwettaq pjan biex jiġi mmaniġjat l-ilma li jaqa' fi Triq l-Għargħar u l-asfalt f'din it-triq ikun jista' jsir bħala parti minn dan il-pjan.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata t-tarmac Triq id-Dragun, il-parti ta' isfel, f'Ħal Qormi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment qiegħed f'konsultazzjoni sabiex jara jekk proċeduri għall-esproprijazzjoni jkunux possibbli minħabba sentenza tal-Qorti.
Jista' l-Ministru jgħid meta triq ġdida fi Triq il-Ħelsien jew Triq is-Serer f'Ħal Qormi se tingħata t-tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jirrevedi il-programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata t-Tarmac fi Triq G. Muscat Azzopardi, Qormi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jagħmel spezzjoni fit-triq imsemmija biex jiġi stabbilit xi żvilupp hemm, u b'hekk l-informazzjoni mitluba tingħata meta din l-ispezzjoni titlesta'.