Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #27327 Sitting 580 2001-07-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Patrijiet Franġiskani

Question

B'riferenza għat-talba tal-patrijiet Franġiskani, li tagħha qed nibgħat kopja separatament, jista' l-Ministru ġentilment jirrimedja għal bżonn ta' din is-soċjeta'? Jekk fl-afferrmattiv, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li t-talba li qed issir riferenza għaliha qed tingħata l-attenzjoni xierqa.
Leg 9 PQ #27328 Sitting 580 2001-07-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Produtturi tal-Majjal — Mediċina

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-mediċina li jużaw il-produtturi tal-majjal sabiex ifejqu l-majjal mill-mard tal-pulmun għolew minn Lm8 fil-kilo għal Lm18 fil-kilo matul dawn l-aħħar sentejn?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant qed jiġi nvestigat.
Leg 9 PQ #27336 Sitting 580 2001-07-13 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żabbar — Triq is-Saqwi

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir bozza fi Triq is-Saqwi, Żabbar peress li din it-triq li issa hi abitata tinsab fi dlam ċappa?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #27337 Sitting 580 2001-07-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 27262 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li hemm xi diskrepanza li tolqot ex-ħaddiema tal-Maltacom li rtiraw minn mal-korportazzjoni wara l-1996 li kellhom xi dritt għal numru ta' units li jissarrfu f'ishma tal-kumpanija? Għad hemm fond għal dan il-għan? Kemm baqa flus f'dan il-fond?

Response (BONNICI, JOSEF)

Għandi għax nifhem li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għas-somma li l-impjegat huwa ntitolat għaliha wara t-tmiem ta' l-impjieg meta jissarfu n-numru ta' units li għandu fil-Maltacom Employee Foundation. Jiena nfurmat li l-qagħda ta' din il-Fondazzjoni ġiet spjegata fl-audited accounts li ntbagħtu lill-benefiċjarji kollha tal-Fondazzjoni ma' l-avviż tal-laqgħa ġenerali annwali li saret ix-xahar li għadda.
Leg 9 PQ #27340 Sitting 580 2001-07-13 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ultra Violet

Question

Jogħġbu l-Ministru jixtarr il-possibbilta' li index dwar l-ultra violet (UV) matul diversi ħinijiet tal-ġurnata jibda jiġi mxandar flimkien mar-rapport tat-temp ta' kuljum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lil Malta International Airport. Madanakollu ta' min jgħid li fil-preżent l-apparat meħtieġ biex dan is-suġġeriment jiġi attwat għadu mhux għad-dispożizzjoni tal-Kumpanija.
Leg 9 PQ #27352 Sitting 580 2001-07-13 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Self Service

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li s-servizz tas-self service bl-attendant fil-pompi tal-petrol ingħataw l-ordni bil-pulizija biex immedjatament jagħlqu s-servizz tagħhom fis-7.00 pm, mentri l-cash acceptors jibqgħu in service għal 24 siegħa?? X'inhi r-raġuni ta' din l-ordni? Kif dawn id-distributuri ma' ġewx avżati minn qabel?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-ħinijiet tal-ftuħ tal-petrol stations huma stabbiliti bil-Liġi sas-sebgħa ta' fil-għaxija. Jidhirli li hemm differenza kbira bejn sistema ta' cash acceptance, li taħdem b'mod awtomatiku bla ebda element uman fil-ħinijiet ta' wara s-7.00 p.m., u s-sistema li trid element uman u allura tinvolvi ħlas ta' salarju addizjonali għall-individwu biex jibqa' jaħdem wara l-ħin stabbilit bill-Liġi.
Leg 9 PQ #27353 Sitting 580 2001-07-13 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Triq Popo Alessandro VII — Dawl

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 27244, jista' l-Ministru jwieġeb għar-rigward ta' Triq Pope Alessandra VII, Zabbar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-fatt li tkun saret talba bil-miktub biex jitwaħħlu lampi ġodda fi triq partikulari ma jfissirx li awtomatikament il-Korporazzjoni Enemalta ser tilqa' tali talba. Il-Korporazzjoni tikkunsidra t-talba li ssirilha u wara li tevalwa l-fatti kollha, tasal għad-deċiżjoni jekk it-talba għandhiex tintlaqa' jew le. Fid-dawl ta' dak imsemmi preċedentement, it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #27200 Sitting 579 2001-07-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Imtarfa

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex il-gibjuni ta' l-Imtarfa ma saritilhomx ebda manutenzjoni matul 1999, 2000 u din is-sena? Jista' l-Ministru jinterveni sabiex l-Awtoritajiet konċernati jieħdu ħsieb li jnaddfu u jużaw aħjar dawn il-gibjuni għall-ġid tal-komunita ta' l-Imtarfa? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li dawn il-ġibjuni huma riservi ta' l-ilma tax-xita (stormwater) u ma jagħmlux parti min-network ta' l-ilma li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tuża biex tipprovdi l-ilma lill-konsumatur. Tajjeb jingħad ukoll li qed jitħejja pjan sabiex l-użu ta' l-ilma ta' dawn il-ġibjuni jibda jifforma parti mill-kompetenza tal-Kunsilli Lokali.
Leg 9 PQ #27201 Sitting 579 2001-07-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Imtarfa

Question

Jista' l-Ministru jara l-possibilita li tiġi stazzjonata phone box oħra fl-Imtarfa u post office box fl-inħawi ta' Dar il-Kaptan? Peress li dan il-bżonn għar-residenti ta' l-Imtarfa ilu pendenti x-xhur minkejja t-talbiet tal-kunsill tal-lokal, jista' l-Ministru jirrimedja bla aktar dewmien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Rigward kaxxa ta' l-ittri fl-inħawi msemmija, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Maltapost timxi fuq ir-rakkomandazzjonijiet ta' l-Unjoni Postali Universali li jkun hemm kaxxa ta' l-ittri għal kull tlitt elef resident. Il-lokalita' ta' l-Imtarfa diġa' hija fornuta bi tlitt kaxxi ta' l-ittri u għaldaqstant mhux possibbli li din it-talba tintlaqa'. Madanakollu l-Maltapost dejjem lesta tikkunsidra rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Kunsill Lokali għal ċaqlieq ta' waħda jew aktar mill-kaxxi eżistenti b'mod li s-servizz jitjieb. Għal dak li jikkonċerna l-phone box, ninsab infurmat li fuq talba tal-Kunsill Lokali ta' l-Imtarfa, ser tiġi nstallata cardphone ġdida fi Triq Oswald ħdejn il-gymnasium. Il-Maltacom ma kellhiex talbiet oħra f'dan is-sens mill-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #27285 Sitting 579 2001-07-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Maltacom tistħarreġ il-każ ta' single mother li l-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija peress li bi żball fuq il-kont tat-telefon taħt l-item donatin din is-sinjura qiegħda tiġi mitluba tħallas is-somma ta Lm 104? Tista' din is-sinjorina tiġi infurmata bir-riżultat ta' dan l-istħarriġ?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Maltacom sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u biex l-abbonata tiġi nfurmata bir-riżultat relattiv.
Leg 9 PQ #27287 Sitting 579 2001-07-13 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Pompi tal-Petrol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 26661?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-liġijiet li jirregolaw il-bejgħ ta' petrol, diesel u petroleum products huma dawn: 1. L-Att dwar l-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi - Kapitlu 423 tal-Liġijiet ta' Malta 2. L-Att dwar l-Enemalta - Kapitlu 272 tal-Liġijiet ta' Malta 3. L-Ordinanza dwar l-Importazzjoni, Maggazzinaġġ u Bejgħ ta' Petroleum - Kapitlu 25 tal-Liġijiet ta' Malta 4. L-Avviż Legali numru 12 ta' L-1978 - Enemalta Exclusivity (exemption) Regulations 5. L-Avviż Legali numru 40 ta' l-1986 - Petroleum (Petrol Stations) Regulations 1986. Il-ħruġ ta' liċenzja għall-bejgħ u xiri ta' petroleum products jaqa' taħt l-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi. F'dan l-Att ma teżisti ebda restrizzjoni dwar in-nazzjonalita' ta' min jista' jopera pompa tal-petrol.
Leg 9 PQ #27321 Sitting 579 2001-07-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Xgħajra — Street Lighting

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx possibbilta' li jsir street lighting fid-daħla lejn ix-Xgħajra li hi fid-dlam?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #27195 Sitting 578 2001-07-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

G.F.C.M.

Question

Jirriżultalu l-Ministru li skond riżuluzzjoni 97/3 tal-G.F.C.M, mhux suppost li jintuża l-ispotter plane fix-xahar ta' Ġunju għas-sajd fil-Baħar tal-Mediterran? Jista' jinforma lill-kamra x'passi ħa l-Gvern Malti sabiex jiddefendi l-Liġijiet tal-pajjiż u dawk tax-xogħol tas-sajjieda u ħaddiema Maltin u Għawdxin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Malta International Airport ma għandha l-ebda informazzjoni mill-Flight Plans li jindikaw attivita' ta' spotter plane fix-xahar ta' Ġunju in konnessjoni ma' sajd fil-baħar Mediterran.
Leg 9 PQ #27196 Sitting 578 2001-07-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mtarfa — ATM

Question

B'referenza għall-bżonn ta' ATM machine fil-Belt ta' l-Imtarfa li dwarha saru talbiet wkoll minni u mill-kunsill tal-lokali, jista' l-Ministru jinfurmani bil-progress ta' din it-talba? Jekk se tkun approvat meta? Jekk le, għaliex?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lil Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 20836. Tajjeb jingħad ukoll li t-twaħħil ta' magni ATM hija prerogattiva esklussiva tal-banek u għaldaqstant mhuwiex il-kompitu tal-Gvern li jidħol f'materji ta' din ix-xorta.
Leg 9 PQ #27016 Sitting 577 2001-07-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Karozzi tal-Kiri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 26668?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li sat-30 ta' Ġunju li għadda, l-impjegati tal-Korporazzjoni Enemalta kienu qed jagħmlu użu minn ħamsa u ħamsin karozza tal-kiri. Dawn il-karozzi kienu qed jintużaw fis-sezzjonijiet li ġejjin SEZZJONI NUMRU TA" KAROZZI Meter Room 4 Distrett ta' Ħal Luqa 2 Distrett tal-Mosta 1 Distrett ta' Paola 1 Distrett tal-Belt Valletta 1 Distrett tal-Qawra 2 Distrett ta' Birkirkara 1 Distrett ta' Tas-Sliema 2 Manutenzjoni tas-Substation 2 Żvilupp 3 Ħanut tal-Manutenzjoni 1 Inġiniera tat-Transmission u Distribuzzjoni 13 Inġinier Ċivili 1 Dwal tat-toroq 1 Drawing Office 2 Xogħolijiet 5 Relazzjonijiet Pubbliċi 1 Messaġġiera 1 Kompjuter 1 Imħażen tal-Power Station ta' Delimara 1 Sigurta' 1 Internal Audit 1 Compliance Officers 2 Petrolium 4 Konsulent taċ-Chairman 1 Il-kumpanija li qed tipprovdi dawn il-karozzi hija Percius Car Hire Limited li rebħet il-kuntratt b'seħħ minn Ottubru ta' l-1999 wara sejħa għall-offerti. Il-ħlasijiet għall-karozzi mikrija, xahar b'xahar, kien hekk XAHAR AMMONT Ottubru 1999 Lm4,423 Novembru 1999 Lm4,315 Diċembru 1999 Lm4,483 Jannar 2000 Lm4,310 Frar 2000 Lm4,279 Marzu 2000 Lm4,515 April 2000 Lm4,544 Mejju 2000 Lm4,581 Ġunju 2000 Lm4,720 Lulju 2000 Lm4,709 Awissu 2000 Lm4,709 Settembru 2000 Lm4,687 Ottubru 2000 Lm4,900 Novembru 2000 Lm4,721 Diċembru 2000 Lm4,920 Jannar 2001 Lm5,268 Frar 2001 Lm5,283 Marzu 2001 Lm5,772 April 2001 Lm5,719 Matul is-sena elfejn dawn il-karozzi bejniethom użaw petrol u diesel għall-valur ta' Lm27,348 waqt li bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena il-valur kien jammonta għal Lm15,225.
Leg 9 PQ #27018 Sitting 577 2001-07-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel — Chairman

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 26666 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid kemm ġiet tiswa l-karozza ġdida taċ-chairman tal-Gozo Channel? Jista' jgħid x'ditta hi u jekk ħarġux sejħiet għall-offerti jew intlabux kwotazzjonijiet? Jista' jgħid ukoll xi bżonn inħass li din il-karozza tinxtara?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li d-deċiżjoni biex tinxtara l-karozza li għaliha qed issir riferenza ittieħdet mill-Bord tad-Diretturi tal-Gozo Channel fis-6 ta' Diċembru, 2000. Il-karozza mixtrija, li ntagħżlet wara li nkisbu żewġ kwotazzjonijiet, kienet tal-marka Volvo S80 u nxtrat għall-prezz ta' Lm21,580 inklużi t-taxxi. Minn dan l-ammont tnaqqset is-somma ta' Lm4,000 li hija l-valur tal-karozza tal-marka Volvo 850 li kienet tintuża miċ-Chairman ta' qabel dak attwali u li ingħatat bħala part exchange. Tajjeb jingħad li qabel inxtrat il-karozza attwali, iċ-Chairman tal-Gozo Channel kien qed jagħmel użu mill-vettura li kien juża l-predeċessur tiegħu. Din il-karozza kienet inxtrat fl-1993. Id-deċiżjoni li tinxtara karozza oħra ittieħdet wara li l-Volvo 850 spiss kienet tkun bil-ħsara.
Leg 9 PQ #27267 Sitting 577 2001-07-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Dwal Pubbliċi

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 27114, il-lokalitajiet li naf bihom jien li jintfew fis-6.15 a.m. meta jistgħu jintfew qabel huma s-Swieqi, Buġibba u l-Qawra, jista' jara li jintfew qabel? Meta fil-fatt qed jintfew il-lokalitajiet differenti ta' Malta u Għawdex?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27233 Sitting 576 2001-07-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Lezzjonijet privati — Miżati

Question

Skond ir-riċerka u l-ġbir tat-tagħrif mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika għas-snin 1998, 1999 u 2000 x'jirriżulta dwar ċaqlieq ta' prezzijiet u spejjeż f'dak li għandu x'jaqsam mal-lezzjonijiet tal-privat li l-ġenituri jħallsu għal uliedhom wara l-iskola? Mir-riċerka ta' l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika jirriżulta kemm hija mifruxa din l-attivita' f'pajjiżna?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-indiċi tal-prezzijiet għal lezzjonijiet tal-privat għas-snin li qed issir riferenza għalihom huwa kif ġej: 1998 112.39 1999 117.52 2000 122.19 It-tagħrif mitlub fit-tieni parti tal-mistoqsija ikun jista' jingħata wara li jiġu proċessati r-riżultati tal-Household Budgetary Survey. Dan mistenni li jsir fi żmien mhux il-bogħod.
Leg 9 PQ #27235 Sitting 576 2001-07-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Skejjel sekondarji — Assenteiżmu

Question

Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tagħrif li ġabar l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika biex seta' joħroġ l-istatistika li ħareġ dan l-aħħar dwar l-assenteiżmu ta' l-istudenti, skola bi skola, fil-qasam sekondarja, bniet u subien fis-settur governattiv, tal-Knisja u privati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba l-provvedimenti tas-Sezzjoni 41 ta' l-Att ta' l-2000 dwar l-Awtorita' ta' l-Istatistika, it-tagħrif mitlub ma jistax jingħata.