Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-enforcement officers ta' l-ADT mhumiex iħallu l-coaches tat-turisti jipparkjaw fl-inħawi ta' Villa Rumana fir-Rabat?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Enforcement Officers ta’ l-ADT ingħataw istruzzjonijiet biex jorganizzaw il-parkeġġ tal-coaches sabiex ma jkunx hemm konfuzjoni bħal meta jsir parkeġġ doppju. Dan qed isir biex ikun hemm aktar ordni u sigurta partikolarmnet għat-turisti.
Seduta Numru 395
Jista' il-Ministru jgħid meta se joħroġ it-tender għall-bini ta' Triq John Debattista, fis-Siġġiewi? Jista' jgħid bejn wieħed u ieħor kemm hu mistenni jdum il-proċess ta' l-għażla? Jista' jgħid meta r-residenti tat-triq imsemmija jistgħu jistennew li x-xogħlijiet fuq it-triq tagħhom ikunu lesti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi t-tender biex tinbena t-triq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant ġiet ippublikata fi 9 ta’ Gunju 2006 u tagħlaq fi 23 ta’ Gunju 2006.
Wara dan, issir il-proċess ta aġġuddikazzjoni, u dan il-proċess idum skond in-numru ta’ offerti li jkunu intefgħu.
Ix-xogħol fuq din it-triq mistenni li jitlesta madwar tmien ġimgħat minn meta jkun beda ix-xogħol.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi ta' reserved parking għal persuni b'diżabilita' matul is-sena l-oħra u fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Jista' jgħid jekk teżistix xi policy dwar il-ħruġ ta' dawn il-permessi? Min jiddeċiedi jekk permessi jinħarġux jew le? Jekk f'dawn l-aħħar sena u erba' xhur dejjem kienet segwita l-proċedura normali fil-ħruġ ta' dawn il-permessi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku, irriżulta li hemm li minn Jannar 2005 sal-lum inħarġu total ta' mitejn, tnejn u erbgħin approvazzjoni għal reserved parking għal persuni b'disabilita'.
Il-permessi għal reserved parking għal persuni b'disabilita' jiġu eżaminati minn Boardimwaqqaf fi ħdan l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta u l-kriterji għal eliġibilta' għal dan is-servizz huma dawn:-
Li l-persuna għandha problemi severi ta' mobilita' u li ssuq il-karozza tagħha
Li l-familjari tagħha (missier/omm/mart/żewġ/iben/bint/ħu/oħt) ikunu joqogħodu fl-istess indirizz u li jkollhom karozza
Il-persuna b'disabilita' jkollha l-
Blue Sticker
maħruġ mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Disabilita'.
Il-każijiet li ġew eżaminati u approvati mill-
Board
ta'
reserved parking
għal persuni b'disabilita' kolla kienu skond il-policy u l-kriterji ta' eliġibilta'.
Peress li ċ-chief executive officer ta' l-awtorita' dwar it-trasport f'konferenza ta' l-aħbarijiet qal li nġabru Lm8 miljun fi 11-il xahar mill-ispeed cameras billi nħareġ medja ta' żewġ ċitazzjonijiet għal kull familja f'Malta, jista' il-Ministru jgħid jekk minn Jannar ta' l-2005 sal-lum l-awtorita' dwar it-trasport ħallsitx ċitazzjonijiet li qalgħu uffiċjali jew impjegati ta' l-istess awtorita' għax inqabdu mill-ispeed cameras?
F'każ li tħallsu, jista' jgħid min kienu dawn l-uffiċjali u impjegati li tħallsitilhom iċ-ċitazzjoni, kemm-il darba u kemm kien l-ammont imħallas f'kull każ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata s'seduta oħra
Jista' il-Ministru jgħid jekk matul is-sena l-oħra u fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, l-awtorita' dwar it-trasport ħallsitx kontravenzjonijiet tat-traffiku li qalgħu uffiċjali, inkluż membri tal-bord u impjegati? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid min kienu dawn l-uffiċjali jew impjegati, xi ħlasijiet saru u x'kienu l-kontravenzjonijiet li l-awtorita' għamlet tajjeb għalihom minn flus il-poplu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-Awtorita' dwar it-Trasport m’ghamlet tajjeb ghall-ebda citazzjoni matul il-perjodu msemmi f’din il – mistoqsija parlamentari. Madankollu, kien hemm kazi fejn l-Awtorita' kellha thallas xi citazzjonijiet, liema citazzjonijiet gew jew se jigu rifonduti mill-impjegati ikkoncernati.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-kiri ta' karozzi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, mill-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispiza ghall-kiri ta’ karozzi matul l-ewwel erba’ xhur tas-snin 2004 sal-2006 kienet kif jidher hawn taht. In-nefqa tal-Ministeru u d-Dipartimenti ghall-2004 hija ta’ April biss minn meta gie mwaqqaf dan il-Ministeru.
2004 2005 2006
Ministeru Lm397 Lm1330 Lm2106
Dipartimenti Lm131 Lm1104 Lm1433
ADT Lm18,257 Lm17,541 Lm20,208
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19375 u jgħid matul din is-sena finanzjarja kemm saru toroq mill-gvern ċentrali? Fejn? B'liema fondi? Kemm swew? Min kien il-kuntrattur f'kull każ u kemm tħallas jew se jitħallas?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpogga fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' il-Ministru jara li jiġu pprovduti ferm aktar reserved parking bays għal persuni b'diżabilita' għaliex minħabba f'hekk ħafna minn dawn l-individwi li minħabba l-istess diżabilita' tagħhom jridu jattendu l-isptar ferm aktar ta' spiss mill-medja normali, qed jeħlu ħafna ċitazzjonijiet? Jista' il-Ministru jipprovdi l-faċilita' li kemm-il darba l-parking bays ipprovduti għal persuni b'diżabilita' jkunu diġa' mimlijin, f'dak il-każ dawn il-persuni jknu jistgħu jipparkjaw f'parking bays oħrajn fil-grounds ta' l-isptar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li saret fuq il-post minn ufficjali tat-Taqsima ghall-Immanigjar tat-Traffiku, irrizulta li fil-pjazza ta’ quddiem l-Isptar ta’ San Luqa hemm sitt (6) postijiet riservati ghall-Persuni b’Dizabilità. Minn ricerka li saret fir-records tat-Taqsima ghall-Immanigjar tat-Traffiku irrizulta li ma kien hemm l-ebda talba sabiex tali reserved parking jizdiedu. Rigward il-possibiltà ta’ persuni b’dizabilità li juzaw il-grounds ta’ l-Isptar, nigbdu l-attenzjoni li tali grounds ma jaqawx taht il-gurisdizzjoni ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom is-servizz ta' l-internet fir-residenzi tagħhom "minbarra dak ipprovdut mill-MITTS" imħallas minn fondi pubbliċi? F'każ li fl-affermattiv, min approva s-servizz, għal min qiegħed jiġi pprovdut is-servizz u min hu l-ISP?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda uffiċjal fil-Ministeru/Dipartiment tiegħi għandu s-servizz ta’ internet fir-residenza tiegħu imħallas minn fondi pubbliċi.
Fil-kas ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport, id-Direttur Licensing & Testing Dept, ic-Chief Executive Officer u d-Deputy Chairman jagħmlu użu minn dan is-servizz. Dan ġie approvat mill-bord ta’ l-Awtorita’ stess u l-ISP (Internet Service Provider).
Jista' il-Ministru jgħid meta se jiġu stallati l-pelican lights fir-ring road fil-Mosta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li tlesta x-xogħol ta’ manutenzjoni fuq id-ducts tal-pelican lights msemmija mill-Onorevoli Interpellant u b’hekk dawn il-pelican lights ser ikunu jistgħu jiġu nstallati fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid meta mistennija tiġi asfaltata Triq San Patrizju, Ħaż-Żabbar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-triq imsemmija hija nkluża fil-lista ta’toroq li jridu jsiru mill-ADT. Ix-xogħol fuq din it-triq u toroq simili jsir skond il-prijoritajiet li jirriżultaw mill-programm ta’ xogħlijiet f’toroq residenzjali ta’ Awtorita' dwar it-Trasport.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jiġi offrut post ġdid għal dawk l-SMEs li hemm fil-Floriana fl-inħawi fejn se ssir is-sistema tal-Park and Ride?
Jista' jgħid jekk għadux fil-ħsieb li dawn l-SMEs jiġu trasferiti fl-inħawi tal-Maltacom fil-Blata l-Bajda?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li f’Marzu li għadda l-MEPA rrifjutat l-applikazzjoni sottomessa mill-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta għar-riallokazzjoni ta’ garaxxijiet industrijali mis-sit propost li fih se jsir il-proġett tal-Park and Ride u għal garaxxijiet ġodda ppjanati li jinbnew fil-viċinanza tat-Telgħa ta’ Spencer.
Fid-dawl ta’ dan, l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta talbet l-għajnuna tad-Dipartiment ta’ l-Artijiet biex jiġu identifikati mħażen fil-viċinanzi, li huma proprjetà tal-Gvern u li jistgħu jkunu battala bl-iskop li jiġu użati bħala garaxxijiet industrijali.
Peress li s’issa ma ġiex identifikat l-ebda sit alternattiv għal dawn il-garaxxijiet industrijali, ma jistax jingħad meta se ssir din ir-riallokazzjoni.
Tista' l-ADT, flimkien mal-kunsill lokali ta' San Ġwan, tara tistax issir xi ħaġa dwar il-problema tal-parkeġġ għar-residenti ta' Triq Bella Vista, San Ġwann?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-Taqsima ghall-Immanigjar tat-Traffiku baghtet rakkommandazzjonijiet lil-Kunisll Lokali ta' San Gwann rigward il-parkegg ta' Triq Bella Vista.
Dawn ir-rakkomandazzjonijiet kienu li:-
Triq Bellavista mhux wiesgha bizzejjed sabiex isiru l-
parking bays
go fiha.
Il-wisgha tas-
Service Road
fi Triq Bellavista jithalla l-parkegg fuq zewg nahat izda tali
parking bays
ikollhom wisgha minima ta' 1.8m
Isiru parking Bays fi Triq ic-Cirasa fuq naha wahda tat-triq minhabba li l-wisgha tat-triq ma tippermettix parkegg fuq zewg nahat.
It-Taqsima ghall-Immaniggjar tat-Traffiku ser tiddiskuti dawn il-proposti mal-Kunsill Lokali ta' San Gwann biex il-parkegg f'din iz-zona jigi organizzat ahjar.
Tista' l-ADT tikkonsidra t-talba ta' familja mill-Għargħur li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għal reserved parking fid-dawl tal-fatt li għandhom membru tal-familja bi bżonnijiet speċjali, kif jikkonferma l-card tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' bin-Numru 2210?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn ricerka li saret fid-database tat-Taqsima ghall-Immaniggjar tat-Traffiku rigward applikazzjonijiet ghas-servizz ta' reserved parking ghal persuni b'dizabilita', irrizulta li m'hemm l-ebda applikazzjoni mill-familja tal-Ghaghur li ghaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant fil-mistaqsija tieghu.
Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol biex jiġi studjat l-impatt tal-mina fil-Manikata fuq l-għejjun ta' l-ilma ġieri fl-inħawi, żvilupp li qed jinkwieta ħafna lill-bdiewa tal-Manikata u l-Pwales?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-Twegiba ghal din il-mistoqsija parlamentari tinghata f'seduta ohra.
Jista' il-Ministru jivverifika għala l-ġnien pubbliku li nbena fuq is-saqaf tal-blokki ta' l-appartamenti tal-Cottonera Waterfront mhux aċċessibbli għall-pubbliku?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-gnien ghadu ma giex mghoddi lill-Gvern bil-formalitajiet necessarji u ghalhekk ma' setax isir pubbliku.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17473, jista' il-Ministru jkun aktar speċifiku u jagħti data aktar konkreta għal meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq dawn il-pelican lights?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi dawn qegħdin fil-lista ta’ xogħol pendenti. Il-pelican lights jiġu nstallati skond l-urġenza, kien hemm pelican lights li saru f’dan il-perjodu li kienu aktar urġenti u b’hekk ingħataw prijorita’.
L-Awtorita’ ser tagħmel mezz li dawn jiġu nstallati sas-sajf li ġej.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jitwaqqa dak il-bini fi Triq Ħtajriet, f'salib it-toroq ma' Triq il-Kbira fil-Mosta, biex ikun jista' jitwettaq dak li kien imwiegħed snin ilu, jiġifieri li titranġa Triq Ħtajriet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport ser tkompli bix- xogħol f’din it-triq hekk kif il-MEPA tiddeċiedi żewġ talbiet li għandha quddiema:-
Dik tat-twaqqieħ tal-bini msemmi mill-Onorevoli Interpellant PA 1266/05 li saret mill-ADT u dik għall-bdil fil-linja ta’din it-triq PC 18/04 sottomessa mid-Direttorat ta’ l-Ippjanar tal-MEPA.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18985, jista' il-Ministru jgħid meta se jkun konkluż u jidħol fis-seħħ il-ftehim kollettiv? Jista' jgħid ukoll meta skada dan l-istess ftehim kollettiv? X'importanza qed tingħata sabiex malajr kemm jista' ikun jintlaħaq ftehim?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li l-aħħar ftehim kollettiv bejn l-Awtorità dwar it-Trasport u l-Union Ħaddiema Magħqudin skada fil-31 ta’ Diċembru, 2004. Hemm tama li dan il-ftehim jista' jiġi konkluż u iffirmat fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-eta’ ta’ l-akbar persuna li għamel l-eżami biex iġib il-liċenzja tal-karozza s-sena l-oħra u din is-sena?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-akbar persuna li għamlet l-eżamijiet biex iġġib il-liċenzja tal-karozza (kategorija B) fis-sena 2005 kellha 59. L-akbar persuna din is-sena kellha 69.