Ministeru għall- Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – nisa f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn Marzu 2013 sal-lum kemm inħatru nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu?
Response (BRINCAT, LEO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal-liema pożizzjoni ta' deċiżjoni qed tagħmel referenza għalihom.
Ministeru għall- Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – persuni f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ ta' nisa u rġiel li jokkupaw pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu?
Response (BRINCAT, LEO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal-liema pożizzjoni ta' deċiżjoni qed tagħmel referenza għalihom.
Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali – nisa f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal- Annimali? Liema hija l-kariga ta' dawn in-nisa?
Response (BRINCAT, LEO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal-liema pożizzjoni ta' deċiżjoni qed tagħmel referenza għalihom.
Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — nisa f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn Marzu 2013 sal-lum kemm inħatru nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarju Parlamentari għall- Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali?
Response (BRINCAT, LEO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal-liema pożizzjoni ta' deċiżjoni qed tagħmel referenza għalihom.
Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal- Annimali – persuni f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ ta' nisa u rġiel li jokkupaw pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali?
Response (BRINCAT, LEO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal-liema pożizzjoni ta' deċiżjoni qed tagħmel referenza għalihom.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru kienx ikkonsultat biex il-ħamrija li hemm fil-coast road fil-kantuniera li tieħu lejn in-Naxxar, fil-fatt ma titneħħiex minn hemm u tintradam taħt ix-xogħol li qed isir fit-triq? Jekk ġie kkonsultat, x'pożizzjoni ħa l-istess Ministeru, u x'wassal għal din id-deċiżjoni meta jingħad li hemmhekk hemm sulari sħaħ ta' ħamrija?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, jirriżulta li d-Dipartiment tal-Agrikoltura, kif dovut jagħmel, f’Ġunju u f’Awwissu li għadda ħareġ il-permessi meħtieġa biex tkun tista’ tinġarr il-ħamrija msemmija. Għall-kumplament tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ skart iġġenerat mill-borża l-griża, xahar b’xahar minn Marzu 2013 ’l hawn?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewli l-WasteServ, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-ammont ta’ skart mill-borża l-griża li ġie ddepositat għand il-WasteServ fil-perjodu indikat.
Impjant ta’ Sant’ Antnin – ipproċessar tal-boroż il-griżi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-perjodu medju li l-boroż il-griżi jitħallew jistennew biex ikunu pproċessati fl-Impjant ta’ Sant’Antnin?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewli l-WasteServ, il-perjodu medju li l-borża l-griża titħalla maħżuna qabel l-ipproċessar, kemm issa kif ukoll fl-aħħar snin, huwa ta’ erbat ijiem.
Żurrieq – Miżbla ta’ Wied Fulija – riabilitazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet mal-MEPA dwar ir-riabilitazzjoni tal-miżbla magħluqa ta’ Wied Fulija fiż-Żurrieq? Jista’ jgħid jekk għandux xi mira sa meta dan il-proġett għandu jitlesta?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li jien infurmat mill-WasteServ li wara diskussjonijiet bejn il-kumpanija u l-MEPA, ġie deċiż li ssir applikazzjoni għar-riabilitazzjoni ta’ Wied Fulija. Huwa ttamat li l-WasteServ tkun tista’ tapplika għall-Fondi Ewropej għal dan il-għan, għaldaqstant għadu kmieni wisq biex wieħed jagħti timeline.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ palm infettat mir-Red Palm Weevil minn Marzu 2013 ’l hawn? Jista’ jgħid kemm minn dan il-palm inqala’ s’issa?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, mill-ewwel ta’ Marzu 2013 sal-wieħed u tletin ta’ Awissu 2014, in-numru ta’ palm infettat bir- Red Palm Weevil fil-gżejjer Maltin kien ta’ 702, li minnhom ġew maqlugħa 630.
Impjant ta’ Sant’ Antnin – xogħlijiet fuq il-hydrolyser
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta tlesta x-xogħol fuq il-hydrolyser fl-Impjant ta’ Sant’Antin u kemm sewa biex issewwa?
Response (BRINCAT, LEO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli l-WasteServ, ix-xogħolijiet fuq il-hydrolyser tlestew f’Mejju 2014 bl-ispiża tammonta għal tlett mija ħamsa u għoxrin elf, erbgħa mija wieħed u ħamsin Ewro.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru jew xi dipartiment li jaqa’ taħtu rċeviex talbiet biex fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar, jinqalgħu iktar minn għoxrin palma li hemm f'din l-istess triq? Jekk irċieva tali talba x'kienet ir-reazzjoni tal-Ministeru? Jekk ma rċeviex talba bħal din, jista' jinvestiga jekk hux se jinqalgħu dawn il-palm li hawn f'din it-triq?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, id-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti ma rċieva l-ebda talba biex il-palm li jinsab fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar jiġi maqlugħ. Minn spezzjoni li saret mill-istess Dipartiment fl-10 t’Ottubru 2014, jirriżulta li dawn is-siġar tal-palm jinsabu fl-istess post.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-kaxxi l-ġodda li suppost kellhom jidħlu fiċ-ċirkulazzjoni għall-użu mill-bdiewa bdewx jintużaw? Jekk iva, jista’ jagħti tagħrif dwar kemm daħlu kaxxi ġodda fis-sistema u kemm għad fadal ħtieġa ta’ iktar kaxxi biex il-ħtiġijiet tal-bdiewa jkunu moqdija?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, minn April tas-sena l-oħra sal-lum inħarġu 32,000 kaxxa ġdida li qegħdin jaqdu l-ħtiġijiet tal-bdiewa.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma s-suġġetti li bħalissa l-Ministeru qed jagħmel konsultazzjoni dwarhom għal dak li jikkonċerna, bdiewa, raħħala u sajjieda? Kif jista’ wieħed jagħti s-sehem tiegħu f'dawn il-konsultazzjonijiet?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, il-konsultazzjonijiet isiru regolarment u kontinwament skont il-ħtieġa.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema proġetti marbutin mal-oqsma tas-sajd, fil-fatt għaddej ix-xogħol fuqhom min naħa tal-Ministeru? Fejn jinsabu dawn ix-xogħlijiet u meta hu mistenni li jitlestew l-istess xogħlijiet?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, bħalissa qegħdin isiru dawn ix-xogħolijiet u mistenni li jitlestlew kif ġej:
Lokal
Natura tax-Xogħol
Data tat-Tlestija
Mġarr, Għawdex
Landing Office
Diċembru 2014
Marsa
Pixkerija Ġdida
Marzu 2015
Marsa
Landing Site
Awwissu 2015
Marsaxlokk
Landing Site
Awwissu 2015
Veċċja, San Pawl il-Baħar
Landing Site
Ottubru 2015
Marsaskala
Slipway
Marzu 2015
Xemxija
Slipway
Marzu 2015
Marsaxlokk
Breakwaters
Diċembru 2017
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-iżviluppi li seħħew bejn Marzu u llum għal dak li jirrigwarda offerti ta' kummerċ kif mistoqsi fil-mistoqsija parlamentari 8404?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li bħalissa qed isiru taħdidiet mad-Dipartiment tal-Propjetà tal-Gvern li ovvjament għandu l-esperjenza u l-kapaċità teknika meħtieġa sabiex ikunu ffinalizzati l-offerti u l-kundizzjonijiet għall-kirjiet. Is-sejħa għall-offerti mistennija jinħarġu fil-ġimgħat li ġejjin.
Billi jidher li mill-informazzjoni dwar il-qabda tat-tonn, u b'mod partikulari billi ġie ppubblikat li din is-sena l-qabda kienet iktar minn 80% iżjed mis-sena li għaddiet, u billi Malta għandha kwoti partikulari li jistgħu jinqabdu u li għandhom jiġu osservati, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru kienx mitlub li jagħti spjegazzjonijiet dwar din iż-żieda fil-qabda? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi investigazzjoni dwar din l-informazzjoni, u jekk iva, jista’ jagħti tagħrif dwar x'irriżulta minn dan?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari l-kwota tat-tonn għal Malta qatt ma nqabżet. Jidher li l-Onor. Interpellant qed jagħmel użu minn figuri tal-qabda tat-tonn ta’ din is-sena ppublikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li jinkludu l-ħut maqbud ħaj għall-akkwakultura, filwaqt li dawk tas-sena ta’ qabel kien jinkludu biss it-tonn maqbud mis-sajjieda tradizzjonali permezz tal-konz.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-fertilizer plans f’Malta u f’Għawdex humiex kollha kompluti? X’diffikultajiet hemm biex dawn jitlestew?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari dan huwa proċess on-going skont kif stipulat fl-Avviż Legali 321 tal-2011.
B'referenza għal mistoqsija parlamentari 6130, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm persuni, minn dawk li għandom 60 tomnaraba’ jew iktar, li talbu lill-Ministeru biex ikunu jistgħu jorganizzaw xi forma ta' agrituriżmu? Jekk iva, f'liema lokalitajiet jinsabu dawk li talbu li jseħħ dan l-iżvilupp? X'kienet il-pożizzjoni li ħa l-Ministeru dwar tali talbiet, jekk kien hemm?
Response (BRINCAT, LEO)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li r-Rural Policy and Design Guidance daħal fis-seħħ fit-22 t’Awwissu 2014. Għaldaqstant l-Onor. Interpellant japrezza li għadu kmieni wisq biex jingħataw aktar dettalji.