Legislature:
Category:
Reset
Active:

tappiera maqsuma — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ ta' persuna lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward tappiera maqsuma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma investigat il-każ u l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata, fejn ġie spejgat lilha li l-ħsara msemmija mhijiex responsabilità tal-Korporazzjoni.

Kontijiet tal-Arms — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward kontijiet tal-ARMS Ltd?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u ġew ikkunttatjati ż-żewġ persuni kkonċernati.

Stallar ta' meter tad-dawl — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward stallar ta' meter tad-dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie mistħarreġ u l-persuna kkonċernata ġiet ikkuntatjata.

Żjarat fl-Ażerbajġan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta mar l-ewwel darba l-Ażerbajġan minn mindu daħal fil-politika? Jista’ jgħid kemm-il darba mar l-Ażerbajġan minn mindu daħal fil-politika? Jista’ jgħid min mar miegħu kull darba li mar l-Ażerbajġan?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li vjaġġajt fl-Ażerbajġan fl-2014. Akkumpanjajt lill-Prim Ministru u lid-delegazzjoni fi żjara li matula saru laqgħat mal-President u ma’ Ministri tal-Gvern, kif ukoll mat-tmexxija ta’ Socar. Fi żjarat li saru ukoll fl-2014, saru laqgħat simili u attendejt għall-ftuħ ta’ Gas pipeline flimkien ma’ Ministri u mexxejja oħra ewropej.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – laqgħat mal-Gvern tal-Ażerbajġan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba l-konsulenti tiegħu tkellmu mal-Gvern tal-Ażerbajġan?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-laqgħat saru bejn Gvern u ieħor.

Laqgħat mas-SOCAR

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba tkellem ma’ rappreżentanti tas-SOCAR jew middlemen tagħhom? Jista’ jgħid kemm-il darba żar lis-SOCAR jew xi rappreżentant jew middleman tagħhom? Jista’ jgħid ma’ min tkellem?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma tkellimtx ma’ middlemen.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa –laqgħat mas-SOCAR

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba l-konsulenti tiegħu tkellmu mas-SOCAR jew middlemen tagħhom? Jista’ jgħid kemm-il darba l-konsulenti tiegħu żaru lis-SOCAR jew xi rappreżentant jew middleman tagħhom? Jista’ jgħid ma min tkellmu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15531 (ħmistax-il elf, ħames mija, wieħed u tletin).

Sptar Mater Dei, Sptar San Luqa u Sptar Ġenerali t’Għawdex – persuni li mietu waqt operazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mietu nies waqt operazzjonijiet taħt general anaesthetic fl-Isptar Mater Dei, fl-Isptar San Luqa u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex mis-sena 2000 s’issa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #15644 Sitting 256 2015-04-01 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Ċimiterju ta' Burmarrad — dwal

Question

Billi jidher li xi persuni qed jabbużaw mill-fatt li hemm id-dlam fid-daħla taċ-Ċimiterju ta' Burmarrad, jista' l-Ministru jikkordina bejn l-entitajiet li jaqgħu taħtu biex jitwaħħlu bozzoz fid-daħla taċ-Ċimiterju biex dawn l-abbużi jitnaqqsu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Ministeru qiegħed f’kuntatt mal-entitajiet konċernati dwar dan.

Infermiera — postijiet vakanti

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 13008 u 13996, jista’ l-Ministru jgħid f’liema dipartiment fl-Isptar Mater Dei, fiċ-ċentri tas-saħħa u fil-qasam tal-kura tas-saħħa mentali hemm postijiet vakanti għall-infermiera? Kemm ilhom għaddejin it-taħditiet mal-unions? Ma’ liema unions iltaqa’? Kemm-il laqgħa kellu ma’ kull union?

Response (MIZZI, KONRAD)

Minħabba espansjoni sinifikanti li qiegħda ssir fil-qasam tas-saħħa, id-diskussjonijiet fuq postijiet vakanti huma kontinwi. Fil-fatt isiru laqgħat fuq bażi regolari.

Dipartiment tad-Dermatoloġija — rilokazzjoni

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13198 u 13995, jista’ l-Ministru jgħid meta se jitħabbar il-pjan ħolistiku tal-infrastruttura tas-saħħa u fejn għandu ħsieb li jiġu rilokat id-Dipartiment tad-Dermatoloġija ġaladarba ssir il-migrazzjoni tal-operat tal-Isptar Boffa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-ġimgħa li għaddiet il-Parlament iddiskuta mozzjoni mressqa mill-gvern dwar il-pjanijiet fil-qasam tas-saħħa, inkluż id-Dipartiment tad-Dermatoloġija. L-Oppożizzjoni vvutat favur din il-mozzjoni.

Sptar tal-Onkoloġija — kuntratturi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13994 u 13199 u jgħid jekk hemmx xi kuntratturi li qed jaħdmu fuq il-bini u t-tlestija tal-Isptar tal-Onkoloġija li huma in delay fix-xogħol kuntrattat lilhom? Fil-każ li hemm, jista’ jelenka min huma l-kuntratturi in delay, għal xiex kienu kkuntrattati u fiex u b’kemm qegħdin in delay?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — lista ta' assignments

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13264 u jagħti l-lista ta’ assignments u/jew kummissjonijiet għall-konsulenzi, rapporti, studji u e¿erċizzji oħra simili li tqabbdu mid-Dipartimenti u l-entitajiet kollha fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 sa Novembru 2014? F’kull każ, jista' jgħid: (a) X’kien l-iskop tax-xogħol imqabbad; (b) Meta tqabbad; (ċ) Kemm sewa jew se jiswa; (d) Kif intgħażel il-kuntrattur; (e) Min għażel il-kuntrattur; u (f) Meta tlesta x-xogħol jew se jitlesta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar

Sptar Mater Dei — operazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13262 u 12395 u jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jistennew intervent u/jew operazzjoni fl-Isptar Mater Dei jew f’xi sptar ieħor, u jagħti n-numru ta’ pazjenti skont kull kategorija ta’ intervent mediku? Jista’ jgħid kemm ilhom jistennew skont il-perjodi li ġejjin: a. anqas minn tliet xhur; b. bejn tliet xhur u sitt xhur; c. bejn seba’ xhur u 12-il xahar; d. bejn 13-il xahar u 24 xhar; e. bejn 25 xahar u 36 xahar; u f. aktar minn 36 xahar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Spiżeriji tal-Gvern u l-POYC — mediċina skaduta

Question

Jista l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13259 jagħti l-informazzjoni ta’ kemm kien hemm mediċina li skadiet f’kull spiżerija tal-Gvern u tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, xahar b’xahar, bejn Ottubru u Novembru 2014, u kemm kienet tiswa?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni hija kif gej: Novembru 2014 Numru ta’ Spiżeriji li bħalissa qed jipparte ċipaw fl-Iskema tal-POYC 212 Mediċina li skadiet u li ġarbet ħsarat u li nġabret f’dan il-perjodu 4,963.23 Numru tat-tip ta’ mediċina 54.00 % tal-istokk imqassam lill-pubbliku minn dawn l-ispiżeriji għall-istess perjodu. 0.31%

ARMS u Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – għoti ta’ direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14208, 13631 u 13932 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ direct orders mogħtija inkluż lil min ingħataw, mill-ARMS u mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Marsa Powerstation — attività

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-attività li ttelgħet fil-powerstation tal-Marsa fid-9 ta' Marzu 2015 dwar l-għeluq tagħha? Jista' jagħti elenku tal-ispejjeż kollha?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispiża tal-attività msemmija kienet ta’ €6,574 (sitt elef, ħames mija, erbgħa u sebgħin Ewro), VAT mhux inkluż.

Sptar Zammit Clapp — management

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-management tal-Isptar Zammit Clapp huwiex għal perjodu partikolari? Jekk huwa għal perjodu partikoalri, kemm huwa l-perjodu miftiehem fl-aħħar kuntratt u dan l-istess kuntratt meta jagħlaq?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 12 PQ #15461 Sitting 255 2015-03-25 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar – Triq Sir Luigi Preziosi – sadd tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jitlob lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tinvestiga x’inhi r-raġuni li għaliha Triq Sir Luigi Preziosi, San Pawl il-Baħar, qrib Casa Serena qed ikun hemm problema ta’ sadd ta’ drenaġġ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li riċentament ma rċivew l-ebda ilment ta’ sadd ta’ drenaġġ fil-post imsemmi.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li fil-perjodu msemmi ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija.