Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Barranin li jaħdmu b’kuntratt mal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' barranin li fil-preżent qegħdin jaħdmu b'kuntratt mal-Gvern Malti taħt il-Ministeru u/jew dekasteri, entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? X'salarju għandhom? X'nazzjonalità huma?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mid-Direttorat tal-Operat u l-entitajiet li n-numru ta’ barranin li qegħdin jaħdmu fid-dekasteru tiegħi hu kif se nsemmi:
Direttorati/Dipartimenti
36 persuna barranija. Il-maġġoranza kbira tagħhom jaħdmu fil-qasam edukattiv fil-klassi. In-nazzjonalitajiet li ġejjin minnhom huma: Renju Unit, Italja, Spanja, Polonja, Ungerija, Litwanja, Rumanija, Latvja, Greċja, Belġju, Slovakja, Stati Uniti, Russja, Turkija, Marokk, Eġittu, Każakstan u l-Peru’.
Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi
Żewġ persuni barranin, waħda mil-Litwanja u l-oħra mill-Marokk. Dawn jaħdmu fl-iskemi edukattivi li hi responsabbli għalihom il-Fondazzjoni. Hemm ukoll tmien persuni b’ċittadinanza doppja fosthom dik Maltija.
MCAST
F’din l-istituzzjoni edukattiva hemm 13-il impjegat ta’ nazzjonalità barranija. Il-maġġoranza kbira tagħhom jaħdmu bħala Lecturers. In-nazzjonalitajiet li ġejjin minnhom huma: Slovenja, Kroazja, Stati Uniti, Renju Unit, Slovakja, Greċja, Italja u Polonja.
Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija
Żewġ persuni ta’ nazzjonalità barranija, wieħed Taljan/Brittaniku u l-persuna l-oħra mir-Russja.
Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla
Erba’ persuni ta’ nazzjonalità barranija, tnejn mill-Ġermanja, wieħed mill-Polonja u l-ieħor mill-iStati Uniti.
Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ
Erba’ persuni ta’ nazzjonalità barranija, tnejn mir-Renju Unit, wieħed minn Franza u ieħor mis-Slovakkja.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif dwar l-Università ta’ Malta għadu ma ngħatax minn din l-istituzzjoni.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – lista ta’ konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista’ sħiħa tal-konsulenti differenti li jaħdmu mal-Ministeru u l-oqsma kollha li jaqgħu taħtu u f’kull każ f’liema qasam qed tingħata konsulenza u b’liema tip ta’ remunerazzjoni u kemm hi din ir-remunerazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ facilitators f'kull kulleġġ, skola bi skola u klassi bi klassi? Kull kulleġġ kemm talab facilitators tul dawn l-aħħar sentejn, sena b'sena u kemm fil-fatt ġew provduti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-grad ta' Facilitator ilu s-snin li nbidel f'Learning Support Assistant (LSA). L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li se jtemmu l-edukazzjoni sekondarja tagħhom din is-sena skolastika, fl-iskejjel tal-istat, tal-knisja u indipendenti, f’Malta u Għawdex? Jista' jagħti l-istatistika maqsuma f'subien u bniet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-għadd ta' studenti li se jtemmu l-edukazzjoni sekondarja tagħhom din is-sena skolastika, maqsum fi bniet u subien, hu kif ġej:
Studenti
bniet
li spiċċaw il-Form 5
Studenti
subien
li spiċċaw il-Form 5
Total
ta’ studenti li spiċċaw il-Form 5
Skejjel tal-Istat
1361
1269
2630
Skejjel tal-Knisja
690
786
1476
Skejjel Indipendenti
205
264
469
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm skejjel liċenzjati biex jgħallmu l-Ingliż lill-barranin? Hemm talbiet pendenti? Jekk iva, jista' jgħid min applika, meta u f'liema lokalità?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li preżentement hawn 46 skola f’Malta u waħda f’Għawdex liċenzjati biex jgħallmu l-Ingliż lill-barranin.
Hemm tliet talbiet pendenti, waħda fil-lokalità tal-Mellieħa datata f’Jannar 2015, oħra fil-lokalità ta’ San Ġwann u saret fi Frar 2015 u l-oħra fil-lokalità ta’ San Ġiljan datata f’April 2015.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17448, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk li kienu qed jirreġistraw fuq ir-reġistru tax-xogħol part three fis-snin 2014 u 2015 u li eventwalment instabilhom xogħol, kemm kien hemm minnhom li ġew impjegati mal-Gvern jew ma' xi entitajiet pubbliċi jew parastatali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif dwar kemm minn dawk li kienu qed jirreġistraw fuq ir-reġistru tax-xogħol part three fis-snin 2014 u 2015 u li eventwalment sabu xogħol ieħor, kemm minnhom sabu xogħol mal-Gvern jew ma' xi entitajiet pubbliċi jew parastatali, hu kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, jiġifieri:
Sena
Persuni jirregistraw fuq Part 3
Persuni li sabu xog
ħ
ol
Persuni li sabu xogħol mal- Gvern
Persuni li sabu xogħol mal-entitajiet pubblici jew parastatali
2014
5,847
1,757
111
259
2015
4,580
790
47
67
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – ħlas ta’ impjegati fis-Segretarjat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux nies jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu iżda jitħallsu minn entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm huwa n-numru ta’ impjegati li qed jaħdmu b’din il-kundizzjoni? Min huma l-persuni li qed jaħdmu b’dan il-mod? B’kollox kemm huwa l-ammont totali ta’ nies li jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li ma hemm ebda persuna li taħdem fis-Segretarjat tiegħi li qegħda titħallas minn entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħi. Il-kuntratt t’impjieg tal-persuni fis-Segretarjat tiegħi huma kollha bbażati fuq id-dokument Engagement of Staff for Ministers' Secretariats li diġà tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni fil-librerija pubblika ta’ Ħal Tarxien matul l-2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li għal-librerija ta’ Ħal Tarxien matul is-sena 2014 inxtraw 74 ktieb minn Malta Libraries u 32 ktieb ieħor ingħataw b’donazzjoni mill-Kunsill Lokali u l-pubbliku.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjoni fil-librerija pubblika tal-Gudja matul l-2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li għal-librerija tal-Gudja matul is-sena 2014 inxtraw 83 ktieb minn Malta Libraries u 918-il ktieb ieħor ingħataw b’donazzjoni mill-Kunsill Lokali u l-pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' tfajliet li din is-sena skolastika waqfu milli jattendu l-iskola minħabba li ħarġu tqal? Mil-liema skejjel waqfu dawn it-tfajliet? X'età kellhom dawk li waqfu mill-iskola minħabba din ir-raġuni? Din is-sena skolastika,kemm kien in-numru ta' tfajliet li minkejja li ħarġu tqal, baqgħu jattendu l-iskola? Dan in-numru, kif jitqabbel mas-sentejn skolastiċi ta' qabel din?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-informazjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġej:
Sena Età tat-TfajlietNumru ta’ TfajlietKomplew l-iskola
20151453
1532
1620
20141442
1592
20131211
1322
1431
153 (1 kienet tattendi skola tal-Knisja)1
1620
L-istudenti kollha ħlief waħda jattendu, jew kienu jattendu, skejjel tal-Istat.
Minħabba s-suġġett sensittiv u raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, id-Dipartment Servizzi għall-Istudent fi ħdan id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ma jħossx li għandu jispeċifika f’liema skejjel jattendu jew kienu jattendu dawn it-tfajliet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal minn skejjel sekondarji li spiċċaw il-Form 5 fis-sena 2014 u 2015, maqsuma f’bniet u subien?? Kemm minnhom, qagħdu għall-eżami tal-MATSEC maqsuma bniet u subien,? Kemm minnhomġabu eżami wieħed, tnejn, tliet, erba', ħamsa jew iktar, maqsuma f’bniet u subien,?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant fl-ewwel parti tal-mistoqsija hu kif ġej:
Studenti
bniet
li spiċċaw il-Form 5 fis-sena 2014 - 2015
Studenti
subien
li spiċċaw il-Form 5 fis-sena 2014 - 2015
Total
ta’ studenti li spiċċaw il-Form 5 fis-sena 2014 - 2015
Skejjel tal-Istat
1361
1269
2630
Skejjel tal-Knisja
690
786
1476
Skejjel Indipendenti
205
264
469
Infurmat ukoll li fis-sena 2014/2015 qagħdu 1978 bniet u 1942 subien għall-Eżamijiet tas-SECE mill-iskejjel sekondarji.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, għalkemm ir-riżultati ħarġu (illum), l-informazzjoni mitluba għadha mhix disponibbli.
(Informazzjoni Addizzjonali - Ara Dokument Nru. 5419 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 293, nhar il-Ġimgħa, 13 ta' Lulju 2015)
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti barranin fl-Università ta' Malta fil-korsijiet ta’ filgħodu u filgħaxija f'din is-sena Universitarja? Jista' jgħid mil-liema pajjiżi ġejjin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni dwar in-numru ta’ studenti barranin fl-Università ta’ Malta fil-korsijiet ta’ filgħodu u filgħaxija f’din is-sena akkademika u mil-liema pajjiż ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti Maltin fl-Università ta' Malta fil-korsijiet ta’ filgħodu u filgħaxija f'din is-sena universitarja,? Jista' jgħid mil- liema lokalitajiet ġejjin l-istudenti Maltin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni dwar in-numru ta’ studenti Maltin fl-Università ta’ Malta fil-korsijiet ta’ filgħodu u filgħaxija għal din is-sena akkademika u mil-liema lokalitajiet ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu żgħażagħ fil-korsijiet differenti li bdew fis-sena akkademika 2014-2015 fil-fakultajiet kollha tal-Università ta’ Malta u kemm minnhom spiċċaw is-sena kollha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni dwar in-numru ta’ studenti li daħlu fil-korsijiet li bdew fis-sena akkademika 2014/15. Iktar informazzjoni dwar in-numri ta’ studenti li spiċċaw is-sena tkun disponibbli għall-aħħar ta’ Lulju 2015.
Studenti – korsijiet part-time u full-time f’livell ta’ Masters u PhD
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti li fil-preżent, qed isegwu korsijiet f'livell ta' Masters u PhD, maqsuma skont is-'suġġetti differenti, skont is-sess u kemm minnhom qed isegwu korsijiet part-time jew full-time,?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni dwar in-numru ta’ studenti li, fil-preżent, qed isegwu korsijiet f’livell ta’ Masters u PhD, maqsuma skont is-suġġetti differenti, skont is-sess, u skont l-attendenza għall-kors, jiġifieri part-time jew full-time.
Aġenzija responsabbli mil-Litteriżmu — remunerazzjoni tal-Kap Eżekuttiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jitħallas l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għar-rwol tal-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Responsabbli mil-Litteriżmu f’pajjiżna?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-salarju tal-individwu indikat minnu huwa mqabbad mal-iskala ta’ salarju numru 4.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jitħallas l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għar-rwol ta’ konsulent dwar il-litteriżmu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu indikat minnu huwa kuntrattwalment marbut b’servizzi ta’ konsulenza relatati ma’ numru ta’ inizjattivi tal-litteriżmu inkluż dawk marbutin mal-implimentazzjoni tal-Istrateġija nazzjonali tal-litteriżmu, mal-politika nazzjonali dwar il-lingwa l-edukazzjoni, u ma’ ħtiġijiet oħra Ministerjali.
Il-ħlas lil dan l-individwu huwa mqabbad ma’ Skala ta’ Salarju numru 3, mistenni jagħti medja ta’ 25 siegħa fil-ġimgħa konsulenza, u jitħallas pro-rata skont is-sigħat li jaħdem.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' min kienu l-konsulenti kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu bejn Marzu 2003 u Marzu 2013? Jista' jgħid x'kienet ir-remunarazzjoni annwali tagħhom? Jista' jagħti rendikont tan-nefqa diretta u indiretta tal-konsulenti inkluż nefqa addizjonali bħal perkaċċi, mowbajl u safar ta' kull konsulent/a?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — proġetti ta' IT
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' x'nefqa kellu l-Ministeru u l-entitajiet tiegħu fuq proġetti ta' IT bħal websites, servers, apps, databases u infrastruttura diġitali simili bejn Marzu 2003 u Marzu 2013? Jista' jagħti ftit dettalji tal-bżonn ta' dan il-proġett, x'baġit kellu u n-nefqa totali finali ta' dan il-proġett? Jista' jgħid min kien is-supplier privat ta' dan il-proġett u jekk ix-xogħol ħadux b'tender, kwotazzjoni jew b'mod dirett?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — proġetti infrastutturali
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-proġetti infrastrutturali u ta' bini li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu bejn Marzu 2003 u Marzu 2013? Jista jgħid kemm kien il-baġit allokat u kemm kienet in-nefqa totali finali għal dan il-proġett? Jista' jgħid min kien is-supplier privat ta' dan il-proġett u jekk ix-xogħol ħadux b'tender, kwotazzjoni jew b'mod dirett?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.