Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Konsulenza
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 16382 u 16905 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2005? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk korporazzjonijiet jew kumpaniji li l-Gvern għandu sehem fihom, kellhomx arretrati fil-ħlas ta' NI u kemm kienu l-arretrati għal kull enti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ il-Ministru, fil-kuntest ta' l-Income Tax Management Act, jgħid jekk xi korporazzjonijiet jew kumpaniji li l-Gvern għandu sehem fihom kellhomx arretrati fil-ħlas ta' PAYE u kemm kienu l-arretrati għal kull enti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien l-introjtu għall-kaxxa ta' Malta minn ajruplani li għaddew mill-ispazju ta' l-arju Malti f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tad-drenaġġ u/jew il-water services ħadux il-passi biex tissolva l-problema ta' ilma/drenaġġ li dieħel f'fond tal-gvern li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni tal-ilma, flimkien mad-dipartiment tas-Saħħa, għamlet testijiet wara li nkixfu żewġ tappieri li kienu mirdumin taħt it-tarmac u issa qed tistenna riżultat ta' dawn it-testijiet mingħand id-dipartiment tas-Saħħa.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16126 u jgħid għal liema skop inbena garage fuq il-moll ta' lab. wharf għall-Kordin grain terminal ? Meta saru l-applikazzjonijiet mal-MEPA u meta ġew approvati? Għalxiex qed jintuża dan il-garage?
Response (GATT, AUSTIN)
Wara n-nirien ta' April 2005, sabiex isiru t-tiswijiet fuq il-makkinarju, etc, kien hawn xi xogħolijiet ta' blasting u spraying għaddej.
Għaldaqstant inħass il-bżonn li minnufih jinbena garaxx ieħor mal-ħamsa diġa eżistenti sabiex niggaraxxjaw xi makkinarju u karozzi għal waqt dawn ix-xogħolijiet.
Sabiex jirregola is-sitwazzjoni il-Perit tal-Kumpanija għamel l-applikazzjoni meħtieġa mal-MEPA.
Applikazzjoni numru 0419/06 data 20 Jannar 2006.
Jikkonferma l-Ministru li hemm pjani konkreti għall-privatizzazzjoni tat-taqsima tal-gass ta' l-Enemalta? Fiex waslu dawn il-pjani?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Korporazzjoni Enemalta għandha pjan strateġiku biex tikkommerċjalizza t-Taqsima tal-Gass. Bħalissa qed jinkiteb ir-Request for Proposal (RFP).
L-RFP qiegħed jitfassal.
Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-MV Ta' Pinu mhuwiex attrezzat f'safety measures sabiex iġorr provisti ta' gas u fuel bejn iċ-Ċirkewwa u l-port ta' l-Imġarr?
Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, in vista tal-fatt li l-MV Gaudos huwa l-uniku vapur li għandu dawn is-safety measures u dan il-vapur qiegħed għat-tiswija, x'inhi r-raġuni li ntuża s-servizz ta' l-MV Ta' Pinu u b'hekk il-pubbliku ġie espost għal perikolu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għalkemm il-vapur MV Ta' Pinu m'huwiex attrezzat biex iġorr provvisti ta' gas u ta' fuel, u peress li l-provvisti ta' gass ġewwa Għawdex kienu niżlu drastikament, il-Kumpanija ntalbet biex tagħmel vjaġġ biex jinqdew il-bżonnijiet urġenti t'Għawdex. Dan il-vjaġġ seta' jseħħ wara li saru diskussjonjiet mad-DNV (Classification Society) u l-Awtorita' Marittima ta' Malta, u wara li ngħataw l-eżenzjonijiet neċessarji b'ċertu kundizzjonijiet (safety measures) li kellhom jittieħdu u jiġu osservati. Peress li ttieħdu il-prekawzjonijiet kollha neċessarji, il-pubbliku fl-ebda ħin ma' ġie espost għall-periklu.
Minħabba fin-numru limitat ta' persuni involuti, tista' l-Air Malta tirrikonsidra d-deċiżjoni tagħha li taqta' l-għoti ta' biljetti ta' l-ajru b'xejn lir-romol ta' ex-impjegati ta' l-Air Malta minħabba l-miżuri ta' awsterita' li ħadet il-kumpannija?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-impjegati ta' l-Air Malta jgawdu l-privileġġ ta' biljetti b'xejn (jew b'roħs) anke wara li jirtiraw mix-xogħol. Dan il-privileġġ huwa marbut direttament ma' l-impjegat u mhux mad-dipendenti, ascenti jew aħwa. L-Onor. Membru japprezza l-piż finanzjarju li jkollha ġġorr il-Kumpanija jekk dan ma jkunx hekk minħabba l-fatt li dan il-privileġġ jista' jispiċċa li jkun estiż għal eluf ta' persuni oħra minbarra l-impjegati u ex-impjegati ta' l-Air Malta.
IT training centre — Għajnuna lil studenti li jattendu korsijiet
Question
Stante li l-MITTS hu ente governattiva, il-gvern għandu xi ħsieb jagħti xi tip ta' għajnuna lill-ġenituri li għandhom it-tfal tagħhom jattendu korsijiet fiċ-ċentru ta' tagħlim ta' l-IT fis-Swatar training centre li jwassal għal diploma, advanced diploma jew B.Sc skond in-numru ta' snin li jagħmlu jistudjaw u dan għaliex min jidħol għall-BSc jkollu jħallas medja ta' Lm4,000? Jekk le, jista' il-gvern, bi ftehim mal-Ministeru tal-Finanzi, jikkonsidra li l-ħlas li jagħtu jinqata' mit-taxable income ta' dik is-sena jew li l-istudenti jingħataw l-ismart card bħal sħabhom ta' l-Universita' jew xi tip ta' stipendju żgħir biex wieħed jagħmel tajjeb għall-ispejjeż ta' l-ivjaġġar?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Minsitru jintervjeni u jara li tiġi stallata bozza fi Triq San Nikola u fi Triq Bernardette Farrugia, f'Ħal Kirkop li hi triq mudlama u in vista tal-fatt li kien hemm diversi inċidenti ta' sgass fuq anzjani fl-istess triq u l-madwar?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-installazzjoni ta' bozoz ġodda ġiet devoluta lill-Kunsilli Lokali u għalhekk m'għadhiex responsabilita' ta' l-Enemalta.
Jista' il-Minitru jara li l-meter readers meta jkunu qed iduru fi Triq Johnny Catania, Imsida jiżguraw li jħallu karti dwar in-notifikazzjoni tal-meter reading ħalli jiġu evitati kontijiet a bażi ta' estimi bla bżonn?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma iċċekjat ir-records tagħha u rriżulta li minn dik it-triq, minn 43 indirizz inqraw 32.
Il-Korporazzjoni għandha dikjarazzjoni mill-Meter Reader inkwistjoni, li huwa mexa mal-proċedura li tgħid li fl-ewwel żjara (meta l-post jinstab magħluq) irid iħalli nota biex jinforma l-klijent meta se jgħaddi t-tieni darba.
Fir-rigward tal-ħaddiema barranin li qed jiġu ngaġġati mit-tarzna ta' Malta, jista' jiġi żgurat li jkun hemm level playing field fil-kundizzjonijiet offruti ħalli dan iċ-cheap labour ma jpoġġix fi żvantaġġ Maltin li jistgħu liberalment jagħmlu dan ix-xogħol huma stess?
Response (GATT, AUSTIN)
Sabiex inkun f'pożizzjoni li nirrispondi, napprezza jekk l-Onor. Interpellant jindikali kif wasal għal konklużjoni li l-ħaddiema ndikati minnu huma "cheap labour" u kif jiddefinixxi din il-kategorija.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Safar
Question
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-persuni mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li siefru fuq xogħol uffiċjali matul l-2005? Fejn marru, x'kienet ir-raġuni u kemm kienet l-ispiża għal kull safra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dekasteru tiegħi m'għandix dipartimenti.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 15200 u 15523 u jgħid jekk il-bord tad-diretturi approvax il-budget ta' l-Air Malta għas-sena Marzu 2005 - Marzu 2006? Meta ġie approvat dan il-budget?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Nru. 15523.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 14817, 15039, 15309 u 15530 u jgħid x'kienu r-raġunijiet li għalihom l-Air Malta ma ħallietx iżjed piloti tagħha jmorru jtajru ajruplani ta' linji oħra u waqt li tiffranka l-pagi tagħhom, iżżommhom fuq il-kotba tagħha bla ma jitilfu mill-kontinwita' tas-servizz, kif kienet tagħmel qabel?
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-art fuq is-sit fejn kien hemm il-fabbrika Kastellanja hijiex tal-gvern u jekk hux se jinbena supermarket? Jista' jgħid jekk ingħatatx għal użu kummerċjali flok industrijali?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.