Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-membri tar-Revenue Security Corps spiċċaw b'shift ta' 24 siegħa flok dak ta' day, night, rest u off? Kif dan affettwa s-salarji tal-membri u kemm fil-fatt tnaqqset il-paga ta' dawn il-membri konsegwenza ta' dan it-tibdil li sar fil-kondizzjonijiet tal-membri ta' l-RSC?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nifhem li l-Onorevoli Nterpellant qiegħed jirreferi għal servizz ta' sigurta li membri tar-Revenue Security Corps (RSC) kienu jwettqu b'sistema ta'xift għad-Dipartiment tad-Dwana f'Hal Far Groupage Complex sa ftit ġranet ilu. Dan l-istess xogħol issa qiegħed isir mill-istess Dipartiment tad-Dwana. Il-membri tal-RSC involuti issa qegħdin jerġgħu jaħdmu bil-ġurnata u jmisshom għassa ta' bil-lejl skond ir-roster.
Għalkemm is-salarju bażiku ta' dawn il-membri ma nbidilx, id-dħul globali tagħhom naqas peress li issa li qegħdin jaħdmu bil-ġurnata m'għadhomx jidħlu xogħol il-Ħdud daqskemm kienu jidħlu qabel meta kienu bix-xift. Għalkemm il-Forzi Armati jagħmlu minn kollox biex jiġu evitati ċirkustanzi bħal dawn, wieħed irid jifhem li fejn ma hemmx ħtieġa ta' xogħol bix-xift dak li jkun irid jaħdem bil-ġurnata. Għalkemm fil-Forzi Armati hemm sezzjonijiet diversi jaħdmu bix-xift, il-maggoranza tal-membri jaħdmu bil-ġurnata u jagħmlu għassa bil-lejl u fil-Ħdud kull meta jmisshom skond ir-roster.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba, tul din l-amministrazzjoni, ħa ġurnalisti miegħu fuq żjarat barra l-pajjiż? Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' ġurnalisti f'kull okkażjoni?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Matul din l-Amministrazzjoni kien hemm 9 okkazjonijiet fejn ġurnalisti intbagħtu jirrapurtaw żjarat uffiċjali tiegħi barra l-pajjiż. Dawn kienu hekk:
Laqgħa mal-Prim Ministru tal-Lussemburgu u tal-Belgju fi Brussels
Ġurnalist: 1 Cameraman: 1
Żjara uffiċjali f'Helsinki u Dublin
Ġurnalisti: 6 Fotografu: 1
Żjara fi Praga
Ġurnalisti: 8 Fotografu: 1 Cameraman: 1 (Mistiedna tal-Gvern u l-Air Malta)
Żjara uffiċjali fil-Grecja
Ġurnalisti: 6 Fotografu: 1 Cameraman: 1
CHOGM f'Durban
Ġurnalisti: 7 Fotografu: 1 Cameraman: 1
OSCE f'Istanbul
Ġurnalisti: 7 Fotografu: 1 Cameraman: 1
L-EU Council Meeting f'Helsinki
Ġurnalisti: 7 Fotografu: 1 Cameraman: 1
Working visit fi Stockholm
Ġurnalisti: 5 Fotografu: 1 Cameraman: 1
Żjara uffiċjali fil-Libya
Ġurnalisti: 7 Fotografu: 1 Cameraman: 1
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba tul l-amministrazzjoni Laburista (1996-1998) il-Prim Ministru ħa ġurnalisti miegħu fuq żjarat barra l-pajjiż? Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' ġurnalisti f'kull okkażjoni?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Matul l-Amministrazzjoni preċedenti (1996-1998) kien hemm 5 okkażjonijiet fejn ġurnalisti ntbagħtu jirrapurtaw żjarat uffiċjali tal-Prim Ministru barra l-pajjiż. Dawn kienu hekk:
World Food Summit - Ruma
Ġurnalisti: 4 Cameraman: 1
OSCE Summit - Lisbona
Ġurnalisti: 7 Fotografu: 1 Cameraman: 1
Summit tal-Kapijiet ta' Stat tal-Kunsill ta' l-Ewropa - Strasbourg
Ġurnalisti: 7 Fotografu: 1 Cameraman: 1
CHOGM - Edinburgh
Ġurnalisti: 7 Fotografu: 1 Cameraman: 1
Żjara uffiċjali - Parigi
Ġurnalista: 1 Fotografu: 1 Cameraman: 1
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'rimedji effettivi hemm meta persuna fiċ-Ċivil, li qiegħda b'kuntratt, tingħata performance rating li qed jiġi kontestat minnha u din ma tistax tmur quddiem il-PSC?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li dawk l-uffiċjali li jkunu qegħdin fuq kuntratt marbut ma performance għandhom meżżi stabbiliti fil-kuntratt stess kif jistgħu jikkontestaw performance rating. Jekk issir xi talba f'dan is-sens u l-kontestazzjoni ta' l-uffiċjal ikkonċernat tinstab ġustifikata dan jingħata r-rimedju li jkun xieraq.
Jista'l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema/impjegati mal-gvern u ma' l-entitajiet pubbliċi mill-1988 sa l-1999? Jista' jindika l-ingaġġ relattiv f'kull korporazzjoni f'kull sena?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant f'dak li jirrigwardja mpjegati tal-Gvern tinsab f'tabella A, u mpjegati ma entatijiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi f'tabella B.
Jekk l-Onorevoli Nterpellant irid xi nformazzjoni dwar korporazzjonijiet/entitajiet pubbliċi oħra, huwa mitlub jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet il-ħidma ta' l-Institute of Public Administration and Management mindu twaqqaf sal-lum? Kemm organizza attivitajiet għall-membri tas-servizz pubbliku? Kemm attendew membri tas-servizz pubbliku?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li, mindu twaqqaf, l-Institute of Public Administration and Management fassal u tella, flimkien ma l-Staff Development Organisation ta' l-Uffiċċju tiegħi, modular programme immirat lejn kapijiet ġodda fis-Servizz Pubbliku.
B'kollox itellgħu żewġ modules minn Novembru tas-sena l-oħra 'l hawn u li għalihom attendew 30 Kap ta' dipartiment. It-tielet u l-aħħar module se jittella f'Mejju li ġej.
L-Institute qed iħejji wkoll biex, f'Ottubru ta' din is-sena, jibda l-kors Diploma fl-Amministrazzjoni Pubblika.
Mill-lat ta' pubblikazzjonijiet l-Institute lesta bibljografija annotata ta' l-Amministrazzjoni Pubblika f'Malta. Jonqos biss l-editing ta' din il-bibljografija.
Jista' l-Prim Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari li għamilt żmien ilu dwar ħaddiema li ġew ingaġġati fis-settur pubbliku kollha mill-1988 sa l-1996, u fejn ġew ingaġġati, cioe' bejn gvern, dirett u parastatal bodies?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 13982.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema Għawdxin li qegħdin jaħdmu Malta, f'dipartimenti tal-gvern u korpi parastatali?
F'liema dipartimenti huma mqassma?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm impjegati taċ-ċivil, membri ta' l-armata u pulizija kellhom każ il-qorti mill-1992 'l hawn? Jista' jgħid xi grad kellhom dawn l-impjegati jew membri ta' l-armata u pulizija? Jista' jgħid kemm minn dawn instabu ħatja u kemm minnhom ġew liberati? Jista' l-Ministru jgħid x'passi ittieħdu mid-dipartiment konċernat kontra l-ħaddiema li nstabu ħatja?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' uffiċjali pubbliċi, membri tal-Forzi Armati u membri tal-Korp tal-Pulizija li tressqu l-Qorti akkużati b'reati kriminali mill-1992 sal-31 ta' Jannar 2000, huwa ta' 589, li huma maqsuma hekk:
Uffiċjali pubbliċi 392
Membri tal-Forzi Armati 83
Membri tal-Korp tal-Pulizija 98
Total 573
It-tagħrif mitlub dwar xi grad kellhom il-persuni li tressqu l-Qorti, jekk instabux ħatja jew le u x'penali ngħataw, jinsab fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari li għamilt żmien ilu dwar ħaddiema li ġew ingaġġati fis-settur pubbliku kollha mill-1988 sa l-1996, u fejn ġew ingaġġati, cioe' bejn gvern, dirett u parastatal bodies?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi żvilupp dwar il-każ ta' Villa Francia ta' Ħal Lija?
Jista' Ministru jgħid għal-liema skop sejra tintuża din il-villa?
Jista' jikkonferma li bħalissa qed isiru xi xogħlijiet?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nitlob lill-Onorevoli Membru jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10373 fl-20 ta' Ottubru 1999.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma dawk l-uffiċjali għolja fid-dekasteru tiegħu li huma ntitolati li jkollhom il-karozza mikrija jew mogħtija lilhom mill-gvern anke wara l-ħin normali tax-xogħol?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-uffiċjali għolja fid-dekasteru tiegħi li huma ntitolati li jkollhom karozza tal-Gvern jew tal-kiri anke wara l-ħin normali tax-xogħol huma:
Is-Segretarju Permanenti, is-Segretarju tal-Kabinett, l-ex Segretarju tal-Kabinett, id-Diretturi Generali, id-Diretturi, il-Kummissarju Elettorali Prinċipali, is-Segretarju tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, ir-Registratur tat-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji, il-Kap tad-Defence Section, il-Prinċipal Information Officer u dawk il-persuni fis-Segretarjat Privat tiegħi li huma ntitolati għal karozza skond id-dokument Engagement of Staff for Private Secretariats li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra fit-2 ta' Novembru 1998.
Fl-EU Negotiations Secretariat hemm tliet Negotiations Coordinators li huma ntitolati għal karozza waqt li Research Analyst għandha car allowance.
Fil-Forzi Armati dawk il-fizzjali li għandhom il-grad ta' Logutenent Kurunell jew ogħla għandhom il-faċilita li jużaw staff car u sewwieq għal waqt il-ħin tax-xogħol kif ukoll għal obbligi uffiċjali wara l-ħin.
Fil-Management Efficiency Unit hemm persuna waħda li għandha karozza mikrija mill-Gvern, filwaqt li 13-il persuna oħra fil-kariga ta' Manager, Managing Consultant u Consultant jingħataw allowance biex jużaw il-karozza privata tagħhom fuq ix-xogħol uffiċjali tal-Unit.
Fil-MITTS Ltd ic-Chief Executive Officer huwa ntitolat li jkollu karozza, anki wara l-ħin normali tax-xogħol. Hemm 42 uffiċjal għoli ieħor li għandhom allowance biex jużaw il-karozza privata tagħhom fuq ix-xogħol uffiċjali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm applikaw għall-aħħar sejħa għal skrivani maċ-ċivil? Kemm minnhom għaddew mill-eżami? Kemm minnhom se jiġu ngaġġati u minn liema lokal ġejjin?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' applikazzjonijiet għall-aħħar sejħa għal Clerks mal-Gvern kien ta' 974.
Kif kien imħabbar fis-sejħa għall-applikazzjonijiet li ħarġet fis-27 ta' Lulju 1999 fil-Gazzetta tal-Gvern ser jimtlew 50 post. Kif kien strutturat l-eżami, min kellu l-ogħla marki fl-Ordinary, Intermediate jew Advanced level issejjaħ għall-interview u l-ewwel ħamsin ser jiġu ngaġġati.
Billi l-proċess ta' l-ingaġġ għadu għaddej, it-tweġiba għall-aħħar parti tal-mistoqsija tkun tista tingħata meta jintemm l-ingaġġ tal-50 Clerk.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija mill-Ministru tal-Finanzi għall-mistoqsija parlamentari numru 14598, jista' l-Prim Ministru jgħid ta' liema ministeri huma dawk is-Segretarji Permamenti li taw struzzjonijiet biex l-internal auditors jagħmlu spezzjonijiet fuq l-attendenza? Jista' jgħidilna wkoll, f'kull każ, jekk dawn talbux il-permess ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Spezzjonijiet fuq l-attendenza isiru kull fejn u kull meta jkun hemm bżonn. Segretarju Permanenti m'għandux bżonn permess ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru meta fid-diskrezzjoni tiegħu jidhirlu li għandu jqabbad l-Internal Auditor jagħmel spezzjonijiet fuq l-attendenza.
Fl-elezzjonijiet għal kunsilli lokali tal-11 ta' Marzu, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali?
Jista' jelenka kemm intnefaq fid-diversi kategoriji bħal ħlas tal-kummissarji elettorali, staff amministrattiv ieħor, trasport, overtime konness mal-elezzjoni eċċ?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.