Legislature:
Category:
Reset
Active:

Stabilimenti ta' Divertiment

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19104, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huwa dak l-istabiliment li ngħalaq f'Wied il-Għajn fl-2005 u dawk f'Wied il-Għajn u f'San Ġiljan li kellhom il-liċenzja sospiża din is-sena talli daħħlu tfal taħt l-eta' fl-istabilimenti tagħhom? Għal kemm żmien kienet sospiża l-liċenzja f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi s-sena l-oħra l-istabbiliment Oblivion f'Wied il-Għajn kellu l-liċenzja sospiża għal sitt xhur, filwaqt li matul din is-sena kien hemm l-istabbiliment Tequila ġewwa San Ġiljan li kellu l-liċenzja sospiża għal xahar u l-istabbiliment Vertigo ukoll ġewwa San Ġiljan li kellu l-liċenzja sospiża għal tlett xhur, pero' dawn iż-żewġ Sentenzi qegħdin fi stadju ta' l-Appell. Dwar l-istabbiliment l-ieħor ġewwa Wied il-Għajn imsemmi fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 19104, ninsab infurmat illi bi żvista kien ġie indikat li kellu l-liċenzja sospiża, meta fil-fatt dan kien ġie ordnat jagħlaq għal tnax il-siegħa mill-Pulizija skond kif previst fir-Regolamenti ta' l-2006 dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ (A.L. 1/2006).

Għargħur — Espropriazzjoni ta' Art

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid fiex waslet it-talba li ilha pendenti snin sħaħ għall-kumpens għall-espropriazzjoni ta' parti minn Casal Gregorio, Triq Wieħed u Tletin ta' Marzu, Għargħur - Familja Vella - liema espropriazzjoni kienet saret biex tgħaddi triq prinċipali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-art li ġiet esproprijata għal Triq il-Wieħed u Tletin ta' Marzu, Għargħur tikkonsisti f'ħafna plots. Għalhekk l-Onorevoli Membru huwa mitlub jagħti aktar dettalji bħal per eżempju n-numru tal-plot jew inkella pjanta li tindika l-plot li saret referenza għaliha.

Palazz tal-Girgenti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma jekk hux minnu li aktar kmieni din is-sena kien hemm break in fil-palazz tal-Girgenti li jintuża mill-Prim Ministru? Jekk fl-affermattiv, meta sar dan il-każ, x'insteraq u x'inhu l-valur ta' l-oġġetti misruqa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fl-24 ta' Marzu ta' din is-sena saret serqa ta' żewġ oġġetti żgħar tal-fidda mill-imsemmi post. L-inkjesta maġisterjali għadha għaddejja.

Monti tal-Birgu

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-ġbir ta' l-iskart li tħalla mill-bejjiegħa tal-monti ta' Bormla/Birgu nhar it-Tlieta 22 ta' Mejju, 2006 damu sa wara l-4.00 p.m. biex inġabar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li r-responsabbilita' għall-ġbir ta' l-iskart fit-toroq fejn jarmaw il-bejjiegħa tal-monti fil-post imsemmi mill-Onor. Interpellant hi tal-gvern ċentrali u mhux tal-Kunsilli Lokali. Dan is-servizz jingħata mill-Ministeru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru responsabbli, inżid ngħid ukoll li hu obbligu tal-bejjiegħa tal-monti li ma jħallu l-ebda skart warajhom u dan skond il-kundizzjonijiet tal-liċenzja maħruġa mill-Awtorita' Regolatorja (il-Ministeru responsabbli mill-Kummerċ) u l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom tinħareġ l-awtorizzazzjoni mill-Kunsill Lokali.

Ħal Far — Fire station

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 18065, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi forma ta' arranġament ma' enti kummerċjali dwar użu ta' art fiż-żona tal-fire station ta' Ħal Far, u b'mod speċjali fiż-żona fil-post fejn tinsab fire fighting school privata? Jekk iva, jista' jagħti dettalji? Jista' il-Viċi Prim Ministru fil-fatt jgħid liema huma ż-żoni f'Ħal Far li huma għall-użu tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili u tali enti privati? Hemm xi art f'Ħal Far li qiegħda għall-użu ta' enti privati li jixtiequ jagħmlu xi forma ta' taħriġ għall-kontra n-nirien jew simili? L-ismoke house f'Ħal Far minn min qed tintuża u għal xiex qed tintuża?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi parti mill-grounds fiz-zona tal-fire station ta' Ħal Far hija konċessa lill-Kumpannija Alberta Company Ltd. Din iz-zona tinkludi l-grounds, l-Ismoke House u bini ieħor li jinsab fiz-zona. Il-Fire Station ta' Ħal Far u l-art li tinsab fid-direzzjoni tal-Lvant hija proprjeta' tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Apparti minn dan, ma hemmx art oħra. L-Ismoke House tintuża kemm mill-Kumpannija Alberta kif ukoll mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'ħidma fil-komunita' qiegħda ssir mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili? Jista' in oltre jgħid jekk id-dipartiment huwiex qed jorganizza xi korsijiet bi ħlas għall-privat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn żmien għal żmien, isiru taħdidiet u eżerċizzji minn membri tal-Protezzjoni Ċivili kemm fi Istituzzjonijiet Edukattivi kif ukoll għand entitajiet oħra bħal Kunsilli Lokali bil-għan li titkabbar l-edukazzjoni tal-pubbliku f'suġġetti relatati mal-Protezzjoni Ċivili. Id-Dipartiment jorganizza korsijiet bi ħlas għall-privat skond kif jiġi mitlub. Fost l-entitajiet li jitolbu dawn il-korsijiet hemm id-Drydocks u l-SGS Malta.

Kumpannija "Baħħar u Sewwi"

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'użu qed isir mill-bini jew art li kienet qed tintuża mill-kumpannija "Baħħar u Sewwi"? Hemm xi pjani fi tħejjija għal din l-art?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-art in kwistjoni, flimkien ma' art oħra, għaddiet għand il-Malta Industrial Parks b'Avviż Legali Numru 73/92 tas-7/8/1992. L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil Ministeru tal-Investiment, Industrija u Teknoloġija tal-Informazzjoni.

Ġustizzja u Intern

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jiċħad jew jikkonferma li fid-dekasteru tiegħu nħarġu call for applications għall-karigi ta' segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi, tmexxew l-intervisti u ħadd ma ġie appuntat minn dawk li applikaw u għaddew mill-interview b'suċċess? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'kienet ir-raġuni u min ħa din id-deċiżjoni?

Response (BORG, TONIO)

Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li l-proċess dwar calls for applications u tmexxija ta’ intervisti għall-mili ta’ vakanzi ta’ Segretarji Permanenti, Diretturi Generali u Diretturi isir mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija għar- rigward ta’ dawn it-tlitt karigi lill- Ministru konċernat. Rigward calls for applications ta’ Assistenti Diretturi, dawn isiru mis-Segretarjat Permanenti tal-Ministeru. Ninsab infurmat li fil-Ministeru tiegħi kien hemm żewġ każi fejn l-applikant li ġie l-ewwel fl-intervista ma ġiex appuntat fil-kariga. Dan sar minħabba li ż-żewġ uffiċċjali konċernati talbu huma stess biex jibqgħu jokkupaw il-pożizzjoni li kellhom. Din id-deċiżżjoni ttieħdet wara li kien hemm l-approvazzjoni neċessarja mill- Management and Personnel Office.

Ġustizzja u Intern

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u ilma matul is-snin 2004 u 2005 fil-ministeru tiegħu u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid għandux pjan kif se jassorbi ż-żieda tas-surcharge fuq id-dawl meta l-vot allokat għal konsum tad-dawl għall-2006 baqa' bħal dak tas-sena 2005? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq bozoz energy savers matul is-snin 2004 u 2005? Jista' jgħid jekk hux qegħdin jittieħdu miżuri sabiex jitnaqqas il-konsum tad-dawl u f'każ li fl-affermattiv, x'miżuri qegħdin jittieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar nefqa f'dawl u ilma u energy savers hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Waħda mill-funzjonijiet ewlenin tal-Green Leader maħtur f'kull Ministeru hija appuntu li jiġu introdotti inizjattivi biex jitnaqqas il-konsum ta' l-elettriku u l-ilma u jiġi evitat ħela bla bżonn ta' riżorsi oħra bħal karti, linka etc. Qed issir kampanja biex l-istaff tal-Ministeru jkun ekonomiku fl-użu tad-dawl u l-ilma biex titnaqqas kemm jista' jkun l-ispiża operattiva f'dan ir-rigward.

Ġustizzja u Intern — Mobile Phones

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont globali ta' mobile phones użat mill-membri ta' l-istaff tiegħu? Minn min qegħdin jintużaw, min awtorizza tali użu u kemm huwa s-ceiling għal kull mobile phone? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ammont globali ta' mobile phones użat mill-membri ta' l-istaff privat tal-Ministeru u dak tas-Segretarju Parlamentari huwa 7, kif jidher f'din it-tabella. L-awtorizzazjoni ta' l-użu ta' dawn il-mobile phones hija skond il-guidelines "Engagement of Staff for Ministerial Secretariats" u skond guidelines maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi. Staff li għandhom mobile phones: Staff Ammont Ceiling fis-sena Ministery Head of Secretariat 1 No Ceiling Private Secretary 1 No Ceiling Assistant Private Secretary 1 Lm350 PRO 1 No Ceiling Parliamentary Secretary Head of Secretariat 1 No Ceiling Private Secretary 1 No Ceiling PRO 1 No Ceiling Total 7

Ġustizzja u Intern — Melita Cable

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi impjegati fid-dekasteru tiegħu li jagħmlu użu mis-servizzi tal-Melita Cable, min huma u fil-każ li fl-affermattiv, kemm kienet l-ispiża bejn l-2004 u l-2005?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-uffiċini fejn hemm is-servizz tal-Melita Cable u l-ħlasijiet li saru għal dan is-servizz fl-2004 u fl-2005 hu kif ġej:- Post2004 Lm2005 Lm Ministeru85.5590.95 Segretarjat Permanenti85.5580.98 Uffiċċju fil-Parlament163.60157.92 Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern335.85217.10 Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija239.08293.49

Qrati — Offiżi Kriminali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti s-sena l-oħra fuq offiżi kriminali u x'kienu r-reati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 2,396 persuna fuq reati kriminali punibbli b'piena ta' aktar minn 6 xhur priġunerija u 10,449 persuna fuq reati kriminali punibbli b'piena ta' anqas minn 6 xhur priġunerija.

Offiżi Kriminali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni ġew misjuba ħatja ta' offiżi kriminali s-sena l-oħra? X'kienu r-reati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2005 kien hemm 5,151 persuna li nstabet ħatja quddiem il-Qorti ta' xi reat kriminali. Dan ma jinkludix reati li huma depinalizzati. 3,627 instabu ħatja fuq delitti (crimes) u 1,524 instabu ħatja ta' kontravenzjonijiet.

Sentenzi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw pieni ta' ħabs, suspended sentences, probations u admonitions fl-2005 u fl-2006 s'issa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2005 ingħataw 359 sentenza karċerarja, filwaqt li din is-sena, sat-22 ta' Mejju, ingħataw 151. Infurmat ukoll illi mit-tagħrif disponibbli, l-informazzjoni dwar suspended sentences u probations hija s-segwenti:- Sentenzi Sospiżi 2005 2006* Qorti ta' l-Appell Kriminali u Qorti Kriminali 18 7 Qorti tal-Maġistrati (Malta) 241 80 *sal-31 ta' Marzu. Qorti tal-Maġistrati (Għawdex): 3 bejn l-2005 u l-2006 (sat-8 ta' Mejju). L-istatistika hawn taħt imniżżla tinkludi l-Ordnijiet ta' Probation u dawk is-Sentenzi Sospiżi li għandhom annessa magħhom Ordni ta' Superviżjoni li waslu l-Uffiċċju tal-Probation fis-sena 2005 u 2006 rispettivament. 2005 Ordnijiet ta' Probation: 153 Sentenzi Sospiżi bis-Superviżjoni: 28 2006 Ordnijiet ta' Probation: 48 Sentenzi Sospiżi bis-Superviżjoni 16

Probation officers

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn probation officers illum? Kemm-il każ għandhom kull wieħed taħt idejhom? Mill-pre-sentencing reports li saru s-sena l-oħra, f'kemm minnhom ġiet mitluba piena ta' ħabs, kemm probationu kemm sentenza sospiża jew servizz kommunitarju?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ġustizzja u Intern — Fuel

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-fuel tal-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Party f'Paradise Bay

Question

Billi bħalissa diġa' qed jiġi reklamat party li se jsir ġo Paradise Bay fl-4 ta' Ġunju meta huwa llegali li tħarbat għasafar protetti li jkunu qed ibejtu, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija ħarġitx il-permess neċessarju u jekk le, hijiex se toħorġu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija rceviet applikazzjoni sabiex jinzamm party kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Fil-process ta' din l-applikazzjoni gew sottomessi l-permessi mid-Dipartiment ta' l-Artijiet u l-Kunsill Lokali tal-Mellieha, kif ukoll l-Awtorita ta' Malta dwar l-Ambjent u l-ippjanar li hija l-awtorita kompetenti li tamministra l-Att ta' 2001 dwar il-Harsien ta' l-Ambjent. Infurmat ukoll illi l-Pulizija fuq talba simili li saret is-sena l-ohra kienet tat il-permess biex tinzamm l-attivita sa mhux aktar mis-1.00am. Din id-decizjoni kienet giet ikkontestata mill-applikant quddiem it-Tribunal ta' l-Appelli dwar Licenzji tal-Pulizija, liema Tribunal kien ikkonferma d-decizjoni mehuda mill-Kummissarju tal-Pulizija. Ghaldaqstant, sakemm ma jkunx hemm xi oggezzjoni ulterjuri skond kif stipulat fir-Regolamenti ta' l-1991 dwar Proceduri rigward Licenzji tal-Pulizija, il-Pulizija behsieba tohrog il-permess mehtieg ghal din l-attivita.

Rave parties

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-pulizija qed tħalli jsiru rave parties jew parties oħra fl-istaġun tal-bejta ta' l-għasafar proprju ġewwa riservi ta' l-għasafar fejn dawn huma protetti u ma jistgħux jiġu mfixkla f'dan iż-żmien delikat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-applikazzjonijiet li jsiru lill-Pulizija ikunu processati skond il-ligi. Pero' jekk l-Onorevoli Interpellant jaghtini aktar taghrif dwar xi permessi partikolari inkun nista' nivverifika aktar.