Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu s-senior house officers li ntbagħtu fir-Renju Unit biex jistudjaw għall-MRC (Psych) f'dawn l-aħħar sitt snin - mill-1995?
Kemm minnhom iggradwaw u kemm minn dawk li ggradwaw ġew lura Malta skond il-ftehim li kellhom mal-gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta` Senior House Officers li ntbagħtu fir-Renju Unit biex jistudjaw għall-MRC (Psych) mill-1995 huwa sitta (6).
Ninsab infurmat li:
1 ġab l-MRC (Psych) u rritorna Malta fl-1999.
4 għadhom qed jistudjaw biex iġibu l-MRC (Psych).
1 irriżenjat is-sena l-oħra.
Jista' d-dipartiment tas-saħħa joħroġ stqarrija dwar l-effettwita' tal-kura Amino Acid Preparation u Physioterapy li ħafna ġenituri bi tfal b'diżabilita' qed jiġu mħajra biex isiefru Ċipru jew ir-Russja? X'inhi l-opinjoni ta' l-għaqda tal-paediatricians?
Jekk hemm verita' fl-effett pożittiv ta' din it-tip ta' kura, x'inhi r-raġuni li l-gvern ma jipprovdix dan is-servizz huwa u b'hekk jiffranka somom kbar ta' flus li qed joħorġu mill-pajjiż u jiffranka ħafna ġbir ta' flus li qed isir?
Jista' l-gvern jidħol f'xi forma ta' ftehim ma' dawn it-tobba barranin biex il-kura issir Malta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 22368.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' sigħat ta' overtime li saru mill-ħaddiema/uffiċjali tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena?
F'liema dipartimenti sar dan l-overtime u kemm minnu tħallas lill-ħaddiema/uffiċjali u kemm minnu jrid jitħallas?
X'kienu ir-raġunijiet, jekk huwa il-każ, li l-overtime ma tħallasx kollu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-ammont ta' sigħat ta' overtime maħduma bejn Jannar u Novembru 2000 mill-ħaddiema/uffiċjali fid-diversi Dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tas-Saħħa, huwa kif ġej:
Dipartiment Numru ta' sigħat
Dipartiment tas-Saħħa Pubblika 7313
Dipartiment tal-Informazzjoni fuq is-Saħħa 180
Dipartiment ta' l-Isptarijiet 435,795
Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa 232
Dipartiment tal-Policy u Ppjanar 394
Dipartiment tal-Finanzi u Amministrazzjoni 13,305
Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern 3,962
TOTAL 461,181
Dan l-Overtime tħallas kollu fis-sena 2000.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta' twelid f'Malta u Għawdex kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin?
Kemm minnhom kienu bniet u kemm minnhom kienu subien?
Kemm minn dawn it-twelid kienu minn ommijiet ta' nazzjonalita' barranija?
Kemm trabi twieldu l-Isptar San Luqa u kemm minnhom fi sptarijiet jew kliniċi privati?
X'kien il-break down ta' twelid f'dawn l-aħħar 5 snin f'kull sptar jew klinika privata jew twelid fi djar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fuq is-Saħħa għandu informazzjoni fuq it-twelid ta' trabi f'Malta u Għawdex. Din l-istatistika inġabret b'mod volontarju għal indicators specifiċi għall-WHO-OBSQID Project, Perinatal Aggregated Data (PAD) għas-snin 1995-1998. L-istatistika għall-1999 ġiet miġbura għal kull każ għall-National Obstetric Information System (NOIS).
In-numru ta' twelid lill-ommijiet ta' nazzjonalita' Maltija u dik barranija fiċ-ċnetri ta' twelid pubbliċi u privati f'Malta u Għawdex għas-snin 1995-1999 jidhru hawn taħt:
Twelid Totali
Sena
Malta
Għ
awdex
1995
4722
391
1996
4611
419
1997
4451
377
1998
4266
386
1999
4047
335
L-OBSQID Project-PAD ma kienx jiġbor informazzjoni dwar is-sess tat-trabi li twieldu u għalhekk id-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fuq is-Saħħa m'għandux informazzjoni Nazzjonali dwar is-sess tat-trabi għas-snin 1995-1998. Iżda fl-1999 ġie mwaqqaf l-NOIS li jiġbor informazzjoni dwar kull każ, għalhekk l-informazzjoni għall-1999 tidher hawn taħt:
Twelid Totali
S
ena
Bniet
Subien
Mhux Rapportati
1999
2139
2241
2
L-OBSQID Project-PAD ma kienx jiġbor informazzjoni dwar in-nazzjonalita' ta' l-omm u għalhekk id-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fuq is-Saħħa m'għandux informazzjoni għas-snin 1995-1998. Iżda fl-1999 ġie mwaqqaf l-NOIS li jiġbor informazzjoni dwar kull każ, għalhekk l-informazzjoni għall-1999 tidher hawn taħt:
Twelid Totali
Sena
Maltin
Barranin
Mhux Rapportati
1999
4182
197
3
In-numru totali ta' twelid fl-Isptar Karin Grech u fl-isptarijiet jew kliniċi privati għas-snin 1995-1999 jidhru hawn taħt:
Centru
1995
1996
1997
1998
1999
KGH
4482
4212
3977
3734
3633
Private
240
399
474
532
414
Il-breakdown tat-twelid f'dawn l-aħħar ħames snin f'kull sptar jew klinika privata jidher hawn taħt:
1995
1996
1997
1998
1999
Centri tat-Twelid
Twelid Totali
Private 'A'
209
196
175
174
132
Private 'B'
26
8
2
2
2
Private 'C'
5
184
225
238
200
Private 'D'
0
11
72
118
80
Public-KGH
4482
4212
3977
3734
3633
Public-GGH
391
419
377
386
335
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-waiting list għal appuntamenti ta' kull tip ta' outpatients u għal kull tip ta' kirurġija fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Boffa? Irriżulta li kien hemm titjieb mindu fetħu diversi sptarijiet privati f'dawn l-aħħar snin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għada qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' suwiċidji sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li skond ir-Reġistru Nazzjonali ta` l-imwiet li inżamm fid-Dipartiment tal-Health Information jirriżulta li n-numru ta` persuni li mietu b'suwiċidju fil-GzejjerMaltin sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin huwa kif ġej:
Sena
Nru. ta` Mwiet
1991
14
1992
19
1993
18
1994
17
1995
18
1996
14
1997
17
1998
12 *
1999
25 *
2000
10 *
* statistika proviżżorja.
Din l-istatistika tinħadem mid-Dipartiment tal-Health Information f'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Pulizija. L-istatistika għas-snin: 1998-2000 għada qed tiġi ivverifikata mill-Pulizija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21880?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Jien infurmat li nħarġu 1093 tenders mid-Diviżjoni tas-Saħħa mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Novembru 2000.
378 ġew approvati/aċċettati waqt li 569 kien għadhom pendenti. 116 il-tender ma ġewx aċċettati għal xi waħda minn dawn ir-raġunijiet:
(1) il-kampjun ma kienx skond l-ispeċifikazzjonijiet;
(2) ma kienx hawn aġenti lokali għal prodotti u għalhekk inxtraw dirett mill-manifatturi barranin;
(3) nuqqas ta' C.P.P. (Certificate of Pharmaceutical Product);
(4) ħadd ma jkun tefa' offerti.
Mhux possibbli li tingħata risposta għall-aħħar parti tal-mistoqsija minħabba li din tirrikjedi volum kbir ta' xogħol sabiex tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati ommijiet b'maternal depression matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b' sena?
Kemm minnhom ingħataw trattament f'xi istituzzjoni tas-saħħa u kemm minnhom fuq outpatients basis? Din id-diffikulta' ħolqot problemi għal familji partikularment għat-tfal tagħhom? Jaf il-Ministru x'tip ta' diffikulta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minħabba li maternal depression m'hix kategorija fl-International Classification of Diseases - 10 (WHO), dawn id-depressions ġieli jiġu kklassifikati ma' depressions oħra u ma tinżammx statistika speċifikament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bħalissa nisa u rġiel rispettivament f'kull sptar (inkluż Monte Carmeli) immexxija mill-gvern maqsumin skond l-ispeċjalita' medika li għaliha għandhom bżonn ta' servizz ta' sptar?
Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu nisa u rġiel skond il-kategoriji prinċipali ta' mwiet fis-snin 1995, 1996, 1997, 1998, 1999 u sa Settembru 2000?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' nisa u rġiel li mietu fis-snin 1995, 1996, 1997, 1998, 1999 u sa l-aħħar ta' Settembru 2000 skond il-kategoriji prinċipali ta' mwiet kienu kif jidher hawn taħt.
CAUSE OF DEATH
SEX
1995
1996
1997
1998
1999
2000
(until 30 Sept)
Certain infectious and parasitic diseases
M
12
12
7
12
14
10
F
11
10
12
14
13
12
Neoplasms
M
415
415
395
405
411
275
F
317
311
301
317
307
268
Diseases of the blood and blood forming organs and certain disorders involving the immune mechanism
M
7
1
3
1
2
1
F
8
3
3
1
2
0
Endocrine, nutritional and metabolic diseases
M
33
30
36
59
40
26
F
58
38
58
66
61
44
Mental and behavioural disorders
M
7
8
4
7
8
3
F
5
8
14
11
12
9
Diseases of nervous system
M
25
25
24
42
25
22
F
21
18
24
24
29
19
Diseases of the circulatory system
M
527
623
682
658
666
538
F
635
645
646
675
816
523
Diseases of the respiratory system
M
142
156
170
174
179
130
F
86
63
96
127
127
95
Diseaeses of the digestive system
M
45
52
51
56
43
35
F
53
56
47
50
51
33
Diseases of skin and subcutaneous tissue
M
12
12
18
28
18
14
F
34
37
44
61
39
37
Diseases of musculoskeletal system and connective tissue
M
3
3
2
1
4
3
F
4
4
6
8
9
6
Diseases of genitourinary system
M
31
31
37
31
25
25
F
54
46
38
51
27
21
Pregnancy, childbirth and the puerperium
F
1
1
0
1
1
0
Certain conditions originating in the perinatal period
M
28
18
7
13
11
13
F
16
20
8
0
9
11
Congenital malformations, deformations and chromosomal abnormalities
M
14
6
13
5
5
4
F
4
7
9
11
5
2
Symptoms, signs and abnormal clinical and laboratory findings, not elsewhere classified
M
12
5
10
21
18
17
F
16
18
16
14
11
10
External causes of morbidity and mortality
M
47
53
73
68
74
49
F
24
30
34
32
38
22
*M = Male, F = Female
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni għaliex f'Room 16 fil-Gynae Ward fl-Isptar San Luqa f'Settembru 2000 ma kienx hemm la purtieri u lanqas paraventu?
Saru l-purtieri u l-paraventi issa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Talba għall-purtieri fil-Gynae Ward saret xi żmien ilu.
Din it-talba qiegħda tiġi pproċessata u mistenni li dawn il-purtieri jinxtraw fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jinfurmani jekk ġewx spezzjonati prodotti tal-ħaxix li qed jikbru fl-inħawi tal-Qammieħ, il-Mellieħa peress li qed jirriżulta li hemm kontaminazzjoni tad-drenaġġ fl-ispieri tal-ilma?
Jekk iva, x'irriżulta u x'rapporti saru lid-Dipartimenti konċernati sabiex jirranġaw il-ħsarat mid-Dipartiment tad-Drenaġġ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 21929, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li f'Mejju li għadda l-ispettur tas-Saħħa tad-distrett tal-Mellieħa kien irċieva xi lmenti dwar fawran tad-drenaġġ li kien sejjer ġo xi għelieqi li triq il-Qammieħ, limiti tal-Mellieħa, ħdejn St.Anthony Farm. Wara spezzjoni li kienet saret, ġie kkonfermat li d-drenaġġ pubbliku kien imblukkat u fi stat hażin ta` tiswija. Dak iż-żmien f'dawn l-egħlieqi ma kienx hemm uċuh għal prodotti tal-ħaxix.
Kienu saru rapporti, kemm verbalment, kif ukoll bil-miktub lid-dipartiment tad-drenaġġ. Fl-istess xahar saru x-xogħolijiet meħtieġa (tibdil f'sezzjoni tad-drenaġġ pubbliku) biex l-inkonvenjent ġie eliminat.
Minn dak iż-żmien 'l hawn ma daħal l-ebda ilment, la dwar fawran ta` drenaġġ u lanqas fuq xi kontaminazzjoni ta` xi spieri fl-inħawi tal-Qammieħ. Għaldaqstant biex neskludu kull possibilita` ta` kontaminazzjoni, l-ispettur tas-saħħa tad-distrett ġie mogħti struzzjonijiet biex jieħu kampjuni min l-ispieri ndikati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk isirux testijiet fuq it-tfal dwar il-livell ta' tossiċi taċ-ċomb per eżempju fid-demm?
Jekk iva, meta jsiru u l-frekwenza? X'qed jirriżulta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Dawn it-testijiet inħadmu biss meta jkun hemm suspett ta` 'lead poisoning' fuq xi pazjenti li juri sintomi li jistgħu jindikaw 'lead poisoning'. Din hi problema rari ħafna w m'hemmx lok fejn nieħdu dawn it-testijiet b'mod regolari. Infatti, hawn Malta fl-aħħar ħames snin, kien hawn biss tlett każijiet ta` 'lead poisoning' fit-tfal.
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kienet l-ispiża tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma tal-Ministeri u d-Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-Ministru għas-snin 1997, 1998 u 1999 sena b'sena separatament?
Kemm min dawn il-kontijiet tħallsu u kemm għadhom pendenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk isirux testijiet fuq it-tfal dwar il-livell ta' tossiċi taċ-ċomb per eżempju fid-demm?
Jekk iva, meta jsiru u l-frekwenza? X'qed jirriżulta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.