Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna marida u separata li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jgħix f'post mhux adattat għall-ġurnata tal-lum qatt ma ġie pprovdut b'post alternattiv mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

Fond tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta mistennija ssir spezzjoni fil-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, rigward saqaf mhux f'kondizzjoni tajba?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jispezzjona u jivverifika t-talba.

Persuni taħt l-influwenza tax-xorb

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk daħlux fis-seħħ dak li ġie rrappurtat fil-gazzetti li l-kabinett iddeċieda li dawk taħt is-16-il sena li jinsabu taħt l-influwenza tax-xorb jiġu mmultati? Jekk iva, tista' tispjega kif se topera?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Manutenzjoni fuq appartament

Question

Tista' il-Ministru tara li jittieħdu l-passi neċessarji biex saqaf ta' tromba ta' taraġ li jinsab perikoluż u li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jiġi rranġat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jispezzjona u jivverifika t-talba.

Post alternattiv

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' inkwilin ta' post tal-gvern li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, biex tibdel ma' post ieħor tal-gvern minħabba raġunijiet ta' saħħa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

Dipartiment tal-Bini u Tiswija

Question

Tista' il-Ministru tara li d-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar jagħmel spezzjoni ta' fond li dettaljji dwaru qed jintbagħtu separatament minħabba li l-inkwilini qed jgħidu li s-soqfa mhumiex f'kundizzjoni tajba?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jispezzjona u jivverifika t-talba.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li m'għandhiex post fejn toqgħod qed jiġi mċaħħad mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali milli jiftah file fl-istess dipartiment?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet jew għandha xi applikazzjoni pendenti mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.

Akkomodazzjoni Alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali lanqas darba f'bosta snin ma approva akkomodazzjoni alternattiva lil single parent b'żewġt itfal minn Ħaż-Żabbar li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

Ċentru Soċjali ta' Sta. Venera — Care workers

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'se jiġri mill-care workers li jaħdmu fiċ-ċentru soċjali ta' Sta. Venera? Dawn se jibqgħu igawdu l-istess kondizzjonijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-care workers impjegati mal-Gvern li jaħdmu fl-Adult Training Centre ta’ Sta Venera, ninsab infurmata li qed isiru diskussjonijiet biex dawn, bħal fil-każ ta’ mpjegati oħra tal-Gvern f’dawn iċ-ċentri, jiġu deployed mal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali b’dawn il-kondizzjonijiet: i) id-dritt li jżommu l-grad sostantiv tagħhom qabel id-deployment; ii) iżommu d-drittijiet u l-privileggi applikabbli għall-uffiċċju pubbliku tagħhom u dawk tal-classification agreement rispettiv; iii) fil-każ ta’ mpjegati pensjonabbli, is-servizz mal-Fondazzjoni jkun jgħodd għal skop ta’ pensjoni; u iv) jkollhom kundizzjonijiet mhux anqas favorevoli minn dawk tal-Fondazzjoni.

Manutenzjoni ta' dar

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12902 dwar manutenzjoni ta' dar, nixtieq infakkar lill-Ministru li s'issa x-xogħlijiet ipprogrammati għadhom ma sarux kif indikat fit-tweġiba tiegħu tat-13/06/05?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li x-xogħlijiet meħtieġa fil-każ indikat mill-Onor. Interpellant jikkonsistu f'tikħil ta' fili fuq il-faċċata u li dawn għadhom inklużi fil-programm ta' xogħlijiet li għandu d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar. Fil-programm estensiv ta' xogħlijiet li għandu u fid-dawl tar-riżorsi disponibbli, id-Dipartiment bilfors irid jagħti prijorita' lil xogħlijiet aktar urġenti partikolarment fejn hemm periklu.

Persuni bis-sick leave

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhu l-average number tan-nies li jirrapportaw sick kuljum? Dan x'persentaġġ hu mill-working population?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, skond it-talbiet għall-benefiċċju għall-mard li jirċievi d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, n-numru medju tan-nies li rrappurtaw morda kuljum matul l-2005 kien 652. Ninsab infurmata wkoll li dan in-numru jirrapreżenta 0.47% tal-figura tal-gainfully occupied population skond l-Economic Survey ta' Jannar - Settembru 2005.

Sigurta' Soċjali — Benefiċċji soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qatgħulha l-benefiċċji soċjali kollha u issa sfat mingħajr dħul? Kif se tgħix?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali.

Xogħol fuq appartamenti tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta mistenni jibda x-xogħol ta' upgrading fil-parti komuni ta' binja tal-gvern li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jispezzjona u jivverifika t-talba.

Manutenzjoni f'appartament tal-Gvern

Question

Tista' il-Ministru tara li saqaf ta' dar tal-gvern fil-Birgu li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li jinsab f'kundizzjoni mhux tajba jiġi rranġat? F'dan il-fond jgħixu koppja anzjana.

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jispezzjona u jivverifika t-talba.

Dipartiment tal-Bini u Tiswija

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'passi ħa d-dipartiment tal-bini u tsiwija ta' djar rigward saqaf perikoluż li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li s-saqaf fil-post indikat mill-Onor. Interpellant jidher li għandu bżonn jinbidel u dan ser isir wara sejħa għall-offerti li ser tinħareġ fil-ġimgħat li ġejjin.

Sussidju fuq Kera

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk persuna li tgħix f'garage privat bil-kiri tibbenefikax minn sussidju fiq il-kera?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Waħda mill-kundizzjonijiet biex persuna tibbenefika mill-iskema R dwar sussidju fuq il-kera hi li l-fond irid ikun fi stat tajjeb ta’ tiswija u f’kundizzjoni abitabbli. Fil-każ indikat mill-Onor. Interpellant, jekk tirċievi applikazzjoni taħt din l-iskema, l-Awtorita’ tad-Djar tispezzjona l-fond, u jekk tikkonferma li dan hu abitabbli u fih in-neċessitajiet sanitarji, tilqa’ t-talba.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta mistennija ssir spezzjoni minn ħaddiem tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali f'garage li hu okkupat minn single parentli dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma għandux applikazzjoni pendenti mingħand il-persuna ndikata.

Birkirkara — Triq Mannarino

Question

Tista' il-Ministru tara meta ser jidħol id-dawl u l-ilma fil-flats il-ġodda fi Triq Mannarino, Birkirkara, ħalli jidħlu r-residenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar qed tistenna li tirċievi l-compliance certificate mill-MEPA dwar il-flats indikati mill-Onor. Interpellant biex tkun tista' tissottometti l-applikazzjonijiet għas-servizz tad-dawl u l-ilma lill-entitajiet responsabbli.

MEPA — Applikazzjonijiet għal xogħlijiet fi djar privati

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għala saru applikazzjonijiet il-MEPA għal xogħlijiet fi djar privati bħalma huma PA177/06 u PA570/06 f'Birkirkara?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjonijiet li għamel referenza għalihom l-Onor. Interpellant jirrigwardaw xogħlijiet strutturali taħt l-inizjattiva ta' l-Awtorita' tad-Djar tal-Care and Repair, liema xogħlijiet jinħtieġu l-permess tal-MEPA.

Awtorita' tad-Djar — Żamma ta' annimali fl-appartamenti

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'azzjoni ħadet l-awtorita' tad-djar kontra dawk is-sidien ta' l-appartamenti li isimhom qed jintbagħat separatament, li qegħdin iżommu l-klieb u l-annimali fl-appartament tagħhom bi ksur ta' klawsola 8 tal-kuntratti relattivi ta' akkwist?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar irċeviet rapporti minn residenti fil-binja ndikata mill-Onor. Interpellant li residenti oħra fl-istess binja kienu qed iżommu klieb fl-appartament. Meta l-Awtorita' wissiet lir-residenti msemmija l-aħħar, dawn ċaħdu li kienu qed iżommu klieb fl-appartament. Ninsab infurmata wkoll li sussegwentement l-Awtorita' bagħtet twissija bil-miktub lis-sidien ta' l-appartamenti kollha tal-binja. Permezz ta' din it-twissija, barra li fakkrithom fl-obbligi tagħhom skond il-kuntratt tax-xiri, inkluż li ma setgħux iżommu annimali fuq il-bejt, fil-partijiet komuni jew fl-appartament, infurmathom li kull ksur tal-kundizzjonijiet tal-kuntratt għandhom jiġu diskussi u riżolti mill-assoċjazzjoni tar-residenti, li hi responsabbli li tara li dawn il-kundizzjonijiet ma jinkisrux.