Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #21578 Sitting 440 2000-11-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk hemmx ħsieb li f'Jannar li ġej joħorġu promozzjonijiet oħra għal grad ta' supritendent?

Response (BORG, TONIO)

Promozzjonijiet għal kull grad joħorġu meta jkun hemm vakanzi fil-grad.
Leg 9 PQ #21522 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Impjegati Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema? X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000 l-Awtorita` ta` l-Ippjanar impjegat magħha 23 persuna li jinkludu 19-il persuna li qabel kienu jaħdmu bħala impressed drivers u li ġew offruti impjieg fiss ma` l-Awtorita` kif stabbilit f`deċiżjoni tal-Gvern aktar kmieni din is-sena. Il-grad tal-persuna, data ta` impjieg, u s-salarji/benefiċċji li qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema huma hekk kif ġej: Grad Data ta` impjieg Salarju annwali (Lm) Benefiċċju annwali (Lm) 1 Secretarial Assistant (kuntratt definit ta` 6 xhur) 20 ta` Novembru 2000 4,332 Xejn 1 Junior Planning Executive (kuntratt definit ta` 12-il xahar) 23 ta` Ottubru 2000 5,490 ·Allowance għal spejjeżta` Lm225 ·Ħlas ta` miżata f`għaqda professjonali · Training credits ta` Lm100 · Performance Bonus (0-15%) tal-paga bażika annwali · Health insurance 1 Planning Officer (kuntratt definit ta` 24 xahar) 2 ta` Ottubru 2000 5,892 · Health insurance 1 Financial Controller 14 ta` Awissu 2000 7,222 ·Spejjeżta` telefon sa Lm200 · Allowance għal spejjeżta` Lm390 · Performance Bonus (0-15%) tal-paga bażika annwali · Health insurance ·Ħlas ta` miżata f`għaqda professjonali *19 Labourers 1 ta` Novembru 2000 2,635 · Ħlas ta` Lm698 għall-kirja tal-vettura * Dawn huma persuni li kienu diġa` qed jaħdmu bħala Impressed Drivers u li ġew offruti impjieg fiss ma` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar kif stabbilit f`deċiżjoni tal-Gvern aktar kmieni matul din is-sena.
Leg 9 PQ #21572 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-membri tal-korp tal-pulizija li għadhom fis-servizz, minkejja li diġa' għamlu l-25 sena servizz tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 117 membru li għandhom 25 sena servizz u għadhom iservu fil-Korp tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #21573 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-membri tal-korp tal-pulizija li mistennija li jkunu għamlu l-25 sena servizz tagħhom fis-sena 2001? Jista' jgħid f'liema rank huma?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: Assistent Kummissarju 4 Supretendent 4 Spettur 7 Surġent 33 Kuntistabbli 56
Leg 9 PQ #21574 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammonta n-numru tal-membri tal-korp tal-pulizija? Jista' jgħid f'liema rank huma u kemm minnhom huma rġiel u kemm nisa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: Rank Irġiel Nisa Kummissarju 1 - Deputat Kummissarju 1 - Assistent Kummissarju 6 - Supretendent 23 - Spettur 61 11 Surġent Maġġur 3 - Surġent 256 25 Kuntistabbli 1,173 158
Leg 9 PQ #21575 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Officer cadets

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammonta n-numru ta' officer cadets fil-korp tal-pulizija bħalissa? Jista' jgħid kemm minnhom huma rġiel u kemm nisa? Jista' jgħid kemm minnhom huma minn ġewwa l-korp stess u kemm minnhom huma ġodda minn barra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` Officer Cadets fil-Korp tal-Pulizija huwa ta` 22. Minn dawn 17 huma rġiel u 5 huma nisa. Ninsab infurmat ukoll li 10 huma minn ġewwa l-Korp u 12 huma minn barra l-Korp.
Leg 9 PQ #21576 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw pulizija għal grad ta' surġent? Jista' jgħid kemm minnhom huma rġiel u kemm nisa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kien hemm 148 membru tal-Korp li applikaw wara li fid-19 ta` Settembru 2000, kienet saret sejħa għall-applikazzjonijiet għall-grad ta` Surġent fil-Korp tal-Pulizija. Minn dawn 12 huma kuntistabbli nisa.
Leg 9 PQ #21577 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jinfetaħ reklutaġġ ieħor ġdid fil-korp tal-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi sejħa għall-applikazzjonijiet għall-ingaġġ bħala Kuntistabbli fil-Korp tal-Pulizija, mistennija li tiġi ppublikata fil-Gazzetta tal-Gvern matul din il-ġimgħa.
Leg 9 PQ #21611 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li f'ċerti għases ikun hemm numru sostanzjali ta' surġenti, eżempju 13 fl-Għassa tal-Ħamrun u mbagħad fid-Distrett 4PD (Żabbar, M'Scala) issib 4 surġenti biss? Jaħsibx fiċ-ċirkustanzi li ċertu diskrepanzi għandhom jissewwew?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi hemm 7 Surġenti stazzjonati fl-Għassa tal-Ħamrun, filwaqt li hemm 4 Surġenti stazzjonati l-Għassa ta` Ħaż Żabbar. Kif kelli l-okkażżjoni ngħid fi Tweġibiet għall-Mistoqsijiet preċedenti, f`Settembru li għadda kienet saret sejħa għall-applikazzjonijiet għall-promozzjoni fir-rank ta` Surġenti fil-Korp tal-Pulizija. Dan sabiex ikun jista` jiżdied in-numru attwali ta` Surġenti.
Leg 9 PQ #21153 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn biċċeriji tat-tjur illeċenzjati mill-Pulizija f'Malta u Għawdex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent in-numru ta` biċċeriji tat-tjur koperti bil-liċenzji tal-Pulizija hu ta` 10.
Leg 9 PQ #21567 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Data Track - Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema sezzjonijiet tal-korp tal-pulizija ġiet installata s-sistema data track u fuq liema vetturi? Jista' jgħid kemm swiet s'issa din is-sistema u x'riżultati tat kemm ilha li ġiet installata? Jista' jgħid ukoll jekk ingħatax taħriġ fuq dan l-apparat lix-xufiera tal-korp?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi s-sistema ta` l-Automated Vehicle Location System ġiet stallata fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. Fuq din is-sistema, għalissa ser ikun hemm il-vetturi tal-Mobile, tad-Distretti, tat-Taqsima ta` l-A.L.E. u l-muturi tat-Taqsima tat-Traffiku. Kif jien infurmat, din is-sistema ma tinħtieġ ebda input minn naħa tax-xufier li jkun qiegħed juża` l-vettura li tkun mgħammra b`dan l-apparat u għaldaqstant ma hemmx bżonn li dawn jingħataw xi taħriġ. Ninsab infurmat ukoll li n-nefqa għax-xiri ta` dan l-apparat tammonta għal Lm62,495.00, liema ammont jinkludi sena (1) subscription fee li jkopri sa massimu ta` mitt (100) vettura.
Leg 9 PQ #21568 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-pulizija jkollha low loader ġdid biex il-ġarr ta' vetturi jkun aktar effiċjenti u jonqsu aktar id-derelict vehicles mal-pajjiż?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent il-Korp tal-Pulizija għandu żewġ low loaders, li jintużaw kemm għall-ġarr ta` vetturi tas-servizz li tiġrilhom ħsara kif ukoll għal ġbir ta` dawk irrapurtati bħala derelicts. Pero`, ser isiru emendi fir-regolamenti, sabiex titjieb il-proċedura tat-tneħħija ta` vetturi li qiegħed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #21569 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Psikologu/Psikjatra

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li mal-korp tal-pulizija jiġu ngaġġati psikologu u psikjatra biex membri tal-korp li jgħaddu minn trawmi psikoloġiċi jiġu kkurati u jekk ikun meħtieġ jinstab xogħol adattat għalihom fil-korp fuq parir professjonali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent il-Korp tal-Pulizija għandu tabib full time u dawk il-membri tal-Korp li jkollhom bżonn kura speċjalizzata jiġu riferuti għal kura skond kif meħtieġ. Barra minn dan, il-Korp tal-Pulizija qed jisponsorja żewġ membri tal-Korp li qed jattendu kors full time fil-psikoloġija fl-Universita` ta` Malta.
Leg 9 PQ #21570 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' rekluti fl-akkademja tal-korp tal-pulizija bħalissa? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` rekluti fl-Akkademja tal-Pulizija għal kors li beda f`Ottubru 2000, huwa ta` 60 - 47 raġel u 13-il mara.
Leg 9 PQ #21571 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — SAG - Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'vetturi għandha għad-dispożizzjoni tagħha s-sezzjoni tal-korp tal-pulizija, l-SAG? Jista' jgħid f'liema snin dawn inxtraw u jekk hemmx ħsieb li jinxtraw vetturi oħra? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-Taqsima ta` l-S.A.G. tal-Korp tal-Pulizija, fil-preżent għandha għad-dispożizzjoni tagħha 9 vetturi għal użu ġenerali. Dawn kienu nxtraw 1 fl-1988, 1 fl-1990, 6 fl-1993 u 1 fl-1996. Qiegħed isir eżerċizzju dwar il-ħtiġijiet attwali ta` din it-Taqsima.
Leg 9 PQ #21592 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Permess għal bejjiegħa

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-permess ta' hawker (bejjiegħ) tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni li qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant li kienet saret fl-1 ta` Novembru ta` din is-sena, qed tkun ipproċessata skond il-proċeduri stabbiliti.
Leg 9 PQ #21601 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Għassa ta' Wied il-Għajn

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat ċaqliq fl-għassa ta' Wied il-Għajn sabiex din tkun aktar aċċessibbli u fi stat aħjar minn dak preżenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kien hemm il-ħsieb illi l-Għassa tal-Pulizija tkun inkorporata fil-bini taċ-Ċentru Ċiviku li għandu jinbena f`dan il-lokal.
Leg 9 PQ #21605 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Barriera

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-art agrikola f'Tal Medjat sive Tal Qortin, limiti taż-Żurrieq tal-kejl ta' ċirca 22,662 metru kwadru kif indikat fil-Gazetta tal-Gvern nru 572 Pg 5497 ta' l-14 ta' Lulju, 2000 u kif tidher fir-reġistru tal-Gvern bħala post rurali 50804, meta din hija art agrikola fertili: (i) Ser tingħata għall-blat (barriera)?(ii) Lil min ġiet mgħotija? (iii) Kienx hemm konsultazzjoni mal-kunsill taż-Żurrieq?(iv) Hux fil-pjan ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li hemm il-ħsieb li l-art imsemmija mill-Onorevoli Interpellant tingħata biex tinfetaħ barriera taż-żrar minn wieħed miż-żewġ operaturi tal-barrieri li twaqqfu mix-xogħol biex jiġu protetti t-Tempji ta` Ħaġar Qim u l-Imnajdra. Fuq dan is-sit hemm applikazzjoi PA 3158/00 minn Mr Carmelo Vella għan-nom ta` Bros Shekinah St. Margaret Street, San Ġwann u s-site area tkopri 22,300sq m. Din l-applikazzjoni qiegħda fi stadju ta` konsultazzjoni ma` numru ta` dipartimenti fosthom: Water Services Corporation, Commissioner of Lands, Ministry of Agriculture & Fisheries, Museums Department, Health Department, Lands Department u l-Environment Protection Department. Sa issa saru konsultazzjoni verbali mal-Kunsill Lokali Żurrieq wara talba ta` l-istess Kunsill kif ukoll laqgħat qrib is-siti msemmija. Pero` fil-futur qrib għandha issir laqgħa formali ma` l-istess Kunsill. L-aħħar żviluppi dwar dawn l-applikazzjonijiet huma li tħejjew Terms of Reference sabiex isir Environmental Impact Assessment. Dawn it-Terms of Reference qegħdin għall-approvazzjoni tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta` l-Ambjent. Deċiżjoni aħħarija dwar dawn l-applikazzjonijiet tista` tittieħed biss wara li jkun sar l-istudju dwar l-impatt ambjentali.
Leg 9 PQ #21606 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Surġenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx postijiet vojta fil-gradi ta' surġent fil-Korp ta' l-Pulizija? Jekk iva, meta se jimtlew dawn il-vakanzi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fid-19 ta` Settembru 2000, kienet saret sejħa għall-applikazzjonijiet għall-grad ta` Surġent fil-Korp tal-Pulizija. Il-postijiet jimtlew wara li jitlesta l-proċess ta` l-għażla li jinkludi kors fl-Akkademja tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #21627 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ċittadinanzi Doppji

Question

B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 21463, jista' l-Ministru jgħid kif jistgħu d-dettalji u l-ismijiet ta' ċittadini Maltin li jistgħu jżommu żewġ ċittadinanzi ma jibqux biss id-dominju tad-dipartiment taċ-ċittadinanzi u cioe' tal-gvern iżda jkunu magħrufa għall-parlament? Jista' l-Ministru jgħid kif qiegħed jiġi zgurat li d-dipartiment taċ-ċittadinanzi qiegħed jinforma bil-miktub kulmin huwa ntitolat li jżomm żewġ ċittadinanzi?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Membru illi f`kull każ ta` konferma ta` ċittadinanza doppja, kopja ta` l-ittra ta` konferma li d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza jibgħat lill-persuna li tkun għamlet it-talba, tintbagħat ukoll: lill-Kummissarju Elettorali Ewlieni; lid-Direttur, Dipartiment tar-Reġistrazzjoni Ċivili; lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku; lill-Uffiċjal inkarigat mill-Uffiċċju tal-Passaporti (Għawdex) jekk il-persuna kkonċernata tkun toqgħod Għawdex. Jekk l-Onor. Interpellant jaf b`xi każijiet ta` persuni li ilhom ħafna li talbu konferma dwar ċittadinanza doppja u għadhom ma rċevewx tweġiba, jiena lest li ninvestiga dawn il-każijiet jekk jgħaddhili l-informazzjoni meħtieġa.