Legislature:
Category:
Reset
Active:

Eżamijiet tas-SEC

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fl-eżami tas-SEC ta' l-Ingliż, Paper 2A fit-tieni comprehension jidher li kien hemm żball li seta' ħawwad l-istudenti? Jikkonferma li fit-tieni mistoqsija ta' TRUE or FALSE hemm miktub The Prince is next to the throne meta jidher li suppost hija The Prince is next in line to the throne? Jekk dan huwa żball, dawk li jikkoreġu se jagħtu kas ta' dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-eżami ta' l-Ingliż Paper 2A it-tieni comprehension kienet fuq il-Prinċep William ta' l-Ingilterra u t-tieni sentenza hija, "The 23-year-old Prince, who is second in line to the British throne, is at Sandhurst on a 44-week course." Il-mistoqsija 2(b) ta' True or False hija, "Prince William is next to the throne. ( ) .......". F'dan il-kuntest, l-istudenti ma tħawwdux bil-mistoqsija u ħadd mill-eżaminaturi, li s'issa mmarkaw mijiet ta' karti, ma rraporta li xi student ħasbu li next to qed tintuża bħala preposition of place. F'każ li jiġri dan, l-eżaminaturi ntalbu biex jikkonsidraw it-tweġiba bħala korretta.

Skejjel — Assenteiżmu

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18243 u jgħid: Fit-tieni term ta' din is-sena skolastika, jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-persentaġġ ta' assenteiżmu mill-iskejjel ta' l-istat, primarji u sekondarji? Jista' jgħid ukoll liema skola tal-bniet u tas-subien li l-aktar kien hemm persentaġġ għoli ta' studenti assenti? F'liema skejjel kien l-aktar baxx?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li kienu assenti f'xi ġurnata jew aktar mit-tieni term ta' din is-sena skolastika mill-iskejjel ta' l-Istat, primarji u sekondarji hu kif ġej:- Primarji Bniet u Subien - 846 (Total ta' studenti 17,934) Sekondarji Bniet - 1,236 (Total ta' studenti 9,079) Subien - 1,886 (Total ta' studenti 8,970) Ma jidhirlix li jkun ta' xi ġid li nisvela l-iskejjel fejn kien hemm l-akbar jew l-anqas numru ta' studenti li assentaw ruħhom minn dawn l-iskejjel, għalkemm m'għandix diffikulta' ninforma l-Onor. Membru kunfidenzjalment.

Skejjel — Assenteiżmu

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18244 u jagħti l-figuri ta' studenti li kienu assenti mingħajr raġuni valida mill-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti separatament? Jista' jgħid ukoll liema kienu l-aktar skejjel fejn kien hemm assenteiżmu u fejn kien lanqas?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li kienu assenti f'ġurnata jew aktar mill-Iskejjel tal-Knisja kien hekk :- Skejjel Primarji - 3092 Skejjel Sekondarji - 3701 Informat ukoll li n-numru ta' studenti li kienu assenti mill-Iskejjel Indipendeti kien hekk :- Skejjel Primarji - 763 Skejjel Sekondarji - 532 Ma jidhirlix li jkun ta' xi ġid li nisvela l-iskejjel fejn kien hemm l-aktar jew l-anqas numru ta' studenti li assentaw ruħhom minn dawn l-iskejjel, għalkemm m'għandix diffikolta' ninforma l-Onor. Membru kunfidenzjalment.

Pembroke — Skola Primarja

Question

Jista' il-Ministru jinformana f'liema stadju wasal il-proġett tal-bini ta' l-iskola primarja l-ġdida f'Pembroke? Meta maħsub li jibda x-xogħol u meta hu maħsub li jitlesta?

Response (GALEA, LOUIS)

F'dan l-istadju m'għandix x'inżid mat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 17203 f'seduta 355.

Skola ta' Wied il-Għajn

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk l-iskola ta' Wied il-Għajn hiex se tiġi mikrija fis-sajf lil terzi persuni privati biex isservi ta' post ta' tagħlim? Taħt liema kondizzjonijiet se tingħata? Kemm hu n-numru ta' studenti li mistennija jiġu? Meta bdew it-trattati dwar dan il-proġett?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kumpanija li tagħti servizz ta' tagħlim ta' l-Ingliż għall-barranin uriet interess li tikri xi klassijiet fl-iskola ta' Wied il-Għajn matul ix-xhur tas-sajf għal skopijiet ta' tagħlim ta' l-Ingliż. Billi id-diskussjonijiet biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet ma ġewx finalizzati, f'dan l-istadju ma jistax jingħata n-numru ta' studenti li mistennija jiġu.

Scholarships

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw scholarships għall-korsijiet barra minn Malta f'dawn l-aħħar sitt snin? Jista' jgħid f'liema universitajiet jew kulleġġi ngħataw dawn l-ischolarships u f'kull każ individwali kemm ħallas il-gvern għalihom?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

ETC — Gradwati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn gradwati jirreġistraw għax-xogħol illum u x'degree għandhom? Kemm ilhom jirreġistraw?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'Marzu 2006 kien hemm 68 persuni gradwati li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol. It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Studenti Aggressivi

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jieħu l-gvern kontra dawk l-istudenti aggressivi li jattakkaw l-għalliema tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

F'każijiet li studenti aggressivi li jattakkaw l-għalliema tagħhom, l-iskejjel għandhom isegwu "Il-Politika dwar l-Imġieba Tajba u Dixxiplina għall-Iskejjel". Ser ngħaddi kopja ta' din il-politika lill-Onor. Membru.

ETC — Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex matul il-perijodu ta' Jannar, Frar, Marzu u April, 2006? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat hekk :- Jannar Frar Marzu April 2002 510 509 501 493 2003 565 558 558 546 2004 639 631 620 592 2005 737 706 702 701 2006 722 719 693 Informat ukoll li l-figuri għax-xahar ta' April 2006 għadhom ma ġewx ippublikati mill-Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika.

Ilmenti dwar karti ta' l-eżamijiet

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga ilmenti li wasluli mingħand diversi studenti li kemm fil-każ ta' l-intermediate exams tas-systems of knowledge kif ukoll fir-rigward ta' l-A Level tal-home economics and human ecology, kien hemm bosta mistoqsijiet li ma ġewx koperti fis-sillabus ittrattat fil-higher secondary?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma kienx hemm mistoqsijiet barra mis-sillabu fl-eżamijiet tas-Systems of Knowledge fil-livell intermedju u fil-Home Economics and Human Ecology fil-livell avvanzat ta' l-eżamijiet tal-MATSEC. Is-sillabi tal-MATSEC ikunu ppublikati mill-inqas sentejn qabel l-eżami u jintbagħtu f'kull skola post-sekondarja minbarra li jidhru fuq il-website tal-MATSEC Support Unit. Hekk l-iskejjel ikollhom biżżejjed ħin biex ifasslu l-kurrikulu tagħhom biex ikopru l-kontenut tas-sillabu.

Taħriġ u Edukazzjoni għall-Adulti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm kumpanniji privati li jipprovdu taħriġ u edukazzjoni għall-adulti u li huma reġistrati mal-ministeru? Kemm hemm impjegati full-time u part-time magħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' kumpanniji privati li jipprovdu taħriġ u edukazzjoni għall-adulti u li huma reġistrati mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi huma 102. Informat ukoll li n-numru ta' impjegati hu: Full-Time 12 Part-Time 252

Malta Association for Private Training Providers

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jintlaqgħu t-talbiet urġenti tal-Malta Association for Private Training Providers biex ikun hemm rikonoxximent għall-kwalifiki ta' korsijiet serji li jipprovdu dawn it-training providers?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif jaf l-Onor. Membru illum hemm in vigore liġijiet li jistabilixxu kif isir ir-rikonoxximent ta' kwalifiki ta' istituzzjonijiet edukattivi. Informat li t-Training Providers imsemmija jipprovdu korsijiet li jwasslu għal kwalifiki barranin. Kwalifiki barranin maħruġa f'pajjiżi li huma parti minn xi ftehim ta' rikonoxximent reċiproku ma' Malta huma rikonoxxuti minn Malta jekk ikunu rikonoxxuti mill-pajjiż li fih jinħarġu. Għaldaqstant ma jirriżultax li dawk it-Training Providers li jipprovdu korsijiet serji u li l-kwalifiki li għalihom jippreparaw huma rikonoxxuti mill-pajjiż fejn jinħarġu, għandhom xi problemi ta' rikonoxximent.

Skola ta' l-Agrikoltura

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il student iggradwa mill-iskola ta' l-agrikoltura f'Malta mit-twaqqif tagħha, sena b'sena? Hemm statistika ta' kemm minn dawn l-istudenti sabu mpjieg fil-qasam agrikolu u jekk iva, jista' il-Ministru jagħtiha?

Response (GALEA, LOUIS)

Nista' nagħti l-informazzjoni li ġiet mgħoddiha lili mill-MCAST. Course 2003-04 2004-05 2005-06 *ESTS none 2 none Foundation 6 8 In progress First Diploma 8 6 In progress National Diploma none none In progress Studenti javvanzaw minn Level 1 Foundation għal Level 2 BTEC First Diploma. Studenti javvanzaw minn Level 2 BTEC First Diploma għal Level 3 BTEC National Diploma. Gradwati tal-First Diploma komplew il-kors ta' Diploma fl-Agrikoltura fl-Universita' ta' Malta, jew bdew jagħmlu xogħol agrikolu mal-familji tagħhom. Gradwati fil-Foundation ingħaqdu ma' l-Industrija tal-Catering.

Skejjel — Spejjeż

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk l-ispejjeż il-ġodda li għaddew għand l-iskejjel u ma kienux qed iħallsuhom l-iskejjel matul din l-aħħar sena? Jista' jgħid ukoll kemm żdied il-budget allokat għall-iskejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul l-aħħar sena ma kienx hemm spejjes ġodda li għaddew għand l-iskejjel. Il-budget mgħoddi lill-iskejjel għal materjal, provvisti, tiswija u manteniment ordinarju ta' kuljum din is-sena huwa ta' LM 908,000.

Bormla — Skola G Despot

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra pjanti/dokumenti dwar xogħol ipprogrammat għall-iskola G Despot, f'Bormla? Meta se jibda u jispiċċa dan ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 17669.

Billboards

Question

Jista' il-Minsitru jgħid kemm saru billboards mill-ministeru jew minn xi ente jew dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sentejn? Jista' ġentilment jagħti din l-informazzjoni separata għal kull ente u skond is-sena? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa għalihom u x'kien l-iskop fil-qosor għat-twaħħil ta' dawn il-billboards?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.