Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li se jtemmu l-edukazzjoni sekondarja tagħhom f'Malta ti tmiem is-sena skolastika 2001/02, skejjel sekondarji tal-istat, junior lyceums, knisja, privat, opportunity centres imqassma f'subien u bniet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tagħrif mitlub jeħtieġ ċertu żmien biex jinġabar u jiġi verifikat u għaldaqstant tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapurtati mill-ministeru u/jew dipartimenti, korporazzjonijiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-minsteru bejn Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena?
X'valur, x'oġġetti eċċ, ġew misruqa?
X'passi ittieħdu?
Jista' jinfurmani ukoll bin-numru ta' serqiet li saru matul is-sena li għaddiet 2001?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34023 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-kors tal-midwives fis-sena skolastika li ġejja hux ser jiftaħ jew le? Jekk le, x'inhi r-raġuni għal dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kors tal-midwives ser jiġi offrut mill-Institute of Health Care, fi ħdan l-Universita` ta' Malta fis-sena skolastika li ġejja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru bnadar ta' pajjiżi differenti minn Jannar 2002 sal-lum? Minn min saru, jiġifieri minn impjegati tad-dipartiment jew minn ditti privati?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u d-Dipatimenti kollha li jappartjenu liliu ma jagħmlux bnadar. Ġieli jinqalgħu każi fejn xi Ministeri, partikolarment dak ta' l-Affarijiet Barranin, jitolbu xogħol ta' tiswija fuq bnadar eżistenti. Dan ix-xogħol isir mis-Sezzjoni ta' Ħal-Luqa tad-Dipartiment tal-Kultura.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li d-drenaġġ tal-iskola primarja tal-Fgura qed jintefa' ġo fossa? X'inhi r-raġuni? Meta ser titneħħa din il-problema?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s-sistema tad-drenaġġ ta' parti mill-iskola primarja tal-Fgura ma kienitx imqabbda mas-sistema tad-drenaġġ prinċipali u allura proviżorjament id-drenaġġ kellu jintefa' ġo fossa. Qed isiru tħejjijiet mad-Dipartiment tad-Drenaġġ biex issir konnessjoni ġdida bejn l-iskola u s-sistema prinċipali. Id-Diviżjoni qed tagħmel ħilitha kollha biex ix-xogħol isir fl-inqas żmien possibbli.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol tal-working group li hemm riferenza għalih fil-mistoqsija parlamentari 21701? Peress li għaddew iżjed minn sena u nofs mindu twaqqaf dan il-working group, ma jidhirlux il-Ministru li għadda biżżejjed żmien biex dan il-working group itemm ix-xogħol tiegħu?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-working group lesta x-xogħol tiegħu u r-rakkomandazzjonijet ġew mgħoddija għall-kunsiderazzjoni ta' l-Awtoritajiet Edukattivi konċernati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm purtinara jaħdmu fl-iskola primarja ta' l-Isla, Dun Mauro Inguanez? Jista' jgħid kif it-toilets dejjem ikunu maħmuġa tant li t-tfal jaqtgħu qalbhom jidħlu fihom bir-riħa xejn pjaċevoli li jkun hemm?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li f'din l-iskola hemm il-Full Complement ta' l-Impjegati f'dan il-livell u għaldaqstant mhux suppost li jkun hemmin-nuqqasijiet imsemmija mill-Onor. Membru. Tlabt lil min hu inkarigat biex jindaga u jieħu l-passi li hemm bżonn.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm għall-iskola ta' Wied il-Għajn? Jista' jgħid meta se jibda x-xogħol u meta hu maħsub li jitlesta? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti approvati mill-awtorita` ta' l-ippjanar?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ser jinbnew numru ta' kmamar biex ikunu jistgħu jilqgħu d-domanda ta' intake ta' studenti għas-sena skolastika li jmiss.
Il-bini ser jibda fl-ewwel ġimgħa ta' Lulju. Il-finitura u s-servizzi jsiru mmedjatament wara.
Informat ukoll li l-pjanti huma aċċessibbli mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar u l-Ambjent, numru tal-permess PA 2960/01.
B'riferenza għall-mistoqsija 33836, jista' l-Ministru jgħid jekk l-ispezzjonijiet sarux ukoll fi skejjel tal-knisja u f'dawk indipendenti? Jekk le, ma jaħsibx li studenti li jattendu dawn l-iskejjel għandhom ukoll jiġu protetti minn junk food?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li spezzjonijiet fi skejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti mill-Assistent Direttur u l-Uffiċjali ta' l-Edukazzjoni, isiru regolarment.
It-'tuckshops/canteens' ma jkunux il-mira prinċipali ta' dawn il-viżiti, għalkemm fejn ikun hemm, dawn ikunu parti mill-viżita.
Fil-maġġoranza ta' dawn l-iskejjel ma hemmx 'tuckshops/canteens' iżda l-iskejjel, permezz ta' tagħlim lit-tfal u laqgħat mal-ġenituri xorta waħda jippromovu ikel u xorb tajjeb għas-saħħa tat-tfal.
Fejn hemm 'tuckshops/canteens' il-prattika tikkonformi, b'mod ġenerali ma' dik ta' l-iskejjel ta' l-Istat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34118, jista' jgħid x'inhu s-salary structure tar-riżorsi umani (inklużi l-council secretary u l-konsulenti) li huma staff members tal-Malta Council for Science and Technology?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s-salary structure tar-riżorsi umani li huma staff members tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija huma hekk:-
Numru ta' Persuni Skala
Persuna waħda Nru 4
Żewġ persuni Nru 5
Żewġ persuni Nru 6
Żewġ persuni Nru 7
Persuna waħda Nru 8
Tlett persuni Nru 9
Persuna waħda Nru 11
Persuna waħda Nru 14
Persuna waħda Nru 15
Persuna waħda P/Timer
Il-Council Secretary u l-Financial Advisor ma jiċievux salarji fissi imma jitħallsu b'rati professjonali skond il-ħin ta' xogħol li jaħdmu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx żviluppi sabiex ħsejjes mill-Mediterranean Conference Centre - sew minħabba l-arja kundizzjonata kif ukoll minħabba l-attivitajiet li jiġu organizzati - ma jibqgħux ikunu ta' inkonvenjent għar-residenti fl-inħawi, b'mod partikolari fis-sigħat bikrija ta' filgħodu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li dwar l-'Air Condition' din is-sena diġa` tbiddel Unit sħiħ ta' waħda mis-swali u sa' l-aħħar ta' Ottubru għandu jiġi mbiddel Unit sħiħ ta' sala oħra. Minstennija aktar rinnovazzjonijiet fuq l-'Air Conditions' li għandhom komplessivament jaħdmu b'inqas ħsejjes.
Informat ukoll li qed tiġi studjata l-possibilita` li jiġu mbarrati bil-ġebel xi tweiqi li jagħtu għal fuq inħawi residenzjali.
Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki għandha l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament biex jgħallem l-edukazzjoni fiżika fil-Kulleġġ Stella Maris? Jista' jgħid meta nkisbu l-kwalifiki li jintitolawh biex jgħallem f'dan il-kulleġġ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-persuna msemmija m'għandhiex il-kwalifiki meħtieġa biex tkun għalliema regulari u qed taħdem fuq bażi temporanju (casual). Kien ġie impjegat għax l-iskola ma sabitx persuna kkwalifikata. Din il-persuna trid terġa' tapplika biex tkun approvata mill-ġdid hekk kif tibda s-sena skolastika, u jekk ma jkunx hemm persuni kkwalifikati aktar minnha li japplikaw għall-post, tista' tingħata estensjoni ta' sena skolastika oħra.
Din il-persuna titħallas mill-iskola u mhux mill-fondi ta' l-istat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qed jitgħallmu r-Russu fil-junior lyceum, Blata l-Bajda? Kemm hemm studenti f'form II li jixtiequ jistudjaw l-istorja f'form III u mhux se jħalluhom għax qalulhom li hemm ftit wisq?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li din is-sena kellna sitt studenti fil-V jitgħallmu r-Russu u studenta waħda fil-Form III.
Fil-Form II f'din l-iskola, kien hemm żewġ studenti biss li għażlu l-Istorja fil-Form III. Din l-option ser tingħata fil-Junior Lyceums l-oħra fejn in-numru ta' l-istudenti li għażlu dan is-suġġett jiġġustifika li tinħoloq klassi.
Dawn l-istudenti ngħataw għażla li jmorru f'waħda minn dawn l-iskejjel. Huma ppreferew li jibdlu l-għażla (option) tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid għal liema attivitajiet where's everybody ingħataw għajnuna finanzjarja mill-gvern taħt il-vot sponsorship mill-ministeru vot 2980 fis-sena 2001?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li 'Where's Everybody' tħallsu s-somma ta' Lm1,713.50 mill-vot 2980 (Sponsorships) tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni għall-produzzjoni ta' spots dwar Caravaggio trasmetti fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni lokali waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-millenju.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33772 dwar assenteiżmu mill-iskejjel ta' l-Istat, tal-knisja u dawk indipendenti fit-tieni term ta' l-iskola skolastika?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Issa li s-sena tal-football tal-MESA spiċċat u jridu jsiru l-ħlasijiet, jista' l-Ministru jgħid jekk is-segretarjat għall-isports huwiex se joħroġ il-flus dovuti għal dawk li ħadu sehem fil-league tal-football, anke jekk ma jinstabx sponsor?
Response (GALEA, LOUIS)
Għalissa m'għandix xi nżid mat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 33777.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi organizzazzjoni/kumpannija li talbet biex tuża xi post tal-gvern biex matul dan is-sajf isir xi tagħlim lill-barranin li jiġu biex jitgħallmu l-Ingliż? Jekk fl-affermattiv, fejn u taħt liema kundizzjonijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jinġabar mill-iskejjel u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 33834, jista' l-Ministru jgħid mill-1999 'l hawn kemm żdiedu l-istudenti li qed jinġiebu mill-MUS ta' l-Universita`? Fejn jinżammu? Kemm hemm talbiet biex jiġu studenti din is-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-'International School of English' għandha biss in-numri ta' l-istudenti mill-2000 'l hawn. Dawn huma:-
2000 - 232 studenti
2001 - 271 studenti
Dawk proġettati għall-2002 huma 400 student.
Il-parti l-kbira ta' l-istudenti ta' l-ISE joqgħodu fil-'University Residence', filwaqt li l-oħrajn jippreferu jsibu akkomodazzjoni għal rashom.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani ta' l-Universita` ta' Malta biex jibnu zona residenzjali fuq il-campus? Saru xi negozjati mal-gvern għal xi għajnuna? Intalbet għajnuna finanzjarja biex isir dan il-proġett?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-pjanijiet qed jiġu maħduma flimkien ma' proġetti oħrajn li l-Universita` għandha f'dan il-qasam. Iktar informazzjoni tingħata 'l quddiem meta l-proġett jiġi mħabbar b'mod uffiċċjali. L-ideja hija differenti milli tinbena żona residenzjali, imma jinkludi post fejn studenti, riċerkaturi u għalliema universitarji ewropej u tar-reġjun Mediterranju jiltaqgħu flimkien.
Malta Council for Science and Technology — Impjegasti - Salarji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-salary structure tar-riżorsi umani (inklużi l-council secretary u l-konsulenti) li huma staff members tal-Malta Council for Science and Technology?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.