Legislature:
Category:
Reset
Active:

Transport Malta – vetturi – polza ta’ assigurazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x’qed tagħmel Transport Malta, sabiex taċċerta li kull vettura li tinstaq fit-territorju Malti inkluż dawk bi pjanċi barranin għandhom polza ta’ assigurazzjoni minima hekk kif stabilità mil-liġi Maltija?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għat-tweġiba li ngħatat ghall-Mistoqsija Parlamentari 22239.

Inċidenti Stradali — claims

Question

Jista’ l-Ministur jgħid kif qed jiġi assigurat li kwalunkwè claim ġustifikata kontra vetturi bi pjanċi barranin involuta f’inċidenti stradali f’Malta qed tiġi onorata?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mhiex ir-responsabilita’ tal-Ministeru tiegħi jew ta’ Transport Malta għal xi claim li jsiru minn kull sid ta’ vettura f’xi inċident stradali iżda kull claim għandha tiġi riferuta lill-kumpaniji ta’ l-assigurazzjoni.

Cottonera Rehabilitation Committee — laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iltaqa' l-Cottonera Rehabilitation Committee f’din il-leġiżlatura u meta ltaqa'? Xi kwistjonijiet ittratta u x'deċiżjonijiet ħa f'kull laqgħa? Min attenda għal kull laqgħa?

Response (MIZZI, JOE)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tad-dati u l-attendenzi għall-laqgħat kollha li saru mill-Kumitat f’din il-leġiżlatura. Il-kwistjonijiet li ġew diskussi huma varji u skont it-Terms of Reference li ngħata dan il-Kumitat.

Imdina Rehabilitation Committee — laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iltaqa' l-Mdina Rehabilitation Committee f’din il-leġiżlatura u meta ltaqa'? Xi kwistjonijiet ittratta u x'deċiżjonijiet ħa f'kull laqgħa? Min attenda għal kull laqgħa?

Response (MIZZI, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tad-dati u l-attendenzi għall-laqgħat kollha li saru mill-Kumitat f’din il-leġiżlatura. Il-kwistjonijiet li ġew diskussi huma varji u skont it-Terms of Reference li ingħata dan il-Kumitat.

Raħal Ġdid – elenku tar-rotot tal-karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jagħti elenku tar-rotot tal-karozzi tal-linja li jgħaddu minn Raħal Ġdid: a) li permezz tal-aħħar tibdil li sar ftit tal-ġranet ilu, b’xi mod inbiddlu ma’ dawk li kien hemm qabel; b) li ddaħħlu ġodda fl-aħħar tibdil li sar ftit tal-ġranet ilu; u c) li spiċċaw meta tqabbel ma’ dawk li kien hemm qabel l-aħħar tibdil li sar ftit tal-ġranet ilu? Jista’ jgħid jekk hemmx xi rotot li l-frekwenza tagħhom inbidlet, u jekk il-frekwenza ta’ tali rotot żdiditx jew tnaqsitx?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22261.

Ħal Tarxien – elenku tar-rotot tal-karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jagħti elenku tar-rotot tal-karozzi tal-linja li jgħaddu minn Ħal Tarxien: a) li permezz tal-aħħar tibdil li sar ftit tal-ġranet ilu, b’xi mod inbiddlu ma’ dawk li kien hemm qabel; b) li ddaħħlu ġodda fl-aħħar tibdil li sar ftit tal-ġranet ilu; u c) li spiċċaw meta tqabbel ma’ dawk li kien hemm qabel l-aħħar tibdil li sar ftit tal-ġranet ilu? Jista’ jgħid jekk hemmx xi rotot li l-frekwenza tagħhom inbidlet, u jekk il-frekwenza ta’ tali rotot żdiditx jew tnaqsitx?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22261.

Toroq rurali – fondi ewropej

Question

B' referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17261 u konsegwentament għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21154, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li tindika għal kull triq rurali jew parti minn triq rurali li sar ix-xogħol fiha jekk din hijiex art pubblika jew art privata?

Response (MIZZI, JOE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 21151, ninfurmah li t-toroq indikati huma kollha aċċess pubbliku.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Żvilupp tal-Eko-Turiżmu – lista ta’ miżuri

Question

Jista' l-Ministru jelenka lista ta' miżuri u inizjattivi li għamel il-Ministeru tiegħu fejn jikkonċerna trasport u infrastruttura sabiex jikkumplimenta l-iżvilupp tal-Ekoturiżmu ġewwa pajjiżna minn April 2013 sa meta tiġi imwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll xi pjanijiet għandu għax-xhur li ġejjin?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun iktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.

L-Ibraġġ (Swieqi) – rotot tal-karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numri tal-karozzi tal-linja li jgħaddu minn l-Ibraġġ u r-rotot rispettivi li jgħaddu minnhom il-karozzi tal-linja fil-preżent? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni skont kif kienu r-rotot qabel ma saru l-aħħar tibdiliet?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22260.

L-Ibraġġ (Swieqi) – Frekwenza tas-servizz tal-karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-iskeda tal-frekwenza tas-servizz tal-karozzi tal-linja li jgħaddu minn l-Ibraġġ (Swieqi) fil-preżent u l-iskeda tal-frekwenza tas-servizzi tal-karozzi tal-linja li kienu jgħaddu minn l-Ibraġġ (Swieqi) sa qabel ma saru l-aħħar tibdiliet fl-iskeda?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22260.

L-Ibraġġ (Swieqi) – servizzi tal-karozza tal-linja

Question

Jikkonferma l-Ministru jekk is-servizz tar-rotot tal-karozzi tal-linja li jgħaddu minn l-Ibraġġ (Swieqi) naqqsitilhomx il-frekwenza? Jekk iva, x’wassal għal dan it-tnaqqis fil-frekwenza tas-servizz? Dan it-tnaqqis kien marbut ma’ xi studju li sar minn Transport Malta? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan l-istudju?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22260.

Kuntratt bejn il-Gvern u l-Autobuses de Leon

Question

B’referenza għal diversi mistoqsijiet parlamentari li tressqu lill-Ministru dwar il-kuntratt li l-Gvern għamel ma’ Autobuses de Leon, jista’ l-Ministru jippubblika dan il-kuntratt?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22252.

Autobuses de Leon — sussidju

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li s-sussidju li qiegħed jingħata lill-Autobuses de Leon, ikoprix jew huwiex ekwivalenti għall-ammonti li l-kumpanija tħallas fis-sena sħiħa fuq pagi li l-kumpanija tħallas u fuq fuel kkunsmat mill-vetturi tal-karozzi tal-linja?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sussidju mħallas huwa dak maqbul mal-operatur tat-trasport pubbliku riżultat ta’ Espressjoni ta’ Interess internazzjonali li kienet inħarġet fl-2014. Ta’ min wieħed jinnota li dan is-sussidju huwa madwar 10 miljun Ewro fis-sena inqas minn offerta oħra u mal-15-il miljun Ewro orħos minn dak li kienet talbet il-kumpanija preċedenti biex tkompli topera s-servizz tat-trasport pubbliku.

Autobuses de Leon — pagi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu f’pagi mill-kumpanija Autobuses de Leon matul l-2015 xahar b’xahar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba li l-kumpanija Autobuses de Leon hija entita’ privata u l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali, tali informazzjoni mhiex disponibli.

Santa Luċija – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma x-xogħlijiet li se jsiru għal tibdil fid-dħul u ħruġ għal Santa Luċija? Meta se jsiru dawn ix-xogħlijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ħejjiet xi disinji għal aċċess aħjar minn Santa Luċija. Madanakollu dawn id-disinji għadhom qed jiġu evalwati u għaldaqstant ma jistgħux jingħataw aktar dettalji fil-preżent.

Ħal Safi – Triq il-Kuċċard — xogħlijiet

Question

Jista l-Ministru jghid meta se jitkomplew u konsegwentament jitlestew ix-xogħlijiet fi Triq il-Kuċċard, Ħal Safi, peress li x-xogħol ilu li beda fuq tliet snin u f'dawn l-aħħar sentejn u nofs ma sar l-ebda progress ta' xogħol bir-riżultat li r-residenti ta' din it-triq qegħdin ibatu inkonvenjenti kbar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi Triq il-Kuċċard, Ħal Safi, waqt li kienu għaddejjin xogħlijiet ta’ twessiegħ, instabu fdalijiet arkeoloġiċi. Din is-sejba wasslet għal tibdil fid-disinn tat-triq. Kif issemma’ fil-Budget, il-Gvern huwa mpenjat ukoll li jwessa’ Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq li tmiss mal-imsemmija triq. Għaldaqstant, bħalissa qed isiru l-preparamenti neċessarji sabiex issir pjanta waħda għaż-żewg toroq. Din is-sena għandhom jiġu finalizzati dawn il-proċessi u jitkompla x-xogħol.

Buġibba – Direzzjoni ta’ San Pawl il-Baħar – traffic lights

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fid-daħla ta’ Buġibba, fejn kien hemm it-traffic lights, mid-direzzjoni ta’ San Pawl il-Baħar, u fejn għad hemm imwaħħlin l-arbli li fuqhom kienu mwaħħla t-traffic lights, jerġgħu jitwaħħlu dawn l-istess traffic lights u dan qabel ma jkun hemm xi diżgrazzja serja?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta għal kull azzjoni li tista’ tittieħed.

San Pawl il-Baħar – Triq il-Pijunieri — charging point

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex terġa’ titwaħħal iċ-charging point li kien hemm fi Triq il-Pijunieri, San Pawl il-Baħar, wara li din l-istess point tkissret f’inċident tat-traffiku?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li kien hemm incident fejn din iċ-charging pillar ġiet milquta u peress li din hija propjeta’ pubblika, irid isir l-istħarrig meħtieġ skont il-liġijiet finanzjarji tal-pajjiż, inkjesti tekniċi sabiex tiġi evalwata il-ħsara u studju intern sabiex qabel terġa teħel, jiġi evalwat jekk is-sit huwiex vijabbli li jassigura li ma jsirx inċident ieħor u li jista’ jkun ta’ periklu sew għas-sewwieqa li jgħaddu minn hemm kif għall-pubbliku in ġenerali. L-ippjanar u l-immanigjar ta’ infrastruttura bħal din titlob studju, serjeta’ u għaqal.

Burmarrad/ San Pawl il-Baħar – ċaqliq ta’ bus stop

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi ċaqliq għal dak li jirrigwarda bus stop minn quddiem iċ-ċimiterju ta’ Burmarrad/San Pawl il-Baħar? Min talab li jsir dan iċ-ċaqliq, u min awtorizza li l-istess ċaqliq iseħħ? Min għamel ix-xogħol biex imexxi din il-bus stop?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-bus stop li jġib l-isem ta’ “Qadi” kien immexxi bi ftit metri wara talba li kellha Transport Malta. Wara li l-Awtorità analizzat din it-talba, il-bus stop imsemmi ġie mressaq. Infurmat ukoll li dan ix-xogħol sar minn Transport Malta.

Il-Mosta – Triq Durumblat u Vjal l-Indipendenza – zebra crossing

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm il-ħsieb li jerġgħu jinżebgħu s-sinjali taż-zebra crossing fi Triq Durumblat u Vjal l-Indipendenza l-Mosta? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li tissewwa t-traffic island li tinsab quddiem il-Knisja tar-Rotunda li saritilha ħsara f'inċident tat-traffiku li seħħ numru ta' ġimgħat ilu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li rigward iz-zebra crossing ta’ Triq Durumblat, din ma taqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta. Rigward iż-żebgħa tal-crossing fi Vjal l-Indipendza, dawn ix-xogħlijiet huma ordnati kif inhuma ordanti wkoll x-xogħlijiet ta’ tiswija tat-traffic island.