Legislature:
Category:
Reset
Active:

Impjiegi Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjiegi ġodda mal-Ministeru u Dipartimenti/Aġenziji li jaqgħu taħtu minn Jannar 2001 sal-lum?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Salini u San Pawl tat-Tarġa — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus sa issa fix-xogħlijiet li saru fuq it-triq ta' bejn is-Salini u San Pawl tat-Tarġa? Kemm ilhom li nbdew ix-xogħlijiet u meta se jiġu finalizzati?

Response (GALEA, ĊENSU)

Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għad-domanda parlamentari Nru. 27248, jien infurmat li sa issa tħallsu Lm100,000.

Żebbiegħ Road — Slow Signs

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru slow signs fl-art fil-parti tat-triq ta' Zebbiegħ Road li tispiċċa fejn ir-roundabout tal-pont tal-Mosta peress li ċ-centre strip tkissret kemm l-darba minħabba li l-karozzi jiskidjaw ġo fiha għaliex m'hemm ebda sinjal ta' slow sign? Meta fil-fatt tlestiet din it-triq u għaliex qatt ma sar dan is-sinjal? Kemm-il aċċident f'din il-parti tat-triq kien hemm dan is-sajf?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq minn żmien għal żmien jagħmel spezzjoni fit-toroq arterjali, u fil-lokalita` msemmija mill-Onor. Interpellant beda jsib illi għalkemm is-sinjaletika li hemm hija konformi ma` l-istandards rikjesti għal din it-tip ta` triq, din kienet qiegħda tiġi njorata. Għalhekk ġie deċiż illi jiżdiedu sinjali ta` slow miktuba biż-żebgħa fl-art fit-triq biex ikompli jiġi enfasiżżat mas-sewwieqa l-bżonn li jnaqqsu l-speed hekk kif ikunu ser jaslu għal mar-roundabout.

Ħlas — Liċenzji Internazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu liċenzji tas-sewqan internazjonali, sena b' sena f' dan l-aħħar 5 snin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li tul dawn l-aħħar ħames snin tħallsu liċenzji tas-sewqan internazzjonali kif ġej: Sena Liċenzji tas-Sewqn Internazzjonali 1997 1,279 1998 988 1999 1,161 2000 1,103 sal-31/08/2001 719

Irmiġġjar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura sabiex sajjied part-time jingħatu permess abiex jirmiġġja d-dgħajsa tiegħu ma' xi pontoon fil-portijiet tagħna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li sabiex sajjied part-time jingħata permess jirmiġġa d-dgħajsa tiegħu ma xi pontoon irid jissottometti applikazzjoni ma' l-Awtorita' Marittima. Dan jitniżżel fil-wating list ma' applikanti oħra ta' l-istess kategorija, u għalhekk il-permess jingħata meta jkun hemm irmiġġi vojta fil-postijiet riservati għalihom. Jien infurmat ukoll li fil-preżent dawn il-postijiet huma kollha allokati.

Culverts

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru. 27829, jista' l-Ministru jgħid x'inhu d-daqs tal-culvert il-qadim li miegħu ġie inqabbad il-culvert il-ġdid li qiegħed isir fit-triq ta' Burmarrad? Saru l-verifiki neċessarji sabiex jiġi żgurat li l-capacity tal-culvert il-qadim hi adegwata sabiex tlaħħaq ma' l-ilma mill-culvert il-ġdid? Fejn jiżbokka l-culvert il-qadim?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-culvert il-ġdid mhux ser jaqbad mal-qadim iżda ser jiżbokka fejn kien jiżbokka l-qadim, kif spjegajt fil-mistoqsija parlamentari Nru. 27829. Dan il-culvert kien jiżbokka wara l-ground.

Triq S Gwann — Bormla

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser tingħata wiċċ xieraq Triq S Gwann Bormla issa li saru s-servizzi ġodda?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Triq San Ġwann se jsirilha resurfacing mill-Kunsill Lokali.

Vapuri

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm ġew reġistrati vapuri taħt il-Bandiera Maltija, bejn l-1-2001 sal- 1-9-2001? Jista' jagħti l-piż fil-vapuri reġistrati f' dan il-perjodu? Jista' jagħti persentaġġ ta' żieda jew tnaqqis meta imqabbel ma' l-istess perjodu sas-sena 2000?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar.

Yacht Marina

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li tinbena Yacht Marina f'Għawdex? Jista' jagħti dettalji jekk apparti l-proġetti tal-yacht marina's indikati hemmx il-ħsieb li jiġu indikati siti ulterjuri biex tintlaħaq id-domanda dejjem tikber?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li f`dawn l-aħħar snin ma kien hemm l-ebda ħsieb li tinbena Yacht Marina f'Għawdex.

Bastimenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar x' kien l-introjtu tal-gvern mir-reġistrazzjoni ta' bastimenti bejn 1 ta' Jannar u l-1 ta' Settembru 2001? Jista' jagħti persentaġġ ta' żieda jew tnaqqis meta imqabbel ma' l-istess perjodu tas-sena 2000?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 28188.

Bastimenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm kien hemm bastimenti b' Bandiera Maltija, li kienu involuti f'inċidenti f' ibħra internazzjonali u barranin matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-1 ta' Settembru 2001?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 28188.

Yachts

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm min hemm available postijiet ta' l-Irmiġġ għall-yachts? Kemm kienet id-domanda? Jista' din l-informazzjoni jagħtiha għall-perjodu bejn Jannar u Settembru 2001?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru totali ta' irmiġġi li jeżistu fil-"Yachting Centres" huwa ta' 1030 u dawn huma kollha allokati. Jekk l-Onor. Interpellant bil-kelma "available" irid ifisser "vojta" allura r-risposta hija li ma hemm xejn "available". Id-domanda eżistenti (waiting list) hija ta' 397.

PTA — Baħrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi progress sar dwar l-ilmenti tar-residenti tal-Baħrija dwar it-trasport pubbliku? X'tibdil sar sabiex dawn iċ-ċittadini jinqdew aħjar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat mill-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku li dan l-aħħar ma kien hemm l-ebda żviluppi ġodda f'dan il-każ.

PTA — Imtarfa

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi progress sar dwar l-ilmenti tar-residenti ta' l-Imtarfa u tal-kunsill ta' l-Imtarfa dwar nuqqasijiet fis-sistema tat-trasport pubbliku? X'tibdil sar sabiex dawn l-ilmenti jiġu rimedjati?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ilmenti tar-residenti ta` l-Imtarfa u tal-Kunsill ta` l-Imtarfa, ġew innotati b`ittra li l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku irċeviet bid-data tat-23 ta` Lulju ta` din is-sena. Dawn l-ilmenti ġew iċċekkjati u sorveljati mill-Enforcement Officers ta` l-Awtorita`. Il-Kunsill ġie mitlub ukoll li f`każi simili, għandhom jgħaddu l-ilment fl-uffiċju ta` l-Awtorita` f` City Gate li huwa kuljum miftuħ mill-05:30a.m. sal-11:00 p.m.

Rabat — Triq Borg Olivier

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-pjan ta' prova li kellu jsir sabiex Triq Borg Olivier, Rabat, issir one-way għal ftit xhur?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku ta struzzjonijiet lil Kunsill Lokali u lid-Dipartiment tat-Toroq biex parti minn Triq Ġorg Borġ Olivier issir one way mill-1 ta` Ottubru 2001.

Karozzi Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi ġodda li ġew reġistrati matul April, Mejju u Ġunju ta' din is-sena xahar b'xahar? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għas-snin 1997, 1998, 1999 u s-sena 2000?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta` karozzi ġodda li ġew reġistrati matul April, Mejju u Ġunju għas-snin 1997,1998,1999, 2000 u 2001 huwa kif ġej: April Mejju Ġunju 1997 1,188 1,441 1,341 1998 1,445 1,147 1,200 1999 1,392 1,730 1,435 2000 1,431 1,696 1,345 2001 974 1,249 1,152

Reserved Parking

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir reserved parking quddiem Garage no. 80, Triq Louis Schickluna, Fgura peress li sid tal-garage għandu vettura tal-linja u jkun hemm ħafna problemi? Jista' dan is-sinjur li l-partikularijiet jinsabu separatament min din il-mistoqsija jiġi infurmat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li skond ir-Regolamenti Dwar il-vetturi bil-Mutur hija r-responsabilta' ta' kull persuna li tħalli d-dħul u l-ħruġ ta' garage liberu. Dan għandu jsir mingħajr il-bżonn ta' ebda sinjali (kemm traffic signs kif ukoll road markings) fit-toroq. Parking (quddiem jew faċċata ta' xi garage) li joħloq ostakolu jikkostitwixxi ksur ta' dan ir-regolament u hija r-responsabilta' tal-Pulizija biex tieħu l-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #27999 Sitting 598 2001-09-18 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Triq Hompesch

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti ta' Triq Hompesch, Fgura bl-approvazzjoni tad-dipartiment tas-servizzi kollha, bħal dawk ta' street furniture, telecom, storm water, cables tad-dawl, drainage system u oħrajn? Meta nħarġet bid-data ta' l-approvazzjoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dokument li ħareġ mas-sejħa għall-offerti u li jinkludi l-proposti kollha għal xogħol meħtieġ mill-entitajiet konċernati.
Leg 9 PQ #28000 Sitting 598 2001-09-18 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Traffic Control Board

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjani ta' Triq Hompesch, Fgura bl-approvazzjoni tat-traffic control board? U meta nħareġ 'id-data' ta' din l-approvazzjoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta mitluba mill-Onor. Interpellanta. Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku kien tal-parir li din il-pjanta tiġi addottata b'ittra li ġġib id-data 6 ta' Lulju 2001 li kopja tagħha hi ukoll annessa.
Leg 9 PQ #28001 Sitting 598 2001-09-18 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Triq Hompesch

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod intagħżel il-perit li ismu qiegħed jinbagħat separatament biex iħejji l-pjanti ta' Triq Hompesch, Fgura

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-pjanti tal-proġett ta' Żabbar Road saru mid-Dipartiment tat-Toroq b' konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali. Il-perit li qiegħed jieħu ħsieb it-twettieq tal-proġett ġie nominat mill-kuntrattur li tefa' t-tender bħala parti mill-proċess ta' tendering, u għalhekk ġie appuntat awtomatikament hekk kif il-kuntratt ingħata.