Legislature:
Category:
Reset
Active:

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – ilma kiesaħ f’diviżjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jispejga għala f’ċertu diviżjonijiet fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ilu diversi ġimgħat ma jkun hemm ilma sħun għall-priġunieri biex jinħaslu bil-konsegwenza li jkollhom bilfors jinħaslu bl-ilma kiesaħ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li mhux minnu li s-sitwazzjoni damet ġimgħat. Is-sitwazzjoni ġiet lura għan-normal wara li saru t-tiswijiet meħtieġa.

Firearms Licensing Office – reġistrazzjoni ta’ armi tan-nar

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista kompluta tat-tipi u/jew kategoriji differenti ta’ armi tan-nar reġistrati f’Malta hekk kif stabbiliti fil-kotba tal-Firearms Licensing Office tal-Pulizija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Armi tan-nar reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm armi tan-nar reġistrati fl-aħħar ta’ Diċembru 2013 u 2014 rispettivament, skont dawn il-kategoriji: (a) Kollezzjonarji; (b) Kaċċa; (c) Sport; (d) Għaż-żamma; u (e) Oħrajn?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-ammont ta’ armi tan-nar reġistrati fl-aħħar ta’ Diċembru 2013 u 2014 rispettivament, kienu kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. 2013 2014 Collector Licence B 15445 15800 Hunting 26059 27343 Target Shooter A 4348 5257 Target Shooter B 3603 4044 Hunting / Target B 8039 8641 Collector Licence A 3549 4660

Armi tan-nar — liċenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il liċenza tat-tipi ta’ armi tan-nar (kollezzjonarji, kaċċa, sport, għaż-żamma u oħrajn) kienu mħallsa fl-aħħar ta’ Diċembru 2013 u 2014 rispettivament?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Armi tan-nar – dħul minn liċenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mil-liċenzi tal-armi tan-nar imħallsa għas-snin 2013 u 2014 rispettivament?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2013 id-dħul mil-liċenzji tal-armi tan-nar mħallsa kien ta’ €857, 464 filwaqt li matul is-sena 2014 kien jammonta €872, 342.

Armi tan-Nar – għadd ta’ liċenzi reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru totali ta’ liċenzi reġistrati għat-tipi u kategoriji kollha ta’ armi tan-nar fl-aħħar ta’ Diċembru 2013 u 2014 rispettivament?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2013 kien hemm 30,586 liċenzji reġistrati għat-tipi u kategoriji kollha ta’ armi tan-nar, filwaqt li matul is-sena 2014 kien hemm 31,655.

Identity Malta –tiġdid tal-Karta tal-Identità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta, bejn wieħed u ieħor, se jiġu l-uffiċjali tal-Identity Malta fil-Fgura biex lir-residenti tal-Fgura jagħmlulhom il-karta tal-identità l-ġdida? Jista’ jgħid ukoll meta se jibda l-istess proċess fiż-Żejtun u f’Wied il-Għajn, sakemm il-proċess ma sarx diġà?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċjali ta’ Identity Malta se jkunu qed jibdlu l-karta tal-identità tar-residenti tal-Fgura f’Lulju 2015, taż-Żejtun f’Awwissu 2015 u ta’ Wied il-Għajn f’Ġunju 2015. Ninformah ukoll li din l-informazzjoni tinsab fuq il-website tal-Aġenzija Identity Malta http://www.identitymalta.com/

Aċċess għal dokumenti tal-UE kklassifikati “Ristrett”

Question

Peress li skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea, uffiċjali għolja tal-Gvern Malti li jkollhom dritt għall-aċċess ta’ dokumenti kklassifikati “Ristrett” (restricted) jew ta’ livell ta’ sigurtà għola jrid qabel xejn ikollhom security clearance mill-awtorità nazzjonali kompetenti, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il uffiċjal tal-Gvern Malti għandhom din is-security clearance fil-preżent u x’pożizzjoni jokkupaw?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema dokumenti kklassifikati “Ristrett” qed jirreferi.

Aċċess għal dokumenti tal-UE kklassifikati “Ristrett”

Question

Peress li, skont ir-Regoli tal-Unjoni Ewropea, uffiċjali għolja tal-Gvern Malti li jkollhom dritt għall-aċċess ta’ dokumenti klassifikati “Ristrett” (restricted) jew ta’ livell ta’ sigurtà għola jrid qabel xejn ikollhom security clearance mill-Awtorità Nazzjonali kompetenti, jista’ l-Ministru jgħid jekk persuna li tkun nstabet ħatja ta’ reati kriminal hijiex permessa li jkollha din is-security clearance?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel mal-NSA (National Security Authority) tirrakomanda jew le jekk persuna għandhiex tingħata Security Clearance jew le, isiru ċerti aċċertamenti fosthom jekk persuna tkunx għamlet reat kriminali. Tittieħed in konsiderazzjoni wkoll x’tip ta’ reat, kemm ikun ilu li seħħ il-każ, u jekk ir-reat għandux x’jaqsam u/jew jista jinfluenza ix-xogħol li l-persuna tkun qed japplika ghalih. Il-kriterji huma l-istess tal-amministrazzjoni preċedenti.

Għassa ta' San Pawl il-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux se jiġi assigurat li l-Għassa ta' San Pawl il-Baħar tinżamm miftuħa 24 siegħa kuljum?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija numru 386.

Konvenzjonijiet tal-Ġnus Magħquda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14182 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk Malta għandhiex ħsieb li tiffirma l-konvenzjonijiet tal-Ġnus Magħquda tal-1954 u 1961 dwar persuni bla nazzjonalità?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qiegħed janalizza l-provvedimenti ta’ dawn il-Konvenzjonijiet.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14423, jista’ l-Ministru jgħid u jispjega kif, ġaladarba l-event fil-Girgenti in konnessjoni mal-European Broadcasting Union tas-27 ta’ Ġunju 2013 kien ilu xhur sħaħ li tħabbar u l-Gvern dan kien jafu, il-Ministeru tiegħu xorta waħda ta direct order ta’ €27,331 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minflok ħareġ tender pubbliku?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fuq din l-ikla li saret sentejn ilu, ġew mwieġba minn tal-inqas ħdax il-domanda. Kif intqal mill-predeċessur tiegħi, r-regoli kollha taċ-ċivili li jirregolaw il-finanzjament kienu rispettati sabiex sar dan l-avveniment li ġabar bosta delegazzjonijeit minn pajjiżi barranin.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – amnestiji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li kienu qed jiskontaw piena fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin bbenefikaw jew mistennija jibbenefikaw sal-aħħar ta’ din is-sena mill-amnestija li ġiet mogħtija fil-bidu ta’ din il-leġiżatura? Jista’ jindika wkoll in-natura tar-reat li kienu nstabu ħatja tiegħu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-amnestija li ġiet mogħtija fil-bidu ta’ din il-leġiżlatura bbenefikaw 606 persuni. Dwar l-aħħar domanda, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 2713.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – ħabsin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, separatament, kemm kien hemm rġiel u nisa li daħlu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin tul is-snin 2013 u 2014?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2013 kien hemm 61 mara u 606 raġel filwaqt li matul is-sena 2014 kien hemm 42 mara u 589 raġel.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – maħfriet presidenzjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm persuni f’dawn l-aħħar 24 xahar li kienu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jiskontaw sentenza ta’ ħabs li ġew rilaxxati wara li ġiet milqugħa t-talba għall-maħfra presidenzjali? Jekk iva, kemm kienu dawn il-persuni?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unika maħfra presidenzjali li ngħatat f’dawn l-aħħar 24 xahar, li fiha kien irrilaxxat priġunier kien nhar il-24 ta’ Jannar 2014, mill-Agent President Dolores Cristina.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lil-kumpanija li dettalji tagħha ngħataw separatament.

Persuni b'sentenza sospiża — passaporti miżmuma

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi policy li permezz tagħha bniedem li jkollu sentenza sospiża mill-Qrati tagħna, ikolli l-passaport tiegħu miżmum għand il-pulizija? Jekk iva, kemm hemm passaporti hekk maqbudin għand il-pulizija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li bniedem li jkollu sentenza sospiża mill-Qrati Maltin, ma jkollux il-passaport miżmum mil-pulizija, u għalhekk ma hemmx Policy fuq dan is-suggett

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri bi strike tal-ġuħ

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma illi nhar il-Ġimgħa, 14 ta’ Marzu 2015 kien hemm numru ta’ priġunieri ġewwa l-ħabs li kienu qegħdin fuq strike tal-ġuħ? Jista’ jgħid kemm kienu ilhom fuq strike tal-ġuħ? X’kienet ir-raġuni li ngħataw l-awtoritajiet tal-ħabs għal dan l-istike tal-ġuħ? Jista’ jgħid x’attenzjoni medika ngħatat lil dawn il-priġunieri? Jista’ jgħid jekk intemmx l-istrike tal-ġuħ li kien isir? Jista’ jgħid jekk intlaqatx xi talba li kienet qed issir minn dawn il-ħabsin?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istrike tal-ġuħ beda fit-12 ta’ Marzu 2015 minn 7 residenti. L-Għada 13 ta’ Marzu, tnjen minn dawn is-seba’ residenti waqfu l-istrike filwaqt li fl-14 ta’ Marzu 2015, l-ħames residenti l-oħra waqfu l-istrike tal-ġuħ ukoll. Dawn ir-residenti rrifjutaw li jiġu trasferiti f’diviżjoni 6 għal raġuni ta sigurta wara li rriżultaw fil-posittiv għal urine test li sar fit-12 ta’ Marzu 2015. Waqt dan l-istrike tal-ġuħ ir-residenti kienu qed jiġu osservati mit-tim mediku ta’ l-istess Faċilità, iżda ma ntlaqitx it-talba tagħhom u baqgħaw miżmuma f’diviżjoni 6.

Forzi Armati ta’ Malta – xiri minn hardware stores u ironmongeries

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lil dan il-Parlament liema huma l-hardware stores u ironmongeries li mingħadhom il-Forzi Armati ta’ Malta għamlet ix-xiri ta’ bżonnijiet tagħha mingħajr sejħa għall-offerta tul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u t-28 ta’ Frar 2015?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li x-xiri tal-b¿onnijiet tal-Forzi Armati ta’ Malta isir skond proċeduri stabbiliti. Qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-Ironmongeries u Hardware Stores li xtrat mingħandhom l-Armata bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u t-28 ta’ Frar 2015