Legislature:
Category:
Reset
Active:

Direttiva dwar trasport pubbliku

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-direttiva ġdida ta' l-Unjoni Ewropea dwar trasport pubbliku? Meta se tiddaħħal fis-seħħ din id-direttiva?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li d-direttiva li qed jirriferi għaliha l-Onorevoli Interpellant fil-mistoqsija tiegħu għadha fil-forma ta’ proposta għal regolamenti li dwarha l-Kunsill tal-Ministri laħaq ftehim politiku fid-9 ta’ Ġunju. Il-proposta trid tmur issa quddiem il-Parlament Ewropew. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ din il-proposta kif maqbula mill-Kunsill tal-Ministri.

Gżira — Triq Reġjonali

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 18043, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi żviluppi u hemmx ippjanat xi xogħol biex tissolva l-problema ta' l-għargħar fl-inħawi msemmija fil-Gżira?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Gżira — Triq Luqa Briffa

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir Triq Luqa Briffa, Gżira, li ilha maqlugħa u mħarbta s-snin b'detriment għal kulmin jużaha?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi tlesta l-aġġudikazzjoni tat-tender u x-xogħol mistenni jibda fil-ġranet li ġejjin.

Kordin — Mera fis-central strip

Question

Jista' il-Ministru jara li l-mera miksura li hemm fis-central strip fi Triq l-Għolja ta' Kordin, faċċata ta' l-iskola Liċeo San Ġużepp f'Raħal Ġdid u l-MCAST (faċċata tal-Moskea) tiġi mibdula minħabba r-riskju kbir għas-sewwieqa li jkunu ħerġin mill-parking area ta' l-iskola?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li rapport dwar il-mera sar lill-MSD u din se tiġi mibdula mill-aktar fis possibli.

ADT — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha impjegati l-ADT illum u kemm minnhom huma uffiċjali tal-gvern u kemm minnhom uffiċjali ta' l-awtorita'? Jista' jgħid jekk fil-preżent hemmx impjegati tal-gvern ma' l-ADT li talbu għal transfer, u jekk fl-affermattiv kemm ilhom jintalbu t-transfers?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li b’kollox impjegati l-ADT hemm mitejn u erbgħa u disgħin (294). Minn dan it-total tlieta (3) huma on secondment ma' entitajiet oħrajn, erbgħa (4) bil-parental leave u tnejn (2) sospiżi. Mitejn u erbgħa u għoxrin (224) huma impjegati ta’ l-ADT filwaqt li sitta u sebgħin (76) huma uffiċjali tal-Gvern. Hemm sbatax (17) il-talba għal transfer li għadhom pendenti.

Żvilupp Urban u t-Toroq — Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tip huma l-karozzi uffiċjali tiegħu ? Dawn il-karozzi nkrew jew inxtraw, u jekk inxtraw meta nxtraw u kemm tħallsu flus għalihom? X'inhu n-numru uffiċjali u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-karozzi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għandi żewġ karozzi għall-użu tiegħi. Id-dettalji jidhru hawn taħt:- 1. BMW 520 li nxtrat fit-3 ta’ Marzu 2006, għas-somma ta’ Lm12,000 eskluż il-VAT. Din il-karozza nxtrat bi tpartit mal-karrozza uffiċjali li kelli qabel u li ġiet valutata Lm7,000. Il-prezz finali li tħallas għall-karozza l-ġdida jammonta għal Lm5,000. Il-VAT imħallas kien jammonta għal Lm1906.78 2. Renault Megane mikrija mill-20 ta’ Marzu 2006. B'riferenza għat-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jindika x'relevanza għandha dil-parti tal-mistoqsija.

Ħaż-Żabbar — Triq il-Baħrija

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk Triq il-Baħrija, Ħaż-Żabbar hijiex waħda mit-toroq li l-awtoritajiet qed jikkonsidrawha bħala priorita' li ssir?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-triq imsemmija hija nkluża fil-lista ta' toroq li jridu jsiru mill-Awtorita' dwar it-Trasport. Ix-xogħol f'din it-triq isir skond il-prijoritajiet li jirriżultaw fil-programm ta' toroq ta' L-ADT.

Ħaż-Żabbar — Bus shelter

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta mistenni jsir il-bus shelter f'St. Peter's Ħaż-Żabbar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li ix-xogħol ta’ kostruzzjoni tal-build out ta’ fejn jeħel il-Bus Shelter hija lesta. Il-Bus Shelter ser jitwaħħal fil-futur qrib mill-kuntrattur responsabbli malli tasal il-kunsinna tal-bus shelters mistennija.

ADT — Survey dwar art agrikola

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19069 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u li r-risposta għaliha kienet tgħid: "Ninsab informat illi t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern qegħda tistenna survey mingħand l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku ħalli tkun tista' tagħmel pjanti ġodda u tirrikonoxxi lill-bdiewa fil-qbiela tal-art agrikola li fadal mill-għalqa oriġinali". jista' il-Ministru jara li jsiru l-arranġamenti meħtieġa sabiex familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tkun tista' tħallas iċ-ċens dovut lid-dipartiment ta' l-artijiet tar-raba' in kwestjoni u dan fid-dawl li l-iżviluppi li kellhom isiru fil-madwar u cioe' fix-Xemxija Bypass issa lesti? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jikkjarifika l-mistoqsija tieghu peress illi s-site plan turi art f'Attard u mhux fix-Xemxija.
Leg 10 PQ #19601 Sitting 396 2006-06-13 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

ADT — CEO

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'salarju għandu u perks oħra ċ-chief executive officer ta' l-awtorita' dwar it-trasport? Min iddeċieda li s-salarju għandu jiżdied sostanzjalment meta ċ-chief executive officer ta' qabel kien jitħallas kważi n-nofs ta' dak li qed jitħallas CEO li hemm illum? Jikkonferma l-Ministru li fi tmiem is-sena dan l-uffiċjal hu ntitolat ukoll għal performance bonus? Jekk iva, jista' jgħid kemm hu dan il-bonus u x'kien l-ammont li rċieva għas-sena li għaddiet?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ir-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f'seduta oħra.

Sleeping Policemen

Question

Jista' il-Ministru jara li jitwaħħlu sleeping policemen fi Triq Carmelo Robinch f'Raħal Ġdid u fis-service road fi Triq Ħal-Għaxaq, il-Gudja?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn ricerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku irriżulta li gej: · Ma kien hemm l-ebda talba jew xi referenza oħra għal road hump fi Triq Carmelo Robinch, Paola. It-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku ser iressaq tali talba lil Kunsill Lokali Paola. · Kien hemm talba għal road hump fis-service road ta’ Triq Hal Għaxaq, Gudja, mill-Kunsill Lokali Gudja bid-data tat-28 ta’ April 2006. Saret spezzjoni fuq il-post minn uffiċjali tat-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku u tali talba ġiet milqugħa. Il-Kunsill Lokali Gudja ġie mgħarraf b’din id-deċiżjoni b’ittra bid-data 24 ta’ Mejju 2006, hawn annessa. L-implimentazzjoni ta’ tali road hump issir mill-Kunsill Lokali.

Żvilupp Urban u Toroq — Assistent Personali

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-Assistent Personali fil-ministeru tiegħu ingħata mpjieg ma' l-awtorita' dwar it-trasport? Jekk iva, meta ngħata dan l-impjieg, f'liema kariga u b'liema salarju? Jista' jgħid ukoll jekk dan iddaħħalx minn barra u xi proċedura ġiet segwita biex ingħata l-impjieg? Qabel ma ngħata l-impjieg saru sejħiet għal applikazzjonijiet permezz ta' l-ETC jew permezz tal-gazzetti? Qabel kien impjegat hu kien qed jirreġistra għax-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-Assistent Personali ġie mpjegat ma' l-ADT wara li fiż-17 ta' Marzu 2004 kienet għamlet talba lill-ETC. L-Assistent Personali ingħata l-impjieg fl-1 ta' Mejju 2004 fil-kariga ta' Manager.

Ħ'Attard — Reserved Parking

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm u fejn jinsabu r-reserved parking li huma approvati f'Ħ'Attard? X'kienet ir-raġuni għal kull każ u meta nħareġ kull permess u meta jiskadi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku, irri¿ulta li hemm total ta' sitt (6) reserved parking bays għal persuni b'disabilita' ġo Ħ'Attard (lista ta' toroq u d-data ta' meta nħareġ kull permess hija annessa). Il-permessi kollha jkunu mġeddin kull sena i¿da f'ka¿ijiet fejn l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta tkun infurmata li l-persuni b'disabilita' taqleb għall-aħjar, tali permess jiġi rivedut. Il-kriterji ta' eliġibilita' għal reserved parking huma:- · Li l-persuna għandha problemi severi ta' mobilita' u li ssuq il-karozza tagħha · Li l-familjari tagħha (missier/omm/mart/¿ewġ/iben/bint/ħu/oħt) ikunu joqogħodu fl-istess indirizz u li jkollhom karozza · Il-persuna b'disabilita' jkollha l-Blue Sticker maħruġ mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Disabilita' Lista ta' Toroq ta' Reserved Parking Bays għal Persuni b'Disabilita' :- Triq Data ta' meta nħareġ il-permess :- Triq l-Imdina 05/09/1999 Triq l-Imdina 16/07/1999 Triq l-Imdina 28/06/2000 Triq ic-Ċitru 28/06/2000 Triq il-Ponsjetta 20/02/2003 Triq il-Palma 21/05/2004

Ħaż-Żebbuġ — Reserved Parking

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm u fejn jinsabu r-reserved parking li huma approvati f'Ħaż-Żebbuġ? X'kienet ir-raġuni għal kull każ u meta nħareġ kull permess u meta jiskadi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku, irriżulta li hemm total ta' wieħed u għoxrin (21) reserved parking bays għal persuni b'disabilita' ġo Ħaż-Żebbuġ (lista ta' toroq u d-data ta' meta nħareġ kull permess hija annessa). Il-permessi kollha jkunu mġeddin kull sena iżda f'każijiet fejn l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta tkun infurmata li l-persuni b'disabilita' taqleb għall-aħjar, tali permess jiġi rivedut. Il-kriterji ta' eliġibilita' għal reserved parking huma:- Li l-persuna għandha problemi severi ta' mobilita' u li ssuq il-karozza tagħha Li l-familjari tagħha (missier/omm/mart/żewġ/iben/bint/ħu/oħt) ikunu joqogħodu fl-istess indirizz u li jkollhom karozza Il-persuna b'disabilita' jkollha l- Blue Sticker maħruġ mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Disabilita' Lista ta' Toroq ta' Reserved Parking Bays għal Persuni b'Disabilita' :- Triq Data ta' meta nħareġ il-permess Triq il-Mitħna 03/04/1996 Triq it-Taqtugħa 18/11/1996 Triq il-Mitħna 23/04/1997 Triq Luigi Fontana 26/06/1997 Triq Santa Marija 05/04/1999 Triq Santa Marija 02/03/2001 Triq il-Madonna 02/05/2001 Pjazza Muxi 28/05/2001 Triq Sidtna ta' l-Anġli 05/03/2002 Vjal il-Ħelsien 30/10/2003 Triq Sidtna ta' l-Anġli 20/02/2003 Triq Sciortino 27/03/2003 Triq is-Sindku P. Vella 24/04/2003 Triq l-Imdina 29/04/2003 Vjal il-Ħelsien 14/04/2004 Triq Paris 14/04/2004 Triq Żebbuġ 24/04/2004 Triq il-Ħelsien 20/05/2004 Triq il-Kbira 17/05/2005 Triq is-Siġġiewi 17/01/2006 Triq il-Grazzja 28/03/2006

Ħ'Attard — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma t-toroq f'Ħ'Attard li ġew approvati u li ser jingħataw it-tarmac fil-ġranet li ġejjien permezz ta' tender li se joħroġ fil-ġranet li ġejjien? Jista' jgħid kemm se tkun l-ispiża għal kull triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f'seduta oħra.

Għoti ta' Tarmac

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma t-toroq f'diversi lokalitajiet li ġew approvati u li se jingħataw t-tarmac fil-ġranet li ġejjien permezz ta' tender li se joħroġ fil-ġranet li ġejjien? Jista' il-Ministru jgħid kemm se tkun l-ispiża għal kull triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f'seduta oħra.

Paceville — Bridge

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn wasal it-tender għal xogħlijiet fuq il-bridge li jagħti lejn Paceville?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-evalwazzjoni teknika tas-sitt ‘tenders’ sottomessi tlestiet mill-Kumitat ta’ Evalwazzjoni u rapport bir-rakkomandazzjonijiet ġie approvat mill-Kumitat tal-Kuntratti. Wieħed mit-‘tenders’ tefgħa l-oġġezzjoni tiegħu u l-Board ta’ l-Appell beda jisma' din l-oġġezzjoni fit-2 ta’ Gunju 2006. Hekk kif il-board jagħti s-sentenza tiegħu hu mistenni li jinfetaħ it-tielet pakkett bl-offerta finanzjarja ta’ dawk it-‘tenders’ li għaddew mill-evalwazzjoni teknika.

Rabat — Triq Żebbuġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid għalfejn l-għoti ta' tarmac fi Triq Żebbuġ, l/o Rabat, Malta waqaf fin-nofs u ma tkomplix?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol fit-triq imsemmija huwa nkluż fil-lista ta' toroq li jridu jsiru mill-Awtorita' dwar it-Trasport. Ix-xogħol imsemmi jsir skond il-prijoritajiet li jirriżultaw fil-programm ta' toroq ta' l-ADT.

Mina fil-Manikata

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19426 u jgħid fiex wasal ix-xogħol biex jiġi studjat l-impatt tal-mina fil-Manikata fuq l-għejjun ta' l-ilma ġieri fl-inħawi, żvilupp li qed jinkwieta ħafna lill-bdiewa tal-Manikata u l-Pwales?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-Awtorita’ Dwar it-Trasport għadha kif temmet perijodu ta’ konsultazzjoni dwar it-tlettax-il proġett proposti għat-titjib ta’ Network ta’ toroq li jiffurmaw parti mill-Trans- European Transport Network. Wara diversi laqgħat ma' dawk kollha nvoluti, l-ADT qegħda terġa’ teżamina rotta oħra għat-triq li tghaqqad ix-Xemxija mal-Mellieħa. L-ADT qegħda taħdem fil-qrib mal-MEPA u entitajiet oħra sabiex tiġi stabbilita dik ir-rotta li tikkawża l-inqas impatt ambjentali possibli. Hekk kif tiġi finaliżżata dik il-proposta l-ADT ser terġa’ tagħmel konsultazzjoni pubblika fuq din il-proposta. Studji ambjentali u ġeoloġiċi iktar dettaljati ser isiru fuq ir-rotta li ser tiġi magħżula wara l-perijodu ta’ konsultazzjoni fuq dan il-proġett.

Birżebbuga — Sqaq il-Qoton

Question

Jista' il-Ministru jara li Sqaq il-Qoton f'Ġebel Road u cioe' Sqaq il-Qoton f'Birżebbuga jingħata wiċċ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saret spezzjoni fl-imsemmi sqaq minn uffuċjali tal-Awtorita' dwar it-Trasport. Irriżulta li dan l-isqaq huwa asfaltat u m’huwiex fir-responsabbilita’ ta’ l-ADT.