Kumpens — Anzjani li jinżammu fid-djar tal-qraba tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħidilna jekk hemmx il-ħsieb kif jiġu kkumpensati b’mod aktar attraenti u ġust dawk il-persuni li jagħżlu li jżommu lill-ġenituri anzjani fi djarhom minflok ma jdaħħluhom fid-Djar Residenzjali fosthom fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paule?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif imħabbar fil-Baġit 2016, iż-żewġ skemi li hemm preżenti, jiġifieri il-Pensjoni tal-Wens (Carers Pension) u l-Għajnuna Soċjali għal Carers (Social Assistance for Carers), se jiġu riveduti u amalgamati f’qafas wieħed. L-eliġibbilità tal-iskema l-ġdida wkoll se tiġi riveduta u miftuħa iżjed ħalli iktar nies li jieħdu ħsieb anzjani d-dar ikunu jistgħu jibbenefikaw minn din ir-reviżjoni u b’hekk ngħinu biex aktar anzjani jibqgħu jgħixu fi djarhom. Id-dettalji ta’ din ir-reviżjoni għadhom qed jiġu diskussi se nkunu qed inħabbruhom fil-ġimgħat li ġejjin.
Dan apparti l-proġett pilota ta’ live in carer fejn familja tiġi mgħejjuna sostanzjalment jekk timpjega carer kwalifikata biex tieħu ħsieb il-qarib/a tagħha.
Awtorità tad-Djar – investigazzjonijiet dwar persuni li jimmeritahom akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-ammont ta’ persuni li skont l-investigazzjonijiet li tagħmel l-Awtorità tad-Djar, jitqiesu bħala tassew li jimmeritahom akkomodazzjoni soċjali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-Awtorita’ tad-Djar, sal-lum, 420–il applikant qed jitolbu li jbiddlu l-post mikri lilhom b’kera tal-Gvern għal ma’ post ieħor tal-Gvern għal raġunijiet varji, filwaqt li 2620 –il applikant qegħdin fil-lista ta’ stennija biex jiġu mgħotija post tal-Gvern. Minn dawn l-applikazzjonijiet pendenti, 1104 jaqgħu taħt il-kategorija ta’ prijorita’ ogħlja u dan jiġi determinat wara li ssir l-investigazzjoni meħtieġa.
Awtorità tad-Djar – lifts installati fi blokok ta’ appartamenti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ġew installati lifts fi blokok ta’ appartamenti tal-Awtorità tad-Djar fl-2011 u 2012? Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġu nstallati lifts fl-2015?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, fl-2011 u l-2012, l-Awtorita’ tad-Djar installat 16-il lift fi blokki ta’ appartamenti tal-Gvern, waqt li fl-2015 diġa’ ġew installati 12-il lift u għaddej xogħol fuq l-installar ta’ 11-il lift ieħor u inħarġet sejħa għall-offerti għal 2 lifts oħra. Mistenni li, sal-aħħar ta’ din is-sena, jkunu tlestew 23 lifts ġodda.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed igawdu mill-iskema Kiri li nħarġet mill-Gvern preċedenti? Kemm hi l-ispiża annwali għal din l-iskema?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorita’ tad-Djar għandha 412-il familja li qed igawdu minn skema kiri. L-ispiża għal din is-sena tammonta għal madwar €1.7M. Il-kera tkun riveduta kull sena skont in-National Statistics Office Property Price Index.
Servizzi ta’ programm residenzjali mid-droga mmirat għaż-żgħażagħ
Question
Jista` l-Ministru jispjega jekk illum jeżistix servizz ta` programm residenzjali mid-droga mmirat għaż-żgħażagħ ta’ taħt it-tmintax- il sena? Jekk fin-negattiv, hemm xi pjanijiet biex tiġi ndirizzata din il-problema?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, sa issa, pajjiżna għad ma għandux faċilità ta’ rijabilitiazzjoni residenzjali mmirat għaż-żgħażagħ taħt it-18-il sena li huma vittmi tal-abbuż ta’ sustanzi.
Tajjeb li jkun innutat ukoll li, l-Onor. Membri tal-Ġudikatura ilhom jiġbdu l-attenzjoni tal-Amministrazzjoni, speċjalment dik preċedenti, biex isir l-investiment meħtieġ ħalli pajjiżna jkollu t-tali faċilità li hija tant meħtieġa. Fid-dawl ta’ dan, il-Gvern ħa nota tal-parir tal-Ġudikatura u l-imsieħba soċjali u beda bil-ħidma tiegħu lejn it-twaqqif ta’ faċilità ta’ rijabilitiazzjoni residenzjali għaż-żgħażagħ taħt it-18-il sena li huma vittmi tal-abbuż ta’ sustanzi, inklużi d-drogi.
Hu mistenni li din l-faċilita’ tinfetaħ fil-futur qarib.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali — konsulenti
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17750, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija dwar il-konsulenti li nħatru fil-perjodu li rreferejt għalih fil-mistoqsija oriġinali sal-lum u jelenka f’liema entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu qegħdin dawn il-konsulenti? Għal liema skop qed tingħata din il-konsulenza? Kemm tħallsu għal din il-konsulenza xahar b’xahar fl-aħħar 12-il xahar? Dan is-servizz ingħata wara sejħa għall-offerti jew b’direct order?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant illi m'ghandi xejn izjed xi nzid mat-twegibha li tajt ghall-mistoqsija parlamentari 17750.
Ministeru għall-Famijla u Solidarjetà Soċjali — Teleworking
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema dipartimenti u entitajiet taħt id-dekasteru tiegħu joffru sistema ta’ teleworking u taħt liema kundizzjonijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Ministeru tiegħi, jiġifieri id-dipartimenti, direttorati u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ tiegħi, jimxu mal-linji gwidi stipulati mill-Public Administration HR Office, fi ħdan l-Uffiċju tal-Prim Ministru. Jistgħu japplikaw għat-teleworking l-impjegati kollha (nisa u irġiel) li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-policy maħruġa mill-PAHRO. Il-Ministeru tiegħi, mar pass oltre’ minn hekk, fejn is-Segretarju Permanenti fassal internal policy fejn l-impjegati flimkien mal-Head of Section tagħhom, iridu jimlew Decleration Form, fejn jimtela bħal kwestjonarju żgħir fuq ix-xogħol tagħhom, biex jiġi żgurat li x-xogħol jippermetti li jsir telework, kif ukoll dettalji personali, fuqhom u fuq il-familja fir-rigward tal-family friendly measures, ewlenin fosthom, mistoqsijiet li jaghtu priorita’ lill-impjegati li għandhom tfal sa’ 12-il sena, tfal jew anzjani dipendenti, u raġunijiet ta’ saħħa.
Il-Ministeru għall-Familja u Soildarjeta Soċjali jikkonferma li hemm impjegati f’dawn id-Dipartimenti u/jew Direttorati hawn taħt imsemmija li jaħdmu (parti mix-xogħol tagħhom) permezz ta’t-telework:
· L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
· Id-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali
· Id-Dipartiment tal-Frodi u Investigazzjoni
· Dipartiment għall-Standards fil-Ħarsien Soċjali
· L-Information Management Unit fi ħdan il-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta’ Soċjali
· L-iSPIC
· Id-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi
· Id-Direttorat
Policy Development u Programme Implementation
· Id-Direttorat tas-
Social Policy
· Id-Direttorat għall-Immaniġjar tar-Rizorsi Umani
· Ir-Residenza San Vinċenz de Paule
· Id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Kommunita’
· Il-Fondazzjoni ta’ Servizzi għall-Ħarsien Soċjali
· L-Awtorita’ tad-Djar
· Il-Kummisjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabbilita’
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni sal-aħħar ta’ Settembru 2015 u jista’ jindika dan kategorija b’kategorija, b’kemm kienu persuni ta’ sess femminili u kemm maskili?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kien hemm total ta’ 90,129 persuna li kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, kemm kontributorja kif ukoll mhux kontributorja kif muri fit-tabella t’hawn taħt:
PensjoniIrġielNisaTotal
AP122838155043
BLD140133273
DNIP505
DNMP542680
ESRP2916201649
HP12318452076
IIP9233125
INMP22186052823
IP20838246
IRP672234906
NMIP261713163933
NMP393044958425
NMWP11171947305
OA41115
PW534396
RP59217866707
RPT242852
SHP337344681
SRP4170797120
TTP32434976742201
WP12264276
WRM118192
Total513723875790129
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni taħt is-somma ta’ €500 fix-xahar sal-aħħar ta’ Settembru 2015? Jista’ jindika dan kategorija b’kategorija, b’kemm kienu persuni ta’ sess femminili u kemm maskili?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħalissa hemm 18,469 pensjonant (minn total ta’ madwar 88,500 pensjonant kontributorju u non-kontributorju) li individwalment jirċievu pensjoni waħda ta’ mhux aktar minn €500 fix-xahar. Dawn jikkonsistu f’5,950 irġiel u 12,519 nisa li jirċievu jew pensjoni kontributorja inkella pensjoni non-kontributorja.
Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament fit-termini taċ-ċifri mogħtija. Per eżempju l-istatistika pprovduta tinkludi każi fejn l-irġiel u n-nisa imsemmija ikunu miżżewġin lil xulxin (allura bejniethom ikollhom aktar minn €500 fix-xahar) iżda statistikament qed jidhru bħala żewġ persuni individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar.
L-istatistka tinkludi ukoll nisa (jew irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hi ogħla minn €500 fix-xahar u allura anke f’dawn il-każi bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €500 fix-xahar iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar.
It-tabelli t’hawn taħt juru n-numru ta’ pensjonanti (irġiel u nisa) skont il-pensjoni li qed jirċievu.
Pensjoni
Irġiel
Nisa
Total
RA & Non-Cont.
SP & Non-Cont.
Pen & Non-Cont.
Pensjoni
Total
RA & Non-Cont.
SP & Non-Cont.
Pen & Non-Cont.
Pensjoni
Total
WRM
0
0
0
10
10
0
0
0
36
36
46
WP
0
0
0
0
0
0
0
1
12
13
13
TTP
12
0
100
1224
1336
8
0
102
2518
2628
3964
SRP
0
0
0
6
6
2
0
21
326
349
355
SHP
0
0
0
322
322
0
0
0
332
332
654
RPT
0
0
0
0
0
0
0
0
28
28
28
PW
0
0
0
49
49
0
0
0
42
42
91
NMWP
0
0
2
59
61
13
1
146
1197
1357
1418
NMP
15
0
128
810
953
6
0
156
2179
2341
3294
NMIP
2
0
9
949
960
1
0
7
934
942
1902
IP
0
0
0
1
1
0
0
0
1
1
2
INMP
0
0
2
52
54
0
0
9
94
103
157
IIP
0
0
0
0
0
0
0
0
1
1
1
HP
0
0
0
1208
1208
0
0
0
829
829
2037
ESRP
0
0
0
9
9
0
0
5
136
141
150
DNMP
0
1
0
0
1
0
0
0
0
0
1
DNIP
0
0
0
0
0
0
0
0
0
0
0
BLD
0
0
0
131
131
0
0
0
130
130
261
AP
0
0
0
849
849
0
0
0
3246
3246
4095
Total
29
1
241
5679
5950
30
1
447
12041
12519
18469
Acronyms Explained
AP – Age Pension
BLD – Blind Pension
DNIP – Decreased National Invalidity Pension
DNMP – Decreased National Minimum Pension
ESRP – Early Survivors Retirement Pension
HP – Disability Pension
IIP – Increased Invalidity Pension
INMP – Increased National Minimum Pension
IP – Invalidity Pension
NMIP – National Minimum Invalidity Pension
NMP- National Minimum Pension
NMWP – National Minimum Widows Pension
PW –carers Pension
RPT – Retirement Pension Top-Up
SHP – Disability Pension
SRP – Survivors Retirement Pension
TTP – Two Thirds Pension
WP – Widows Pension
WRM – Widows Re-Married
Jista’ l-Ministru jgħid illum kemm hi r-rata tal-Pensjoni Minima Nazzjonali (eskluż il-bonus u ż-żieda għall-għoli tal-ħajja) għall-persuna li għandha pensjoni kontributorja singola u kemm se tkun ir-rata tal-Pensjoni Minima Nazzjonali (eskluż il-bonus u ż-żieda għall-għoli tal-ħajja) għall-persuna li għandha pensjoni kontributorja singola mill-1 ta’ Jannar 2016 skont il-miżura kif imħabbra fil-Budget 2016?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, għaddejjin diskussjonijiet interni sabiex jiġi konkluż kif ser tkun qiegħda tiġi mplimentata l-miżura msemmija u għaldaqstant mhux f’pożizzjoni li nagħti tweġiba f’dan l-istadju.
Jista’ l-Ministru jgħid illum kemm hi r-rata tal-Pensjoni Minima Nazzjonali (eskluż il-bonus u ż-żieda għall-għoli tal-ħajja) għal persuna li għandha pensjoni kontributorja tal-miżżewġin u kemm se tkun r-rata tal-Pensjoni Minima Nazzjonali (eskluż il-bonus u ż-żieda għall-għoli tal-ħajja) għall-persuna li għandha pensjoni kontributorja tal-miżżewġin mill-1 ta’ Jannar 2016 skont il-miżura kif imħabbra fil-Budget 2016?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ogħla Pensjoni Minima Nazzjonali ta’ persuna miżżewġa illum hija ta’ €138.03ċ fil-ġimgħa. Fl-2016 din se titla għal €141.83ċ fil-ġimgħa. Ma’ din ir-rata jitħallas il-Bonus għall-Ogħli tal-Ħajja li fl-2016 se jkun ivarja minn €5.83ċ fil-ġimgħa (żieda ta’ €0.35ċ) għal €0.35ċ fil-ġimgħa. B’hekk dawn il-pensjonanti bejn il-pensjoni u l-Bonus għall-Ogħli tal-Ħajja se jkunu żdiedu €4.15ċ fil-ġimgħa kif imħabbar fil-Baġit.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – Technical Officers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ Assistant Technical Officers, Technical Officers, Senior Technical Officers u Principal Technical Officers li huma impjegati fi ħdan il-Ministeru li għalih hu responsabbli?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ Technical Officers impjegati mal-Ministeru li tiegħu jien responsabbli, u l-entitajiet u jew Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ tal-Ministeru tiegħi jammonta għal 4 persuni, imqassma kif ġej:
1
Assistant Technical Officer
2
Technical Officer
1
Senior Technical Officer
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Awtorità tad-Djar sabiex il-blokka magħrufa bħala Okella Agius fi Triq Ħal Qormi, il-Ħamrun li tikkonsisti f’48 appartament, tkun irranġata u jsirilha r-riparazzjonijiet meħtieġa sabiex din il-blokka tiġi waħda abitabbli? Jista’ jgħid meta se jkunu qed jinbdew dawn ix-xogħljiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-Awtorita’ tad-Djar qed tippjana biex fil-binja imsemmija, isiru xogħlijiet ta’ tiswija, tibdil ta’ soqfa u kontrabjut kif ukoll upgrading tal-partijiet komuni estensivi tal-binja. Għal dan il-għan, qed jiġi kkompilat it-tender document sabiex toħrog sejħa għall-offerti bil-ħsieb li x-xogħlijiet meħtieġa isiru s-sena d-dieħla.
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 18192 u 14497, jista’ l-Ministru jgħid x’jirrapreżenta t-tnaqqis fil-persuni li qed jieħdu l-Pensjoni tal-Wens? Jista’ jagħti r-raġunijiet speċifiċi għal dan it-tnaqqis u kemm huma l-każijiet għal kull raġuni speċifika?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, t-tnaqqis fil-persuni li qed jieħdu l-Pensjoni tal-Wens kien wieħed normali.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kien hemm 27 każ li twaqqfu filwaqt li kien hemm 5 każijiet ġodda li kkwalifikaw għall-Pensjoni tal-Wens.
Ir-raġunijiet wara dan it-tnaqqis qed jingħataw hawn isfel, u jinkludu fosthom:
Pazjenti li mietu - 18 -il każ
Applikaw għall-Pensjoni tal-Età - 2 każijiet
Ma baqax jieħu ħsieb il-pazjent - 2 każijiet
Il-benefiċjarju beda jaħdem - 2 każijiet
Il-benefiċjarja kellha tarbija - 1każ
Il-benefiċjarju beda jfittex ix-xogħol - 1każ
Il-każ ġie sospiż minħabba investigazzjoni- 1każ
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10922, jista' l-Ministru jgħid kemm persuni li kienu Locally Enlisted Personnel mas-Servizzi Ingliżi qed ikollhom tnaqqis mill-Pensjoni Kontributorja minħabba li qed jirċievu l-Pensjoni tas-Servizz mill-Gvern Ingliż? Kemm min dawn huma ex-RAF? Kemm minnhom ġew pensjonati l-Ingilterra għax kienu komplew is-servizz tagħhom hemmhekk wara l-1979?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mhuwiex possibli li jingħata n-numru eżatt tat-tipi ta’ pensjonanti li kienu mas-Servizzi Inglizi u li qiegħda titnaqqsilhom il-Pensjoni Kontributorja. Dan minħabba li sabiex din l-informazzjoni tinġabar, ikun hemm bżonn li jinqalgħu l-każijiet kollha u jiġu eżaminati wieħed wieħed manwalment. Madankollu, bħalissa n-numru ta' pensjonanti li kienu mas-Servizzi Ingliżi u li għad għandhom il-pensjoni tas-sigurta’ soċjali imnaqqsa jammonta għal madwar 384 pensjonant.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imqassma postijiet tal-Housing mis-sena 2013 sal-lum u f’liema lokalità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, mill-1 ta’ Jannar 2013 sallum, l-Awtorita’ tad-Djar allokat 445 post, kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif kemm huwa n-numru ta’ persuni li qed jirċievu l-pensjoni kontributorja? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-persuni qed jirċievu l-pensjoni tar-romol? Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif ta’ kemm swiet l-ispiża għall-pensjonijiet kontributorji tul l-aħħar tliet snin, skont l-aħħar ħlas li sar din is-sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ persuni li fil-preżent jirċievu pensjoni kontributorja jammonta għal 81,191, li minnhom, 16,219 qegħdin jirċievu pensjoni tar-romol.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-ispiża għall-pensjonijiet kontributorji fl-2012, 2013, 2014 u 2015 (sal-aħħar ta’ Settembru) kienet tammonta għal €2,121,826,757 skont kif qed jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Pensjonanti li jirċievu ħlas ta’ mhux aktar minn €620
Question
Jista’ l-Ministru jgħidilna kemm hemm pensjonanti li qed jirċievu ħlas ta’ mhux aktar minn €620 kull erba’ ġimgħat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, bħalissa hemm 36,813 pensjonant (minn total ta’ madwar 88,500 pensjonant kontributorju u non-kontributorju) li individwalment jirċievu pensjoni waħda ta’ mhux aktar minn €620 kull erba’ ġimgħat. Dawn jikkonsistu f’29,670 persuna li jirċievu pensjoni kontributorja (12,385 irġiel u 17,285 nisa) u f’7,143 persuna li jirċievu pensjoni tal-eta’ non-kontributorja (2,560 irġiel u 4,583 nisa).
Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament fit-termini taċ-ċifri mogħtija. Per eżempju l-istatistika pprovduta tinkludi każi fejn l-irġiel u n-nisa imsemmija jkunu miżżewġin lil xulxin (allura bejniethom ikollhom aktar minn €620 kull 4 ġimgħat) iżda statistikament qed jidhru bħala żewġ persuni individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €620 kull 4 ġimgħat.
L-istatistka tinkludi wkoll nisa (jew irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hi ogħla minn €620 kull 4 ġimgħat u allura anke f’dawn il-każi bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €620 kull 4 ġimgħat iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €620 kull 4 ġimgħat.
Persuni b’diżabilità li qed jattendu ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità li qed jattendu ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għal Persuni b’Diżabiltà qed jagħtu s-servizzi tagħhom lil 481 klijent li jattendu f’dawn iċ-Ċentri .