Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni bid-dijabete – mediniċi orali/insulina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-mediċini orali u/jew insulina li jingħataw lill-pazjenti bid-dijabete ilhom ma jiġu aġġornati għal numru ta’ snin minkejja li kien hemm żviluppi ta’ mediċini li huma aktar effettivi u jnaqqsu l-effetti negattivi, fost oħrajn bħall-Gliptins, Glinides (Repaglinide) SGLT2 Inhibitors, Insulin Degludec u GLP1 analogues peress li b’dawn il-mediċini ġodda jirriżultaw anqas kumplikazzjonijiet, anqas każijiet ta’ hypoglycaemia u nfiq anqas ta’ flus fil-futur, u peress li s-sitwazzjoni bħalissa hija tali li l-pazjent irid joħroġ il-flus mill-but meta l-konsulent jirrakomanda dawn il-mediċini u insulina alternattiva?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15675.

Pazjenti bid-Dijabete Type 2 – blood glucose strips

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex mhumiex qed jingħataw blood glucose strips lill-pazjenti tad-dijabete type 2 sabiex jiġi stabbilit livell adekwat ta’ zokkor fid-demm, meta fl-istess ħin il-Gvern qed jagħmel enfasi sabiex il-pazjenti bid-dijabete type 2 ikunu empowered u indipendenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Blood Glucose strips dejjem ġew mgħotija lid-diabetici Type 1.
Leg 12 PQ #15689 Sitting 258 2015-05-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Rapporti ta’ nemusa li xxerred il-marda tal-Malarja

Question

Peress li rapport riċenti fuq SKY News jiżvela li xjenzati fl-Ingilterra huma inkwetati dwar possibilità li tfeġġ il-Malaria li minħabba tibdil fil-klima in-nemusa Plasmodium Anopheles li xxerred din il-marda tista’ ssib ambjent adegwat f’ċerti postijiet tal-Ingilterra u peress li l-istess rapport jgħid kif il-Malarja li kienet eradikata fil-Greċja reġgħet feġġet u kienu rapportati u xi każijiet f’ċertu postijiet rurali fil-Greċja, u fid-dawl ta’ dan ir-rapport (għalkemm wieħed jenfassiza li mhemmx lok ta’ allarm) jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed issir moniteraġġ biex jiġi aċċertat li din in-nemusa li tikkawża l-marda tal-Malarja ma terġax tfeġġ f’Malta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien sar valutazzjoni ta’ riskju, biex jiġi assessjat ir-riskju li jiġi introdott u trasmess mard imxerred minn nemus u insetti oħra, inkluż dik li xxerred il-marda tal-Malarja. Dan kien sar minn esperti mill-ECDC flimkien mal-Infectious Disease and Prevention Unit. In-nemusa li xxerred il-Malarja ma’ kienitx identifikata f’dak iż-żmien u r-riskju ta’ Malarja jibqa riskju għall-persuni li jivvjaġġaw u għall-immigranti li jaslu hawn. Isir moniteraġġ dwar il-każijiet rapurtati ta’ Malarja biex naċċertaw li l-ebda każ ma’ kien infettat f’Malta. Tajjeb ngħidu li sa issa kollha kienu każijiet impurtati.

Stallar ta' meter tad-dawl — każ ta' individwu

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15528, għalkemm ġie kkonfermat li ġiet ikkuntattjatha l-kumpanija u peress li l-individwu mill-kumpanija kkonferma li ma sar l-ebda kuntatt, jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt minħabba n-natura tan-negozju li għandu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntatt mal-individwu sar u l-kwotazzjonijiet meħtieġa biex ikun jista’ jsir ix-xogħol intbagħtu lill-klijent ukoll.

Dental technicians

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sa meta se jiġu ngaġġati d-Dental Technicians li spiċċaw il-kors li jwassal għal Honours Degree mill-Università ta’ Malta u ggradwaw fl-2014? Veru li ġie vakanti post fid-Dipartiment tad-Dental Technology f’Mater Dei u post ieħor se jsir vakanti fil-ġimgħat li ġejjin? Meta huwa ppjanat li dawn il-postijiet jiġu mimlija b’esperti fis-settur?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġà ħarġet sejħa biex jimtlew il-postijiet għal Allied Health Professionals, fejn fost il-vakanzi hemm dik ta’ Dental Technology.

Operazzjoni tal-Kataretti – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward operazzjoni tal-kataretti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-każ qed jiġi investigat.

Operazzjoni tal-Kataretti — każ ta' individwu

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13710, peress li l-individwu rċieva mill-Isptar Mater Dei biex jerġa' jagħmel referral ticket, jista' l-Ministru jivverifika l-każ biex ma jkunx hemm telf ta' żmien u l-każ ma jaqax lura?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-każ qed jiġi investigat.

Applikazzjonijiet għal sistemi tad-drain tal-ilma tax-xita

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 14874, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm sitwazzjonijiet simili fil-passat illi kienu ġew issanzjonati bla ebda oġġezzjoni, u jekk iva kemm minn dawn ġew approvati u kemm minnhom kienu rrifjutati? Jista’ jikkonferma li fl-ebda ħin, formalment jew informalment, ma kien hemm bżonn ta’ konsulent legali fuq parir tekniku? Jekk iva, min kien il-konsulent u kemm tħallas tal-parir mogħti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-passat tali informazzjoni ma kenitx tinżamm.
Leg 12 PQ #15752 Sitting 258 2015-05-04 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar – Trejqet Toni Fenech – riħa ta’ drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jinvestiga, permezz tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, ir-raġuni li għaliha qed ikun hemm riħa qawwija ta’ drenaġġ fl-inħawi ta’ Trejqet Toni Fenech, kantuniera ma’ Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar u dan billi minn żmien għal żmien, din l-istess riħa qiegħda tkun ta’ inkonvenjent kbir għar-residenti tal-istess inħawi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-investigazzjoni li għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, ma nstab xejn ħażin fil-main tad-drenaġġ.
Leg 12 PQ #15808 Sitting 258 2015-05-04 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar – Triq il-Konverżjoni — Ħruġ ta’ Ilma

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk id-Dipartiment tas-Saħħa għamilx analiżi tal-ilma li qed joħroġ fi Triq il-Konverżjoni, San Pawl il-Baħar, biex jiġi stabilit minn liema sors hu ġej dan l-istess ilma, fis-sens li jiġi stabbilit jekk dan hux ilma tad-drenaġġ, ilma tal-vit, jew xi ilma ieħor peress ligħalkemm dan l-ilma joħroġ b’mod frekwenti, mhux xi ħaġa li tiġri ta’ kuljum? Jekk għadu ma sarx dan l-istess ittestjar, jista’ jaċċerta li jsiru l-ispezzjonijiet neċessarji biex dan l-inkonvenjent jitneħħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ma rċieva l-ebda lment rigward ħruġ ta’ ilma fit-triq indikata. Minn spezzjoni li għamel id-Direttorat ma ġie nnutat l-ebda ħruġ ta’ ilma ġewwa t-triq indikata.
Leg 12 PQ #15809 Sitting 258 2015-05-04 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar – Triq Toni Bajada – mains tal-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta tqiegħdu l-mains tal-ilma fi Triq Toni Bajada, San Pawl il-Baħar? Jista’ jgħid jekk dawn il-mains humiex fin-nofs tat-triq, inkella fil-ġnub tal-istess triq? ? Meta saru l-aħħar spezzjonijiet fuq dawn il-mains tal-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-triq imsemmija hemm żewġ mejnijiet tal-ilma fuq kull naħa tat-triq. Il-mains tpoġġew madwar għoxrin sena ilu u huma moniterjati kontinwament. Ninsab infurmat li dawn il-mains huma ta’ kwalita’ tajba ħafna tant li faċilment iservu għal sittin sena.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – pagamenti pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13249 u jgħid kemm hu l-ammont ta’ pagamenti pendenti li l-Ministeru, dipartimenti jew entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jridu jħallsu għal xiri ta’ prodotti u materjali, servizzi (jiġifieri kull xorta ta’ xiri minbarra prodotti farmaċewtiċi) kif ukoll xogħlijiet, fl-aħħar ta’ Novembru 2014? Kemm hu ż-żmien ta’ dewmien (f’termini ta’ ġranet) lil dawn il-kredituri (dak li jissejjaħ ageing)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Lista ta’ kuntratti, direct orders u kummissjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13241 u 12372 u jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sal-lum? Għal kull każ jista’ jagħti: a. id-data meta ngħata; b. l-iscope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provvista li jkopri; c. il-valur tiegħu; d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet; e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Persuni appuntati fuq bażi ta’ position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13015, 12329, 8136, 6529 u 5489 u jgħid min kienu l-persuni li appunta fuq bażi ta’ position of trust mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ jista’ jgħid: a. l-isem tal-persuna appuntata; b. il-pożizzjoni li ġiet appuntata fiha l-persuna; c. id-data li fiha ġiet appuntata l-persuna; d. min għażel lill-persuna; e. il-kwalifiki akkademiċi tal-persuna; f. x’inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha tal-persuna appuntata; g. min kien jokkupa l-po¿żizzjoni qabel, xi grad għandu llum u x’xogħol qed jagħmel illum; h. jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel, kenitx ġiet appuntata fuq il-bażi ta’ position of trust jew wara sejħa ta’ applikazzjonijiet; u i. jikkonferma jekk l-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel ġietx imġiegħla tbiddel ix-xogħol tagħha jew inkella talbitx hi stess għal dan?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Pazjenti barranin — ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13010 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12266, peress li l-entità inkwistjoni hija l-Isptar Mater Dei, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fl-istess mistoqsija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni hi kif ġej: 2012 404,636 2013 520,181 Jan- Jun 14 273,587

Ftehim Kollettiv – Allied Healthcare Professions

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13007 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim kollettiv għall-allied healthcare professions?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Fiżjoterapisti — interview

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fiżjoterapisti li ggradwaw, għamlu l-interview f’Awwissu 2014, u għadhom ma ġewx impjegati?

Response (MIZZI, KONRAD)

Minn Awwissu 2014 sal-lum, ġew ingaġġati 12-il-fiżjoterapista ġdid.

Memorandum of Understanding bejn il-Gvern Malti u l-Gvern tal-Ażerbajġan

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14018 fejn kien mitlub iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Memorandum of Understanding u kull ftehim ieħor li huwa ffirma f’isem il-Gvern Malti mal-Gvern tal-Ażerbajġan minn Marzu 2013 sal-lum, u peress li kien qal li kien se jippubblikah fil-ġranet li ġejjin, jista’ l-Ministru issa jippubblikah?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Memorandum of Understanding diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – Persons of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14798 u jgħid kemm kien hemm impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012? Jista’ jgħid, wieħed wieħed, min kienu dawn il-persuni u x’pożizzjoni kienu jokkupaw; kemm kien is-salarju annwali tagħhom; x’kienet l-ispiża, sena b’sena fuq il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera), u x’kienet sena b’sena, l-ispiża fuq safar tagħhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13878 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 13702, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna rtiraw mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fil-perjodu li rrefera għalih? Jista’ jgħid ukoll kemm ser tiżdied in-nefqa fuq is-salarji u benefiċċji b’riżultat ta’ dan l-ingaġġ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi irtiraw 78 persuna minn mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.