Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #11740 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan id-diviżjoni tax-xogħlijiet għadhiex responsabbli mill-manutenzjoni ta' traffic lights u pelican lights? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni neċessarja fuq il-pelican lights li hemm fejn l-Istitut Fellenberg f'Kordin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Id-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi għadha responsabbli mill-manutenzjoni ta' Traffic u Pelican lights. Il-Pelican lights li hemm fejn l-Istitut Fellenberg f'Kordin żviluppaw ħsarat kbar fil-cables li kien hemm taħt l-art u kellha ssir stallazzjoni ġdida. Fil-fatt din saret u dawn qed jaħdmu.
Leg 9 PQ #11743 Sitting 191 1999-11-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Periti/inġiniera — Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar benefiċċji u allowances (inkluż dik ta' disturbance) li ngħataw lil periti u inġiniera li jaħdmu mad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi matul dawn l-aħħar 12-il xahar, kull persuna separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #10913 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Skart — Rimi ta' skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' rapporti li saru mid-Dipartiment ta' l-Ambjent lill-pulizija dwar inċidenti li jikkawżaw ċerti persuni bir-rimi ta' skart fil-kampanja matul dawn l-aħħar snin? X'passi ttieħdu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Infakkar l-Onorevoli Interpellant li l-liġi dwar ir-rimi llegali ta' l-iskart taqa' taħt il-liġi tas-Saħħa u mhux taħt dik tal-Ħarsien ta' l-Ambjent. Ninsab infurmat li f'dawn l-aħħar snin id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent ma rrapporta l-ebda persuna partikulari fuq rimi llegali ta' skart fil-kampanja. Id-Dipartiment rrapporta kull każ ta' rimi llegali ta' skart li kien a kkonoxxenza tiegħu lill-Pulizija biex jittieħdu l-passi neċessarji. Ma nżammitx statistika fir-rigward. Dwar x'passi ttieħdu, l-Onorevoli Interpellant hu mitlub jgħaddi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #11617 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Kwartieri San Nikola - Tindif

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir tindif ta' munzelli ta' ħmieġ li qed jiġbor kwantita' kbira ta' ġrieden, fuq wara ta' bini bin-Numru 2, Kwartieri San Nikola, Bormla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li qed tirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilha li tindirizza l-mistoqsija tagħha lill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #11618 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Kwartieri San Nikola - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir kaptella li tgħatti culvert tad-drenaġġ li ilha miftuħa għal dawn l-aħħar snin? Din qiegħda fuq wara ta' bini bin-Numru 2, Kwartieri San Nikola, Bormla.

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tlabt lid-Dipartiment konċernat biex dan l-inkonvenjent jitneħħa.
Leg 9 PQ #11657 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Ħaż-Żebbuġ — Kalkara tal-ġir

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-ġir mill-kalkara tal-ġir f'Ħaż-Żebbuġ f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm kienet l-ispiża ta' din il-kalkara tal-ġir f'dak li huwa produzzjoni, manteniment, materjal, pagi eċċ. f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li: fl-1995: Il-produzzjoni kienet 327 metri kubi. L-ispejjeż kollha kienu Lm12,293. fl-1996: Il-produzzjoni kienet 350.25 metri kubi. L-ispejjeż kollha kienu Lm13,670. fl-1997: L-operat tal-Kalkara tal-Ġir waqaf fit-23 ta' April. Il-produzzjoni kienet 95 metri kubi. L-ispejjeż kollha kienu madwar Lm4,000. fl-1998: L-operat tal-Kalkara tal-Ġir kien waqaf. fl-1999: L-operat tal-Kalkara tal-Ġir kien waqaf.
Leg 9 PQ #11673 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Manoel Island — Tneħħija ta' żejt

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn qed jitpoġġa l-materjal ta' żejt li qed jitneħħa li hemm f'Manoel Island? X'miżuri ta' sigurta' għadhom qed jittieħdu favur is-saħħa tar-residenti u ta' min qed iġorr dan il-materjal? Fejn qed jitpoġġa dan il-materjal? Jista' dan il-materjal ikollu konsegwenzi għan-nies ta' l-akwata? Dan il-materjal li fih materjal tossiku bħal ċomb, gass eċċ, huwa permessibbli? X'effett għandu fuq is-saħħa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #11733 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

UNESCO — Żjara minn uffiċjal

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li wara żjara li saret mill-uffiċjal tal-UNESCO fuq ix-xogħol li qiegħed isir f'St. James Cavallier, peress li ġie nnotat li qiegħed isir xogħol b'mod insensittiv li l-UNESCO qegħda tikkonsidra li tneħħi l-Belt Valletta mill-World Heritage Site?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

M'jiniex infurmat dwar l-allegazzjoni ta' l-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #11735 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Proġett tal-Cottonera — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm tax-xogħol ta' titjib infrastrutturali li hu meħtieġ li jsir relattiv mal-proġett tal-Cottonera, inkluż meta hu maħsub li jinbeda kull tip ta' xogħol li jrid isir u l-valur tax-xogħol relattiv?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-programm ta' xogħol mitlub mill-Onorevoli Interpellant qiegħed jiġi diskuss u formulat mill-konsorzji nvoluti u għalhekk mhux possibbli li wieħed iqiegħed din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra, f'dan l-istadju.
Leg 9 PQ #11736 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Proġett ta' Tigne' — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm tax-xogħol ta' titjib infrastrutturali li hu meħtieġ li jsir relattiv mal-proġett ta' Tigne' u Manoel Island inkluż meta hu maħsub li jinbeda kull tip ta' xogħol li jrid isir, kemm se jieħu żmien biex jitlesta u l-valur tax-xogħol relattiv?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-kuntratt ta' Manoel Island u Tigne' diġa' qiegħed ikun diskuss mill-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika. L-informazzjoni meħtieġa, inkluża dik mitluba f'din il-mistoqsija se titqiegħed hemm.
Leg 9 PQ #11750 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Toroq — Resurfacing

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11422 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li ġiet riferuta lilek u cioe': jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsir xi xogħol ta' resurfacing f'Bormla, il-Birgu, l-Isla, il-Kalkara, il-Fgura u x-Xgħajra? Jekk fl-affermattiv, liema huma dawn it-toroq?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #11397 Sitting 189 1999-11-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Trab iswed

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir fil-konkret min-naħa tal-Gvern biex it-tniġġis, b'forma ta' trab iswed, li qed jolqot saħħet u l-ambjent in ġenerali tar-residenti tal-Fgura u tal-lokalitajiet ta' madwar, jieqaf minnufih?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 11096 (Seduta 175).
Leg 9 PQ #11532 Sitting 189 1999-11-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Impjegati

Question

B'riferenza għad-dokument "Engagement of Staff for Private Secretariats" imqiegħed mill-Prim Ministru fuq il-Mejda tal-Kamra aktar kmieni din is-sena, jista' l-Ministru jagħti lista bl-isem, il-kunjom, il-curriculum vitae u l-indirizz ta' l-impjegati kollha fi ħdan is-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarju parlamentari li jaqa' taħtu kif ukoll jgħid liema salarji u benefiċċji oħra dawn igawdu kif ukoll jgħid xi gradi jew poizzjonijiet kienu jokkupaw qabel bdew jaħdmu kif imsemmi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-isem, il-kunjom u l-grad preżenti ta' l-impjegati kollha fi ħdan is-Segretarjat Privat privat tiegħi kif ukoll il-gradi li kienu jokkupaw qabel. Is-salarji, benefiċċji jew allowances oħra li jgawdu dawn l-impjegati huma skond id-dokument imsemmi fil-mistoqsija.
Leg 9 PQ #11585 Sitting 189 1999-11-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Għajn Dwieli — Traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru t-traffic lights f'Għajn Dwieli quddiem il-Knisja ta' Sant'Antnin u Villa Gerit, Triq Bormla ħdejn il-garaxx tas-Saltfish minħabba l-bżonn kbir ta' dawn il-lights?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #11336 Sitting 188 1999-11-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Wied iċ-Ċawsli

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi mnaddaf Wied iċ-Ċawsli f'Ħal Qormi mill-karozzi mkissrin li hemm ġo fih?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed isir studju biex naraw kif jistgħu jitnaddfu l-widien.
Leg 9 PQ #11386 Sitting 188 1999-11-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Magħtab — Skart

Question

Billi ġewwa l-Magħtab qed tinbena muntanja ta' żibel u skart li qed tikber kuljum u qed titfa' ħafna materjal tossiku fil-baħar u fl-arja, jista' l-Ministru jgħid x'passi konkreti se jieħu biex jirranġa din is-sitwazzjoni ta' għajb?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-pjan għall-immaniġġjar ta' l-iskart, li għandu jiġi ppublikat matul din is-sena, se jinkludi l-proposti konkreti biex titranġa s-sitwazzjoni tar-rimi ta' l-iskart fil-Magħtab.
Leg 9 PQ #11527 Sitting 188 1999-11-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Raħal Ġdid — Triq ir-Reġina - Bankini

Question

Jista' l-Ministru jilqa' s-suġġeriment tar-residenti ta' Triq ir-Reġina, f'Raħal Ġdid biex isiru l-bankini, minħabba l-istat ta' abbandun?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #11528 Sitting 188 1999-11-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Raħal Ġdid — Triq Ninu Cremona - Bankini

Question

Jista'l-Ministru jagħti ordni biex isiru l-bankini fi Triq Ninu Cremona, bejn Brittanja Street u Triq il-Baċir, peress li qatt ma saru u dawn iridu jsiru mill-Gvern Lokali? Meta se jsiru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #10650 Sitting 187 1999-11-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Kunsill Lokali tal-Mellieħa — Stqarrija

Question

Jista' l-Ministru jinformani x'azzjonijiet/investigazzjonijiet saru b'riferenza għas-sitwazzjoni kif irrapportata permezzz ta' stqarrija mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fil-15 ta' Ottubru, 1999?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #11519 Sitting 187 1999-11-23 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Raħal Ġdid — Dawl fit-toroq

Question

Jista'l-Ministru jara li jitwaħħlu immedjatament il-pelican lights mal-pole fid-daħla ta' Raħal Ġdid, fejn iċ-ċimiterju, peress li l-pole diġa' qiegħed hemm imma bla pelican lights?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.