Jista' l-Ministru jikkonferma jekk minn April sal-lum kienx hawn persuni barranin biex jaraw u jispezzjonaw il-fish-farms Maltin? Liema fish-farms żaru? X'kien ir-riżultat f'kull każ tal-fish-farm?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk hi qegħda tirreferi għall-visti uffiċjali, fil-Ġimgħa 24 tas-sena 2000 saru spezzjonijiet mill-ispettorat ta' DG Health & Consumer Protection tal-Unjoni Ewropeja. Il-fish farms li jesportaw lejn l-UE ġew spezzjonati u rapport konfidenzjali bil-miktub jintbagħat lid-Direttur tas-Servizz Veterinarju biex jieħu, jekk ikun hemm bżonn, xi azzjonijiet biex jissodisfaw lill-DG Health & Consumer Protection.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-bdiewa li rrapportaw ħsarat kawża ta' l-ilmijiet tax-xita matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
X'passi ttieħdu u x-xogħlijiet saru sabiex titħammel il-parti minn Wied il-Għasel li l-aktar li tikkawża ħsarat lil dawn il-bdiewa?
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibli li għas-sajf li ġej jilħaq arranġamenti mal-Kummissjoni Militari Taljana u ħaddiema oħra tad-Dipartiment ta'l-Ambjent u Xogħlijiet Pubbliċi ħalli jitħammlu partijiet minn Wied il-Għasel?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond rapporti miġbura minn Uffiċjali tal-Extension Service, kien hemm rapporti mill-bdiewa dawn il-ħsarat kaġunati minn maltempati ta' xita qawwija, silġ, għargħar u rjieħat qawwija.
Settembru 1995 177 Bidwi
Frar 1996 13 Bidwi
Settembru 1997 51 Bidwi
Jannar 1998 159 Bidwi
Novembru 1998 79 Bidwi
Novembru/Diċembru 1999 590 Bidwi
Is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant qed jiġi nnutat flimkien ma suġġerimenti simili li jsiru mill-pubbliku fir-rigward ta' tindif ta' widien.
Jista' l-Ministru jinformani bil-kwantitajiet tat-tunnellaġġi skond l-ordni tad-domanda numru 16371?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-kwantitajiet, f'tunellaġġ, ta' tadam bejn l-1997 u s-sena 2000 xahar b'xahar bejn Jannar u Mejju kienu kif ġej:-
1997 1998 1999 2000
Jannar 198 140 178 116
Frar 159 128 136 131
Marz u 164 133 206 143
April 187 197 217 174
Mejju 309 291 333 365
Nerġa nfakkar lill-Onor. Interpellant illi l-produzzjoni tal-prodotti agrikoli kollha ma hi mertu ta' ħadd u tiddependi mill-elementi naturali, kif ukoll mill-għaqal u l-bżulija tal-bidwi nnifsu.
Jista' l-Ministru jinformani bil-kwantitajiet tat-tunnellaġġ skond l-ordni tad-domanda numru 16373?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-kwantitajiet ta'frawli (f'panets) bejn l-1997 u s-sena 2000 xahar b'xahar bejn Jannar u Mejju kienu kif ġej:-
1997 1998 1999 2000
Jannar 13,474 3,369 3,310 1,656
Frar 35,817 31,548 8,091 140,740
Marzu 123,606 153,410 153,410 78,43 4
April 329,408 369,125 360,756 326,531
Mejj u 307,597 201,571 271,702 217,184
Nerġa nfakkar lill-Onor. Interpellant illi l-produzzjoni tal-prodotti agrikoli kollha ma hi mertu ta' ħadd u tiddependi mill-elementi naturali, kif ukoll mill-għaqal u l-bżulija tal-bidwi nnifsu.
Jista' l-Ministru jinformani bil-kwantitajiet tat-tunnellaġġ skond l-ordni tad-domanda numru 16355?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-kwantitajiet ta' ħass frisk (f'tunellaġġ) bejn l-1997 u s-sena 2000 xahar b'xahar minn Jannar sa Mejju kienu kif ġej:-
1997 1998 1999 2000
Jannar 86 7 0 109 57
Frar 66 75 84 53
Marzu 78 129 110 105
April 113 144 120 98
Mej ju 131 117 111 139
Nerġa nfakkar lill-Onor. Interpellant illi l-produzzjoni tal-prodotti agrikoli kollha ma hi mertu ta' ħadd u tiddependi mill-elementi naturali, kif ukoll mill-għaqal u l-bżulija tal-bidwi nnifsu.
Peress li l-Ministru jaf li se jaġġornani dwar il-kontinwazzjoni tal-ħidma li saret mill-5 ta' Settembru 'l hawn fuq il-protokoll bejn Malta u l-Libya fl-oqsma tal-biedja u sajd, jista' jinfurmani bid-dettalji u l-programm ta' kontinwazzjoni li għandu għal matul din is-sena 2000?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-program ta' ħidma bejn Malta u l-Libja fl-oqsma tal-Biedja u s-Sajd għas-sena 2000 jinkludi:-
1. Il-wasla tal-kumplament ta' grupp ta' studenti għal kors ta' sena fit-teknika ta' trobbija tal-ħut.
2. L-għajnuna teknika oħra bejn iż-żewġ pajjiżi dwar il-bini ta' Masġar Għarbi kif ukoll ko-operazzjoni fil-qasam ta' "organic farming".
Jista' l-Ministru jinvestiga jekk il-moll ta' l-Imtarfa li jintuża mis-sajjieda Maltin u Għawdxin u li jinsab qrib ir-Ramla Bay Hotel, ġiex mogħti lil xi kumpannija privata? Jista' jgħid jekk fil-mument humiex awtorizzati li jużaw dan il-moll is-sajjieda Maltin u Għawdxin?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ma għandi l-ebda informazzjoni li tindika dak li qed jgħid l-Onor. Interpellant. Jien infurmat mid-Dipartiment tas-Sajd li ma hemm l-ebda diffikulta sabiex dan il-moll jintuża mis-sajjieda.
Jista' l-Ministru jinfurmana bil-kwantitajiet tat-tunnellaġġi skond l-ordni tal-mistoqsija parlamentari numru 16370?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-kwantitajiet ta' patata (f'tunellaġġ) bejn l-1997 u s-sena 2000 xahar b'xahar minn Jannar sa Mejju kienu kif ġej:-
1997 1998 1999 2000
Jannar 397 234 304 161
Frar 450 163 230 235
M arzu 441 232 375 451
April 501 501 52 8 430
Mejju 398 437 469 434
Nerġa nfakkar lill-Onor. Interpellant illi l-produzzjoni tal-prodotti agrikoli kollha ma hi mertu ta' ħadd u tiddependi mill-elementi naturali, kif ukoll mill-għaqal u l-bżulija tal-bidwi nnifsu.
Jista' l-Ministru jinfurmana bil-kwantitajiet skond l-ordni tal-mistoqsija parlamentari numru 16369?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-kwantitajiet ta' basal (f'tunellaġġ) bejn l-1997 u s-sena 2000 xahar b'xahar bejn Jannar u Mejju kienu kif ġej:-
1997 1998 1999 2000
Jannar 121 138 92 125
Frar 94 113 74 99
Marzu 8 3 131 67 113
April 60 77 29 119
Mej ju 85 93 105 115
Nerġa nfakkar lill-Onor. Interpellant illi l-produzzjoni tal-prodotti agrikoli kollha ma hi mertu ta' ħadd u tiddependi mill-elementi naturali, kif ukoll mill-għaqal u l-bżulija tal-bidwi nnifsu.
Jista' l-Ministru jinformani bil-kwantitajiet tat-tunnellaġġ skond l-ordni tad-domanda numru 16372?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-kwantitajiet (f'tunellaġġ) ta' pastard bejn l-1997 u s-sena 2000 xahar b'xahar minn Jannar sa Mejju kienu kif ġej:-
1997 1998 1999 2000
Jannar 474 149 587 320
Frar 387 152 302 241
Marz u 440 240 384 213
April 381 452 395 242
Mejju 263 338 233 312
Nerġa nfakkar lill-Onor. Interpellant illi l-produzzjoni tal-prodotti agrikoli kollha ma hi mertu ta' ħadd u tiddependi mill-elementi naturali, kif ukoll mill-għaqal u l-bżulija tal-bidwi nnifsu.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, minn Settembru, 1998 sal-ġurnata tal-lum, inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita' li jagqgħu taħt i-dekasteru tiegħu?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba għada qeda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li sajjied wieħed biss se jingħata liċenzja ġdida oħra għal bastiment ta' tkarkir, meta hemm applikazzjonijiet tas-sajjieda oħra pendenti?
Fuq liema kriterji ngħatat preferenza lill-applikazzjoni ta' dan is-sajjied fuq oħrajn?
Għaliex sajjied li għandu bastiment reġistrat Malta ma ngħatax permess jdaħħlu lura meta t-talba tiegħu saret qabel il-permess ta' din il-liċenzja?
Jista' jinvestiga dan l-ilment ħalli jkun assigurat li ma jsirux inġustizzji ma' ħadd?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura ikkonsidra l-applikazzjonijiet kollha li kien hemm pendenti, kemm dawk s-sajjieda armati għall-sajd ieħor, kif ukoll ta'dawk il-bastimenti li għalkemm huma rreġistrati ma kienux operattivi għal dawn l-aħħar snin u oħrajn. Sa issa ma ħarġet l-ebda liċenzja iżda ħarġu ittri fejn spjegaw biss kif tinħareġ liċenzja. Dan għaliex id-Dipartiment m'huwiex lest li jżid tkarkir fil- qasir iżda jixtieq li dawn id-dgħajjes ikunu armati għat-tkakir fil-fond. Dan huwa tip ta' sajd li Malta ma pparteċipat fih.
Jien ninsab infurmat ukoll li din il-persuna li donnu qiegħed jalludi għaliha fit-tielet paragrafu l-Onor. Interpellant hija waħda minn dawk il-persuni li huma kkonsidrati. Il-bastiment ta' din il-persuna ilu għat-tiswija għaxar snin u peress li għadu rreġistrat Malta, m'għandux bżonn permess biex jiġi lura Malta, iżda wara dan iż-żmien kollu wieqaf għandu bżonn liċenzja ġdida tas-Sajd.
Nassigura lill-Onor. Interpellant li ma sarux inġustizzji ma ħadd.
Peress li l-Ministru ħassar kuntratt ta' 6000 tunnellata Alpha mbagħad għamel kuntratt għal 5000 tunnellata u ħalla l-art aktar minn 1,200 tunnellata bejn Sante' u Alpha, jista' l-Ministru jassigura l-5000 tunnellata li esporta baqgħu igawdu l-prezz ta' Lm12.00-il qantar jew aktar kif kien jorbot il-kuntratt li sar matul l-Amministrazzjoni Laburista għal dawn il-5,000 tunnellata?
Jekk le, għaliex u min se jikkumpensa lill-bdiewa għad-differenza li se jitilfu?
Response (ZAMMIT, NINU)
M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari No 16522 u 16656.
Pero' għall-aħħar darba ninforma lill-Onor. Interpellant li b'"exchange rate" ta' 5.5NLG għal kull Lira Maltija, bi spejjes ta' "packing" u "export" ta' madwar LM64 kull tunnellata u B'EXPORT MINGħAJR KUMPLIKAZZJONIJIET BĦALMA KELLNA fl-istaġun ta' l-1999. Il-prezz medju kull qantar għall-ewwel 5000 tunnellata huwa ta' madwar LM11.16 kull qantar u mhux LM12.00-il qantar , jiġifieri 7% inqas mill-valur ikkwotat ta' LM12.00 mill-Onor. Interpellant.
Peress li l-Agenda 2000 għal CAP tgħid:
"The current level of CAP prices is too high for the EU to meet international under takings and to be able to take advantage of the expansion of world markets, with the risk that surpluses will appear again and create intolerable budget costs and market share may be lost within the community and on the world level",
jista' l-Ministru jgħid għaliex caħad li l-CAP kif inhija llum iġġib spluzzjoni fil-prezzijiet ta' l-ikel tal-poplu tagħna?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor Interpellant għandu qabel xejn jifhem li l-argument tal-"quotation" li qed juża ma jreġix mal-mistoqsija tiegħu, u mingħajr ma wieħed jidħol f'dibattiti inutili fuq din il-"quotation" miktuba f'kontest ieħor, dak li l-Onor. Interpellant qiegħed jistaqsi, cioe jekk bid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Europeja hux x'se jkun hemm splużżjoni fil-prezzijiet ta' l-ikel tal-poplu tagħna, hu kunċett bla bażi, fittizju, u suġġettivament spekulattiv.
Dan hu hekk għax biex Malta tidħol fl-Unjoni Ewropeja jridu jsiru n-negozjati w il-Gvern għandu l-pjan għall-mekkaniżmi u arranġamenti oħra biex propju dawk l-effetti li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għalihom u li ma għandhom l-ebda bażi fil-"quotation" imsemmija ma jimmaterjalizzawx.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati għasafar din is-sena u x'tip ta' għasafar kienu? Min fejn ġew importati?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pajjiżi li minnhom kienu importati għasafar din is-sena kienu Renju Unit, Belġju, Olanda, Spanja, Franza, Senegal u New Zealand. L-informazzjoni iktar dettaljata u estensiva li qed jitlob l-Onor. Interpellant għad trid tinġabar u nagħtih risposta hekk kif titlesta.
B'riferenza għall-konfernza tal-ministri ta' Ciheam li saret fil-Marokk, jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna talab liċ-Ciheam dwar assistenza ta' taħriġ fl-oqsma varji tal-biedja għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin? Liema huwa l-ewwel group ta' studenti li se jmorru barra u/jew fiċ-ċentri ta' Ciheam għal studju fuq il-biedja u meta se jmorru?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Konferenza tal-Ministri ta' l-Agrikoltura, membri fic-CIHEAM, li saret fil-Marokk ma kellha xejn x'taqsam mal-korsijiet li joffru c-CIHEAM. Ninfurmah ukoll li fl-1999 intbagħtu 18-il persuna fuq 23 konferenza, workshops u taħriġ tekniku fiċ-Ċentri tac-CIHEAM, u dan ser jibqa' jsir fil-futur skond il-ħtieġa u bis-saħħa tar-relazzjonijiet tajba li għandna mac-CIHEAM.
Ninsab infurmat ukoll li bl-għajnuna u bil-kollaborazzjoni tac-CIHEAM ser issir żjara fuq bażi teknika f'Bari u fir-reġjun ta' Puglia minn numru ta' bdiewa Maltin, uħud minnhom bin-nisa magħhom,bl-akkomodazzjoni u t-trasport imħallas. Żjarat bħal dawn kienu ġew organiżżati mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura fis-Sjuf tas-snin 1995, 1996 u ta' l-1999.Fl-1997 u fl-1998 dawn iż-żjarat ma kienux organiżżati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret ta' l-Urban and Rural Landscaping Committee matul l-1999? Xi pjanijiet ta' rakmandazzjonijiet tħejjew minn dawn il-membri sabiex jiġu attwati matul din is-sena? Min huma l-membri li llum jiffurmaw dan il-kumitat?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ma nħassx il-bżonn li dan il-kumitat jerġa' jiġi ffurmat, għax il-funzjoni tiegħu li jipprovdi pariri dwar "landscaping" qed titwettaq bil-kapaċita' neċessarja mis-sezzjoni ta' l-"Urban and Rural Landscaping".
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat bejn il-kunsilli lokali f'Malta bil-għan li l-kalendarju agrituristiku jkompli jinvolvi l-parteċipazzjoni tal-kunsilli lokali matul l-1999?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kunsilli Lokali kollha ġew mistiedna mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u Sajd sabiex jagħtu tagħrif dwar xi attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-biedja u s-sajd, permezz taċ-ċirkolari datata 3 ta' Settembru 1999.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-attivitajiet ġodda li ġew inklużi fil-programm tal-kalendarju agrituristiku matul l-1999? X'diskussjonijiet saru ma' l-għaqdiet tad-dilettanti Maltin u Għawdxin bil-għan li dawn jiġu nkoraġġiti jorganizzaw aħjar l-attivita' tagħhom u wkoll jorganizzaw attivitajiet ġodda?
Response (ZAMMIT, NINU)
Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura kellu diversi laqgħat ma għaqdiet u kunsilli lokali individwali b'riżultat li saru attivitajiet ġodda bħal ma huma:-
Lecture fuq il-Fniek
Rabbit Table Show Seminar
Mixjiet fuq Għawdex u Kemmuna
Video Fair Rabbit Show
Żjarat fis-Salini tal-Melħ
Tberik ta' l-Annimali
Bidnija Folklore and Agrarian Festival
Purċissjoni fuq il-Baħar bil-Madonna
Kompetizzjoni tat-Tunnaġġ
Lecture fuq il-Bonsai
Wirja tal-Fjura tal-Milied.