Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-liġijiet u/jew oqsma li s'issa ġew screened? Liema għadhom ma ġewx screened u meta huwa maħsub li jsir l-iscreening fuq il-liġijiet li jikkonċernaw il-kaċċa u l-insib?
Response (BORG, JOE)
L-oqsma li ġew screened s`issa huma: Culture and Audio-Visual, CFSP, Industrial Policy, SMEs, Telecommunications and Information Technologies, Science and Research, Financial Control, Financial and Budgetary Provisions, Education, Training and Youth, Company Law, Regional Policy, Free Movement of Goods (General Application and Public Procurement).
L-oqsma l-oħra ser jiġu screened sa l-ahhar tas-sena ħlief l-agrikoltura li aktarx ser ikun screened f`Jannar.
L-iscreening f`dak li għandu x`jaqsam mal-ambjent li jinkludi l-protezzjoni u il-preservazzjoni tal-għasafar ser isir fl-aħħar ġranet ta` Novembru u l-ewwel jiem ta` Diċembru.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi taħdidiet mill-għaqdiet tal-kaċċaturi u nassaba biex jaraw min se jirrappreżentahom waqt il-proċess ta' screening, u jekk iva min huma dawn il-persuni li se jmorru Brussels jinnegozjaw?
Response (BORG, JOE)
Fil-proċess ta` konsultazzjoni mal-għaqdiet interessati saru taħdidiet mal-għaqdiet li jirrapreżentaw lill-kaċċaturi u nassaba. Dawn l-għaqdiet ser ikunu mistiedna wkoll jattendu għas-sessjoni tal-MEUSAC fejn tiġi adottata il-pożizzjoni Maltija għall-iscreening f`dan il-qasam. Kif ġieli spjegajt, fil-proċess ta` screening titqabbel il-legiżlazzjoni Maltija ma` dik Ewropeja u ma jsiru ebda negozjati f`dan l-istadju.
Jista' l-Ministru jgħid jekk, il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, ex-president tal-Kunsill Studenti Universitarji, ingħatax xi assignment dwar x'aspett tar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea?
Fil-każ li iva, fiex jikkonsisti dan l-assignment? Kemm tħallas għalih il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament?
Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa ta' l-ambaxxaturi kollha li ħatar il-Gvern biex jirrappreżentaw lil Malta f'pajjiżi oħra u organizzazzjonijiet internazzjonali u ħdejn kull wieħed tniżżel għal-liema pajjiż u organizzazzjoni huwa assenjat kull ambaxxatur?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta' kull ambaxxatur maħtur?
Response (BORG, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta` l-Ambaxxaturi li ġew nominati mill-Gvern mill-5 ta` Settembru 1998 l`hawn.
Qed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li japplika għal dawk l-Ambaxxaturi nominati minn barra s-Servizz Pubbliku, liema kuntratt huwa wieħed uniformi għal kulħadd. L-Ambaxxaturi li jinħatru minn ġewwa s-Servizz Pubbliku ma jkollhomx kuntratt.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safarmill-Ministeru tiegħu kif ukoll mid-dipartimenti, korporazzjonijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jista' jgħid: 1) x'kienet l-okkażjoni; 2) min kienu l-persuni li siefru f'kull okkażjoni; 3) mingħand min inxtraw il-biljetti tas-safar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?
Response (BORG, JOE)
Dwar safar ta` Ministri u Segretarji Parlamentari nirreferi l-Onor Membru għat-tweġiba li ta l-Ministru tal-Finanzi għall-mistoqsija numru 8004.
Fit-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra qed nagħti nformazzjoni simili dwar il-Ministeru tiegħi.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8872?
Response (BORG, JOE)
Ir-Raba Protokoll Finanzjarju suppost skada fl-1998. Il-Gvern ta` dak iż-żmien applika biex il-Protokoll jiġi estiż sa l-aħħar tal-1999, u dan il-Gvern kompla x-xogħol biex dan fil fatt seħħ.
Il-parti tal-Protokoll li kien jikkonsisti f`grants u risk capital kien jammonta għal 15 il-miljun Euro. Meta l-Kummissjoni ġiet biex talloka l-flus għal Malta u rat li fis-snin preċedenti ma konna wżajna xejn mill-flus allokati, iddeċidiet li talloka biss għal Malta 5 miljun Euro, kif għamlet ukoll għal Ċipru.
Il-Gvern qed jagħmel ħiltu kollha biex jerġa jġib kemm jista mill-flus li ma ġewx allokati. F`Ottubru l-Kummissjoni tagħmel eżerċizzju li ssejjaħlu n-Notenbaum Procedure fejn tirrejalloka flus li jkun jidher ċar li mhux ser jiġu minfuqa għall-iskopijiet oriġinali tagħhom.
Fil-kuntest tar-rijattivazzjoni ta` l-applikazzjoni għas-sħubija, il-Kummissjoni ddeċidiet li mil-5 miljuni, żewġ miljuni - kif kien ippjanat - jmorru għar-Risk Capital, filwaqt li jitkomplew ukoll il-proġetti ta` l-ischolarships u ta` l-istatistika li kienu diġa ġew approvati. Inoltre il-Kummissjoni allokat 1.6 miljun Euro għal `administrative cooperation` bħalma għamlet mal-pajjiżi applikanti l-oħra, bħala prekursur għall-fondi simili li Malta tkun intitolata li tirċievi qabel s-sħubija taħt `pre-accession assistance`.
Għalhekk sakemm ikun magħruf ir-riżultat tal-konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni u l-eżitu tan-Notenbaum Procedure, jidher li għal issa ma hemmx fondi taħt dan il-protokoll għall-proġetti l-oħra fosthom dak dwar ir-restrutturar tal-Industrija, għalkemm dan hu ta` prijorita għall-Gvern Malti li fiħsiebu jagħmel l-almu tiegħu kollu biex jinstabu fondi adekwati għall-programm ta` ristrutturiżżazzjoni tal-Inudstrija Maltija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' delegazzjonijiet tal-Gvern Malti li marru f'pajjiżi Għarab mill-5 ta' Settembru 'l hawn? Fejn marru u x'kien l-impenn ta' kull delegazzjoni?
Response (BORG, JOE)
Mill-5 ta` Settembru `l hawn skond l-informazzjoni li għandu l-Ministeru tiegħi kien hemm disa` delegazzjonijiet tal-Gvern Malti li marru f`pajjiżi Għarab u f`pajjiżi ta` l-Afrika ta` fuq u dawn kienu kif ġej:
Novembru 1998
L-Emirati Għarab Magħquda: fejn ġie iffirmat Ftehim dwar Koperazzjoni fl-oqsma tal-Kultura u Xjenza. Waqt din iż-żjara ġie inawgurat l-uffiċċju rappreżentattiv ta` l-Air Malta;
Jannar 1999
Ġordan: fl-okkażjoni tal-funeral tar-Re Hussein;
Frar 1999
Libanu: fejn ġie iffirmat Ftehim dwar il-Ħelsien mit-Taxxa Doppja. Saru ukoll diskussjonijiet ma` l-għola Awtoritajiet Lebaniżi.
Sirja: diskussjonijiet ma` l-għola Awtoritajiet Sirjani.
Eġittu: fejn ġew iffirmati Ftehim dwar il-ħelsien mit-Taxxa Doppja; Ftehim li jinkorraġixxi u jipproteġi l-Investiment; Programm dwar Kooperazzjoni Kulturali, Tekniku u Xjentifiku għas-snin 1999-2001. Saru ukoll diskussjonijiet ma` l-għola Awtoritajiet Eġizzjani.
Ġiet organiżżata wkoll Missjoni Kummerċjali mill-Organiżżazzjoni Maltija għall-Kummerċ barrani (METCO) fejn rappreżentanti ta` kumpaniji Maltin ħadu din l-opportunita biex iġeddu rabtiet kummerċjali tagħhom fl-Eġittu.
Tuneżija: fl-okkażjoni ta` l-ewwel Sessjoni tal-Kummissjoni Mħallta Malta/Tuneżija dwar Turiżmu.
April 1999
Libja: fl-okkażjoni ta` l-estradizzjoni taż-żewġ Libjani in-konnessjoni mat-titjira tal-PAN AM fuq Lockerbie.
Libanu: fejn saru diskussjonijiet dwar Ftehim li jirregola Trasport bl-Ajru bejn Malta u l-Libanu.
Mejju 1999
Libja: fejn saru diskussjonijiet bilaterali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' delegazzjonijiet tal-Gvern Malti li marru f'pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq mill-5 ta' Settembru 'l hawn? Fejn marru u x'kien l-impenn ta' kull delegazzjoni?
Response (BORG, JOE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija numru 8257.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' delegazzjonijiet tal-Gvern Malti li marru f'pajjiżi Asjatiċi mill-5 ta' Settembru 'l hawn Fejn marru u x'kien l-impenn ta' kull delegazzjoni?
Response (BORG, JOE)
Skond l-informazzjoni li għandu il-Ministeru tiegħi mill-5 ta` Settembru `l hawn id-delegazzjonijiet li marru f`pajjiżi Asjatiċi kienu tnejn. It-tnejn li huma kienu fiċ-Ċina. Waqt dawn iż-żjarat ġew diskussi meżżi ta` koperazzjoni fil-qasam taż-żagħżagħ u l-isports. Saru ukoll diskussjonijiet dwar il-qasam ta` l-ambjent u kostruzzjoni. L-ewwel waħda saret f`Jannar 1999 waqt li t-tieni waħda saret f`April 1999.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' delegazzjonijiet tal-Gvern Malti li marru fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea mill-5 ta' Settembru 'l hawn? Fejn marru u x'kien l-impenn ta' kull delegazzjoni?
Jista' l-Ministru jgħid min għamel ix-xogħol ta' tindif fl-uffiċċji tal-Ministeru mill-5 ta' Settembru 1998 sal-21 ta' Ġunju 1999?
Jekk jirriżulta li dan it-tindif isir minn xi kumpannija privata, jista' jgħid: 1) min hi l-kumpannija; 2) kemm tħallset xahar b'xahar; 3) jeżisti kuntratt ma' din il-kumpanija; 4) ħarġet sejħa għal offerta; 5) jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?
Response (BORG, JOE)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta` tindif fl-Uffiċċju tal-Ministeru bejn il-5 ta` Settembru 1998 u 21 ta` Ġunju 1999 sar minn impjegati tal-Gvern minbarra dak fid-Direttorat ta` l-Unjoni Ewropeja. F`dan il-każ it-tindif minn Settembru sa Novembru 1998 sar b`kuntratt mid-ditta `Bad Boy Cleaners` wara li d-Direttorat kien talab ditti ewlenin biex jissottomettu quotations. Wara li ġie terminat il-kuntratt mad-ditta msemmija, saru arranġamenti li ġew fis-seħħ mill-14 ta` Dicembru, 1998 sabiex ix-xogħol ta` tindif isir minn persuna appaltata apposta bi ħlas ta` Lm2 fis-siegħa b`liema servizz id-Direttorat qed jinqegħda ferm aħjar.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Petrol/Diesel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża mill-5 ta' Settembru, 1998, sal-21 ta' Ġunju 1999, f'petrol jew diesel għal użu tal-karozzi tal-Ministeru tiegħu karozza b'karozza?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm laħqet l-ispiża fl-istess perjodu f'petrol jew diesel għal użu tal-karozzi tad-diretturi u chairmen li jaqgħu b'xi mod taħt wieħed mid-dekasteri tiegħu?
Response (BORG, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-nefqa totali f`petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tal-Ministeru għall-perjodu 5 ta` Settembru sal-21 ta` Ġunju 1999.
Jista' l-Mininstru jgħid jekk bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Mejju, l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, qattx ġie rimborzat għal entertainment jew hospitality expenses hawn Malta u f'kull każ jgħid: (a) id-data ta' l-okkażjoni; (b) ir-raġuni ta' l-okkażjoni; u (ċ) kemm ġiet tqum l-okkażjoni?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu huwiex qed iħallas direttament jew indirettament is-salarju jew ħlasijiet oħra tal-persuna li isimha qed jingħata separatament u li taħdem bħala segretarja għal The International Foundation ta' 54, West Street, Valletta?
Response (BORG, JOE)
Jien infurmat li ma jirriżultax li mill-5 ta` Settembru 1998 l`hawn sar xi ħlas lill-persuna indikata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi proġett biex issir exhibition ta' l-opri tal-pitturi u skulturi Maltin fl-ambaxxata ta' Malta f'Parigi u jekk iva: (a) liema istituzzjonijiet se jorganizzawha minn Malta u min Pariġi; (b) kif se ssir u min se jħallas it-trasport bejn Malta u Pariġi; (ċ) minn se jagħżel l-opri; u (d) kif se jiżgura li l-prezz li jitħallas għal opri li jinbiegħu se jmur kollu kemm hu lil artisti konċernati?
Response (BORG, JOE)
Ma hemm l-ebda proġett biex issir esibizzjoni ta` opri ta` pitturi u skulturi Maltin fl-Ambaxxata ta` Malta f`Pariġi.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Ħlasijiet ta' telecell
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu hux qed iħallas direttament jew indirettament għal kont tat-telecell personali hawn Malta tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament u li jġib in-numru 09492383?
Huwa korrett l-Interpellant adjern jekk jgħid li biż-zona ta' kummerċ ħieles li l-gvern preċedenti ried joħloq ma' l-Unjoni Ewropea, waħda mill-konsegwenzi naturali kellha tkun it-tneħħija tal-levies protettivi f'Malta? Kien hemm indikat xi data mill-gvern preċedenti entro il-quale kellhom jibdew jitneħħew dawn il-levies fuq prodotti importati lejn Malta?
Response (BORG, JOE)
Naqbel ma` l-Onorevoli Interpellant li biż-żona ta` kummerċ ħieles li l-Gvern preċedenti ried joħloq ma` l-Unjoni Ewropeja, il-levies protettivi eżistenti f`Malta riedu jitneħħew.
Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill t`Assoċjazzjoni tat-28 ta` April 1998, il-Gvern preċedenti qabel li ż-żona ta` kummerċ ħieles kellha tidħol fis-seħħ fi żmien tlett snin mill-iffirmar tal-Protokoll għall-istess Ftehim t`Assoċjazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk bejn l-1 ta' Jannar u 31 ta' Mejju, 1999, l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, qattx ġie rimborzat għal kiri hawn Malta ta' karozzi self-drive jew chauffer driven mill-ministeru tiegħu, jew jekk qattx ġew lilu pprovduti karozzi tal-kiri mħallsa mill-minsiteru tiegħu u f'kull każ jgħid: id-data tal-kirja; ir-raġuni tal-kirja; u kemm ġiet tqum il-kirja?
Response (BORG, JOE)
Ir-risposta għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija fin-negattiv. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija il-persuna indikata ġie pprovdut bi trasport bejn il-5 u t-8 ta` April 1999 dejjem fuq xogħol konness mal-Ministeru. L-ispiża kienet tlaħħaq għal LM288.85, inkluża l-VAT, mqassma kif ser jingħad:
5 ta` April 1999 LM72.65
6 ta` April 1999 LM66.42
7 ta` April 1999 LM70.90
8 ta` April 1999 LM78.88
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Refurbishment
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċini tal-Ministeru u f'tad-Diretturi jew Chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru teigħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?
Response (BORG, JOE)
Ninsab infurmat li l-ammont li ntefaq fil-perjodu imsemmi fil-mistoqsija f`refurbishment u f`għamara ġdida fl-uffiċċini tal-Ministeru u f`tad-Diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, kien kif ġej:
Ministeru Lm 85,792.64
Direttur (Multilateral Affairs) Lm 481.00
____________
Lm 86,273.64
____________
Minn dan it-total, ammont ta` Lm75,983.94 kien ħlas dovut għal impenji li kienu saru qabel Settembru 1998 u li tħallsu wara din id-data.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-ispiża biex infetħet il-Malta House fl-Ingilterra dan l-aħħar?
Kif ġiet inawgurata u min kien preżent għal ftuħ?
Response (BORG, JOE)
Il-Malta House kienet infetħet f`Ġunju 1995 u ~dan l-ahhar~ ma kien hemm l-ebda inawgurazzjoni jew ftuħ ieħor konness mal-Malta House fl-Ingilterra.