Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-konsum globali tad-diesel matul l-2005? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għas-snin 2001,2002, 2003 u 2004 tinsab fir-Rapporti Annwali tal-Korporazzjoni Enemalta. L-informazzjoni għas-sena 2005 għadha ma ġietx ippublikata.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-konsum globali tal-petrol matul l-2005? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.17168.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-konsum globali ta' l-unleaded petrol matul l-2005? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-konsum globali tal-jet fuel matul l-2005? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru:17168.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-konsum globali tal-gass matul l-2005? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16725 u 16955 u u jikkonferma li madwar 35,000 ċilindru tal-gass mill-Enemalta, uħud minnhom ġodda, se jinqerdu? Għaliex?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-Enemalta bdiet proċeduri legali fil-Qrati tat-Turkija kontra min issupplixxa dawn iċ-ċilindri difettużi, jiġifieri EVAS tat-Turkija. Għaldaqstant dawn iċ-ċilindri qed jinżammu taħt ħarsien fis-sezzjoni tal-gass gewwa l-Qajjenza, B'Bugia sa meta jintemmu dawn il-proċeduri u sussegwentement tittieħed deċiżjoni finali dwarhom.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16956 u jgħid kemm hija s-somma totali dovuta lill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma fl-aħħar ta' l-2005 minn familji?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li s-somma totali li għandha tieħu l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma hija ta' Lm2,236,378.87.
Jista' il-Ministru jgħid x'se jiġri miċ-ċentru tal-computers li hemm bejn ir-Rabat u Ħad-Dingli?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li ċ-ċentru tal-computers fis-Swatar, limiti ta' Ħad-Dingli ilu jintuża mill-MITTS Ltd. mill-1994 bħala ċentru tal-ICT training. Dawn l-aħħar sitt snin dan kien jitmexxa minn kumpanija Nucleus Training International Ltd. f'isem il-MITTS Ltd. Il-MITTS Ltd. hija shareholder f'din il-kumpanija. Il-Management Agreement li hemm bejn il-MITTS Ltd., l-OPM u n-Nucleus dwar it-tmexxija ser jiskadi fil-31 ta' Marzu 2006 u l-propjeta tmur lura għand il-MITTS.
Peress li informat li f'ċerti sezzjonijiet tas-sigurta' fil-premises ta' l-Air Malta ma jeżistix servizz tat-telephone, jista' il-Ministru jieħu passi biex is-sezzjonijiet kollha tas-sigurta' fl-Air Malta jkollhom servizz telefoniku?
Response (GATT, AUSTIN)
Jista l-Onor. Membru jispjega eżatt għal liema sezzjonijiet ta' l-Air Malta qed jirreferi għalihom fil-mistoqsija tiegħu biex inkun f'pożizzjoni li nagħti risposta xierqa.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17457 u jgħid jekk is-section tat-tindif ta' l-ajruplani fil-kumpannija Air Malta hux se tispiċċa? Jekk fl-affermattiv, min se jkun qiegħed jagħmel dan ix-xogħol? X'inhu l-futur tal-ħaddiema li jaħdmu f'din is-section?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li parti sostanzjali mix-xogħol tas-sezzjoni tad-tindif se jiġi outsourced lill-kumpanija esterna. L-impjegati kollha ta' din is-sezzjoni se jiġu integrati f'sezzjonijiet oħra fil-kumpanija. Id-deċiżjoni lil min se jingħata dan il-kuntratt għadha ma tteħditx.
Jista' il-Ministru jara jekk l-Enemalta tistax tagħmel dawl bejn Triq il-Mediterran u l-klabb sportiv atleta f'Pembroke, peress li hemm ħafna żgħażagħ li jitilgħu fid-dlam u dan huwa perikoluż?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-installazzjoni ta' dwal ġodda huwa responsabbilta' tal-Kunsilli Lokali.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17389 u jgħid fiex wasal il-bini ta' tliet impjanti tat-trattament tad-drenaġġ f'Malta u Għawdex, kull wieħed separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq l-impjant f'Għawdex miexi u għandu jitlesta fil-bidu tas-sena 2007.
Ix-xogħol fuq l-impjant fit-Tramuntana ta' Malta ser jibda fil-ġimgħat li ġejjin wara li joħroġ il-permess tal-MEPA. L-impjant mistenni jitlesta qabel nofs is-sena 2007.
L-impjant fin-Nofsinhar ta' Malta qiegħed fl-istadju ta' disinn preliminari. Din is-sena ser jibdew l-istudji ta' impatt ambjentali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħassru trips minħabba l-maltemp nhar il-Ġimgħa 24 ta' Frar, 2006 filgħodu sa x'ħin il-vapuri tal-Gozo Channel kienu qed joperaw minn Sa Maison? Jista' jgħid kemm saru extra trips meta s-servizz wara nofsinhar reġa' beda jopera miċ-Ċirkewwa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li
1)Il-Kumpannija ħassret erbatax-il round trip (28 vjaġġi) bejn l-Imġarr u ċ-Cirkewwa nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Frar, 2006, waqt illi għamlet żewġ round trips(4 vjaġġi) bejn l-Imġarr u Sa Maison.
2) Meta s-servizz qaleb għaċ-Ċirkewwa, sa nofs il-lejl, il-Kumpannija laħqet għamlet tmien round trips (16 vjaġġi) bejn l-Imġarr u ċ-Cirkewwa, meta kienu skedati tmien round trips.
3) L-għada kmieni fil-għodu, jiġifieri s-Sibt 25 ta’ Frar, il Kumpannija kompliet għaddejja u għamlet erbgħa round trips (8 vjaġġi) bejn l-Imġarr u ċ-Cirkewwa, meta kienu skedati żewġ round trips (4 vjaġġi) biss f’dawk l-istess ħinijiet.. Aktar tard matul il-ġurnata, saru ħames round trips (10 vjaġġ) oħra u vjaġġ ieħor addizzjonali miċ-Ċirkewwa għall-Mġarr li ma kinux skedati.
Jista' il-Ministru jgħid kemm vetturi u passiġġieri għamlu użu mill-vapuri tal-Gozo Channel, ġurnata b'ġurnata nhar it-23, 24, 25, 26, 27 u 28 ta' Frar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li b’kollox, 15,765 vetturi u 52,647 passiġġieri għamlu użu mill-vapuri tal-Gozo Channel bejn it-23 u t-28 ta' Frar 2006. Ġurnata b'ġurnata, dawn ġew imqassma kif muri fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16953 u jgħid kemm kienet is-somma totali dovuta lill-Enemalta għas-servizz ta' l-elettriku fl-aħħar ta' l-2005 minn familji?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16954 u jgħid mis-somma totali dovuta għas-servizz ta' l-elettriku lill-Enemalta, kemm hija dovuta minn azjendi parastatali? Jista' jgħid kull azjenda kemm għandha tagħti? Meta kien tħallas l-aħħar kont?
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba kien hemm fawran tad-drenaġġ f'Paceville matul Frar 2006? Minn xiex hu kkaġunat u x'passi rimedjali ttieħdu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fi Frar 2006 kien hemm żewġ okkazzjonijiet ta' fawran ta' drenaġġ f'Paceville. Dan kien kaġun ta' sadd fis-sistema. Dan is-sadd ġie mnaddaf.
Swieqi u Madliema — Qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku
Question
Jista' il-Ministru jgħid f'Jannar u Frar 2006 kemm-il darba kien hemm qtugħ ta' dawl fis-Swieqi u l-Madliena? X'ikkaġuna dan il-qtugħ? X'passi qed jittieħdu dwar din il-problema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kien hemm tlett interruzzjoni li affetwaw lil Madliena u s-Swieqi.
Dawn ġraw fit-13/02/2006 u fl-14/02/2006 u fid-19/02/2006.
L-ewwel tnejn ġew ikkaġunati minħabba ħsara fil-Power Station tal-Marsa, waqt li dik tad-19/02/2006 ġiet ikkaġunata minn ħsara f'cable taħt l-art.
Dawn il-ħsarat mhumiex relatati ma' xulxin, għaldaqstant m'hemmx azzjonijiet li jittieħdu biex ma jerġgħux jiġru.
Jista' il-Ministru jgħid jekk jistgħux jitwaħħlu dwal pubbliċi fl-inħawi tal-Magħtab fi Triq il-Lampara u oħrajn qrib minħabba d-dlam assolut li hemm għar-residenti li jgħixu f'dan il-post?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-twaħħil ta' dwal pubbliċi issa għadda f'idejn il-Kunsilli Lokali u għalhekk ma għadiex iktar responsabilita' ta' l-Enemalta.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' fabbriki fil-qasam industrijali tax-Xewkija fl-aħħar ta' kull sena mill-1998 'il hawn?
Kemm kien hemm kumpanniji joperaw u f'liema settur tal-manifattura kienu?
Kemm kien it-total ta' ħaddiema jaħdmu fil-qasam fl-aħħar ta' kull sena?
Kemm kien in-numru ta' ħaddiema, settur settur, tal-manifattura, eżempju, tessuti, għamara, żraben u ħwejjeġ, ikel, eċċ.?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.