Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #17914 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni għas-Servizz Pubblilku — Każijiet pendenti

Question

Quddiem il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' każi pendenti? Kemm-il każ ilu quddiem il-kummissjoni għallinqas minn sena, aktar minn sena, aktar minn sentejn, 'il fuq minn sentejn? X'raġunijiet prinċipali jkun hemm meta każ jitwal ħafna?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #18218 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 16442?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi: Lista A li turi ħaddiema fil-General Service li għandhom kwalifiki universitarji, inklużi diplomi, jew kwalifiki oħra; u Lista B li turi ħaddiema li mhumiex fil-General Service li jaqu taħt id-dekasteru tiegħi, u li għandhom kwalifiki universitarji jew kwalifiki oħra. Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi kwalifiki ta' impjegati oħra li mhumiex fil-General Service u li jservu f'Ministeri oħra, huwa mitlub jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministri kkonċernati.
Leg 9 PQ #18221 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

PSC — Uffiċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 16977?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li matul l-1999, in-numru ta' każijiet ta' dixxiplina quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku kien ta' 169. Dawn huma maqsuma f'dawn it-tlett kategoriji: Kategorija Nisa Iriel Total (a) Każijiet kriminali fil- Qorti li fihom ikunu nvoluti uffiċjali pubbliċi 2 74 76 (b) Każijiet dwar reati serji ta' dixxiplina li jiġu nvestigati mill-Bord tad-Dixxiplina tal- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku 10 56 66 (c)Każijiet ta' tkeċċija mis- Servizz Pubbliku minħabba assentejiżmu minn fuq il-post tax-xogħol 6 21 27 Total 18 151 169 It-tagħrif ieħor li ġie mitlub mill-Onorevoli Interpellant, huwa kif jidher fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #18246 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tħaffir għaż-żejt

Question

Jista' l-Prim Ministru jaġġorna l-Kamra rigward is-sitwazzjoni tat-tħaffir taż-żejt ġewwa Kerċem, Għawdex, speċifikament x'se jsir mis-sit preżenti u x'inhuma l-pjanijiet futuri f'dan il-qasam?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sit fejn tħaffer il-bir f'Għawdex kien ġie mogħti lura lill-inkwilini u r-raba qiegħda terġa tinħadem. Tagħrif dwar pjanijiet futuri fil-qasam taż-żejt jingħata meta jkun il-waqt.
Leg 9 PQ #18266 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18025?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba għadha qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #18091 Sitting 350 2000-07-17 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17870 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': fir-rigward promotions għall-midwives scale no. 8, illi kienu għalqu l-applikazzjonijiet tagħhom fl-14/2/97 u mbagħad sar l-interview fil-25/3/99, jista' l-Prim Ministru jgħid: (i) min kienu l-membri fuq il-board; (ii) min kienu dawn ta' qabel; u (iii) min għażel il-membri tal-board li għamel l-interviews? Kif intgħażlu? Kemm kellhom esperjenza fil-midwifery u/jew fix-xogħol tagħhom u x'kien? Kemm kellhom esperjenza fix-xogħol dawk li ħaduha u dawk li ma ħaduhiex? Intgħażlu nurses miżżewġa minn dawk li ma ntgħażlux, kien hemm min kellu esperjenza ta' xogħol barra minn Malta?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #17789 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Central Information Management Unit

Question

B'riferenza għal avviż li deher fil-ħarġa ta' l-10 ta' Awissu, 1999 ta' The Times, jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-erba' executives li ntgħażlu mic-Central Information Management Unit billi jagħti l-isem, il-kunjom, l-indirizz, il-curriculum vitae u dettalji dwar salarji, benefiċċji u allowances li ġew offruti kif ukoll jgħid minn min kien kompost il-bord ta' l-għażla ta' dawn l-executives?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li ma sar ebda ngaġġ wara s-sejħa ta' Awissu 1999 għall-applikazzjoni għall-post ta' Executive mal-Central Information Management Unit. Il-bord ta' l-għażla kien kompost miċ-Chief Information Management Officer u minn ħames uffiċjali oħra marra fuq standards u policies għall-informatika.
Leg 9 PQ #18051 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Interim From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtoritajiet governattivi — Salarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma s-salarji u l-perks eċċ li jingħataw liċ-chairman ta' l-awtoritajiet, korporazzjonijiet u entitajiet oħra mal-Gvern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar chairmen ta' awtoritajiet u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #18025 Sitting 348 2000-07-14 Oral · Interim From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu n-nies li ġew ingaġġati mal-gvern sena b'sena mill-1987 'l hawn?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #17927 Sitting 347 2000-07-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Ibħra Maltin - Klieb il-baħar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm waslu u saru rapporti f'dawn l-aħħar erba' snin, sena b'sena, lill-Forzi Armati ta' Malta dwar klieb il-baħar (sharks) u ħut kbir ieħor fl-ibħra Maltin?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

It-total ta' rapporti li waslu għand il-Forzi Armati dwar klieb il-baħar u ħut kbir ieħor fl-ibħra Maltin huma murija hawn taħt: 1997 - xejn 1998 - 4 1999 - 2 2000 (sal-lum)- 3
Leg 9 PQ #17938 Sitting 347 2000-07-14 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni maċ-Ċivil f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u x'tip ta' xogħol jagħmlu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #17939 Sitting 347 2000-07-14 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Persuni li rriżenjaw

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm rriżenjaw persuni minn maċ-Ċivil, sena b'sena, f'dawn l-aħħar ħames snin u x'tip ta' xogħol kellhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #17777 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tiġrijiet taż-żwiemel — Kumitat

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma, iva jew le, jekk hux se jkun huwa l-Prim Ministru li se jaħtar il-kumitat tat-tmexxija tat-triġijiet taż-żwiemel fil-Marsa jew xi persuni qrib tiegħu? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma r-raġunijiet?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposti li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 17585 u 17586.
Leg 9 PQ #17852 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

National Computing Centre — Eżamijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex l-istudenti kollha li għamlu eżamijiet għal diploma computer studies tan-National Computing Centre (NCC) f'Manchester baqgħu ma ntgħażlux fl-interviews għal system support officers fil-MITTS?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #17853 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' personnell ta' l-Armata li attendew għal kors barra minn Malta f'dawn l-aħħar għaxar snin? X'tip ta' kors kien u kemm minn dawn is-suldati għadhom fl-Armata llum?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba, li hi mifruxa fuq għaxar snin, qed tinġabar. Dik l-informazzjoni li tista' tinħareġ ser tingħata fi tweġiba f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #17854 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm telqu suldati wara li rriżenjaw mill-Armata s-sena l-oħra u din is-sena? X'kien ir-rank tagħhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-Att dwar il-Forzi Armati ta' Malta ma jagħtix lis-suldat dritt ta' riżenja. Jista jiġi maħlul mis-servizz taħt sistema ta' 'Discharge by Purchase' jew tmiem ta' servizz għal raġunijiet ta' kompassjoni. Fl-1999 kien hemm ħames 'Discharges by Purchase' (Surġent, Lance Bombardier u tliet Gunners) u Gunner li temm is-servizz għal raġunijiet ta' kompassjoni. Fis-sena 2000 kien hemm tliet Gunners li ġew 'Discharged by Purchase'.
Leg 9 PQ #17855 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk is-suldati li qed jagħmlu għassa madwar il-ħabs humiex qed jingħataw x'jieklu u x'jixorbu, waqt ix-xift tagħhom u x'tip ta' protezzjoni mix-xemx qed tipprovdilhom l-Armata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li s-suldati li qegħdin jagħmlu għassa madwar il-ħabs jaħdmu fuq xift normali bħal suldati oħra. Biex dawn is-suldati jiġu protetti mix-xemx, l-awtoritajiet tal-ħabs ipprovdew strutturi li diġa kienu f'posthom meta s-suldati bdew l-għassa.
Leg 9 PQ #17787 Sitting 341 2000-07-10 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Kummissjoni dwar Dixxiplina

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux qiegħed isir monitoring ħalli jkun magħruf sewwa kif qegħdin jaħdmu r-regolamenti l-ġodda tad-dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ntrodotti mill-1 ta' Frar, 2000? Jekk fl-affermattiv, jista jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport preliminari dwar ħidma bħal din għall-ewwel erba' xhur (Frar-Mejju)?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat illi wara l-pubblikazzjoni tar-Regolamenti ta' l-1999 tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (Proċedura ta' Dixxiplina) saru u għadhom qed isiru diversi sessjonijiet ta' taħriġ kemm għall-Kapijiet tad-Dipartimenti kif ukoll għall-uffiċjali ogħlja dwar kif ir-Regolamenti għandhom jiġu mħaddma. Saru wkoll diversi laqgħat ta' informazzjoni għall-uffiċjali fil-livell iżjed 'l isfel biex ikunu jafu bl-implikazzjonijiet tar-Regolamenti l-ġodda tad-Dixxiplina. Ir-Regolamenti l-ġodda jipprovdu għal deċentralizzazzjoni tad-dixxiplina u mhux il-ħsieb li jsir monitoring kontinwu miċ-ċentru dwar kif dawn qed jitħaddmu. Madankollu hemm il-ħsieb li ssir evalwazzjoni ta' kif tħaddmu dawn ir-Regolamenti fl-aħħar ta' din is-sena b'konsultazzjoni mal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Leg 9 PQ #17725 Sitting 339 2000-07-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Data Protection — White paper

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-white paper dwar id-Data Protection?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-“White Paper” dwar Qafas Leġislattiv għat-Tħaddim ta’ l-Informazzjoni inkluż id-“Data Protection”
Leg 9 PQ #17462 Sitting 336 2000-07-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Diretturi/Kapijiet

Question

Billi dan l-aħħar bosta diretturi u kapijiet ta' dipartimenti kienu fl-aħbarijiet minħabba nuqqasijiet serji, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk id-diretturi u kapijiet ta' dipartimenti li mill-1 ta' Jannar, 2000 'il hawn bdew jittieħdu passi dixxiplinarji kontrihom? Jekk fin-negattiv, għaliex dawn il-passi ma tteħdux?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi mill-1 ta' Jannar 2000 `l hawn ma bdew jittieħdu l-ebda passi dixxiplinarji kontra xi Direttur jew Kap ta' Dipartiment għax ma jirriżultax li kien hemm nuqqasijiet kif qed jallega l-Onorevoli Membru.