Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li suldati tal-Forzi Armati ta' Malta qed jiġu ordnati li jilbu l-patese meta l-indikazzjonijiet huma li dawn jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-bniedem?
Jaf jew le l-Prim Ministru li dan it-tip ta' ilbies ilu li ġie deċiż li ma jintlibisx minn suldati ta' armati barranin minħabba r-raġuni miġjuba aktar 'il fuq?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li l-Forzi Armati qatt ma kellhom u lanqas għandhom xi informazzjoni dokumentata jew verbali li l-puttees huma ta' dannu għas-saħħa tas-suldat. Fil-fatt kemm fl-Armata tar-Renju Unit kif ukoll fil-Forzi Armati ta' Malta hemm individwi li jippreferu jilbsu l-ankle boots bil-puttees, milli boots oħra aktar moderni mingħajr puttees.
Jien infurmat ukoll li fil-ġimgħat li ġejjin il-boots li magħhom jintlibsu l-puttees ser jinbidlu ma oħrajn aktar moderni (high-leg) li magħhom ma jintlibsux puttees.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm mill-ħaddiema li kienu joperaw bil-karozza impressed ġew impjegati mal-gvern?
Jista' jgħid kemm minn dawn irrifjutaw l-impjieg u kemm minnhom ma' ġewx offruti l-impjieg?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18511.
Jista' l-Prim Ministru jinformani f'liema dati matul is-sena 1999 u s-sena 2000 kien imsiefer fuq xogħol ministerjali?
Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-persuni li kienu jifformaw kull delegazzjoni u x'kien l-għan taż-żjara u x'kienu r-riżultati ta' kull żjara?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18231?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar id-disa organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tiegħi.
Nixtieq inżid li s-Sur Joseph Curmi kien jokkupa l-ħatra ta' Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni immedjatament qabel inħatar bħala Chairman tal-Public Service Commission.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta (data) l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, irtira mis-Servizz Pubbliku u x'kienet ir-raġuni għal dan l-irtirar qabel dan reġa' ġie ngaġġat fid-29 ta' Awissu, 1996?
Jista' jgħid xi grad u xi skala ta' salarju kellu u x'somma ingħatat tas-servizz din il-persuna u meta rtirat f'liema dipartment jew ministeru kienet taħdem?
Konsegwentement, jista' jgħid meta (data) din il-persuna talbet jew intalab li terġa' tiġi reinstated fis-Servizz Pubbliku, meta fil-fatt reġa' daħal lura għax-xogħol u fil-fatt fejn qiegħed jaħdem?
Jista' jgħid ukoll jekk mid-data li reġa' ġie reinstated ħax xi promozzjoni jew tpoġġietx fi skala ta' salarju aktar minn dik li kellu meta oriġinarjament kienet itirat u kif din irriflettiet fis-salarju annwali tagħha?
Jista' jgħid ukoll jekk l-imsemmi persuna għadhiex taħdem fis-Servizz Pubbliku u jekk fin-negattiv, jista' jgħid meta din il-persuna irtirat mill-ġdid u x'somma ħa tas-servizz wara t-tmien ta' l-impjieg tiegħu?
Jista' jgħid ukoll jekk l-aħħar skala li ngħatat din il-persuna wara li reġgħet ġiet reinstated irrifletitx fil-pensjoni li hu kien qiegħed jieħu meta irtira l-ewwel darba u jekk fl-affermattiv kemm kienet din id-differenza fuq bażi annwali?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-persuna indikata mill-Onorevoli Interpellant irtirat mis-Servizz Pubbliku b'seħħ mis-7 ta' Frar 1997 fl-eta' ta' sittin sena u disa' xhur, kif għandhom dritt jagħmlu Uffiċjali Pubbliċi wara li jagħlqu s-sittin sena.
Fid-data ta' l-irtirar, din il-persuna kienet fil-grad ta' Uffiċjal Prinċipali Anzjan fi Skala ta' Salarju 7 u kienet taqdi dmirijiet fl-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Din il-persuna ġiet mpjegata mill-ġdid fis-Servizz Pubbliku fil-grad li kellha qabel b'seħħ mis-7 ta' Settembru 1998 u bdiet taqdi dmirijiet fis-Segretarjat Privat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Din il-persuna ġiet maħtura Uffiċjal fi Grad 4 b'seħħ mit-12 ta' Marzu 1999 u bdiet tirċievi salarju fuq Skala 4.
L-imsemmija persuna rtirat mis-Servizz Pubbliku b'seħħ mill-1 ta' Awissu 1999 u bdiet tirċievi l-pensjoni maħduma fuq is-salarju l-ġdid u ngħatat id-differenza relattiva fil-gratuity.
Ma nħossx li hija etika li nagħti nformazzjoni dwar il-gratuity li rċeviet fiż-żewġ każi l-persuna msemmija.
PAGE 1
?ċ.ĠAĦĠŻĠĊĠ7 !'()*12QuPaPuDPc{| +,-./012:!:!:!:!:!:!:!:!:!:!:!:!:!:!:!:!:!K"@"Norm alU]a"A@ġ"Default Paragraph Font @ Header9r )@ħPage Number @ Footero#22!2Q2
!"#+1:;GHOP[\dekrtvzħċŻĊ &(*23=>DEGHMNPRYdejktxżċŻ
'/45:;DETU[_ghkqyġħċ !'/139AFGORZ[bcfjqtx{3OPM Secretariat;\\OASECRETARIAT\PROJECTS\DATA\PQ'S\Yea r 2000 PQ's\18182.docOPMSEC;\\OASECRETARIAT\PROJECTS\DATA \PQ'S\Year 2000 PQ's\18182.docOPM Secretariat?\\OASECRETARIAT\PROJECTS\DATA\PQ'S\Yea r 2000 PQ's\18182mail.doc@Laser1\\OASECRETARIAT\Laser1HPP CL5MSLaser1Laser1@gXX@MSUDHP LaserJet 4<dLaser1@gXX@MSUDHP LaserJet 4<d?Times New RomanSymbol&Arial
Tornado"CVhG&G&G&a$V,\\OASECRET ARIAT\PROJECTS\TEMPLATE\Old\PQ.DOTParliamentary QuestionsTemplate for OPM SecretariatOPM SecretariatOPM SecretariatRoot EntryFf &XWordDocumentCompObjjSummaryInformation(
FMicros oft Word DocumentMSWordDocWord.Document.69qOh+'0(@Lt
ċParl iamentary QuestionsTemplate for OPM SecretariatOPM SecretariatPq.dotROPM Secretariat2DocumentSummaryInformation8.+,0HP\dlt| OPMDParliamentary QuestionsMicrosoft Word for Windows 95G@@*9X@*9X@*9Xa.+,0HP\dlt|OPMDParliamentary Questions
Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn waslu t-taħdidiet bejn l-union konċernata u l-uffiċċju tiegħu dwar il-ftehim kollettiv tal-General Service Grad?
Ma jaħsibx il-Prim Ministru li dan il-ftehim ilu jiġi diskuss u wasal iż-żmien li jiġi ffinalizzat biex il-ħaddiema fil-general service jibdew igawdu benefiċċji oħra li ħaddiema oħra fis-Servizz Pubbliku diġa' bdew jibbenefikaw minnhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
It-taħdidiet dwar il-ftehim kollettiv ġdid għandhom jibdew f'Ġunju 2001 kif stipulat fl-aħħar Ftehim Kollettiv milħuq ma l-Unions f'Diċembru 1998.
Ninsab infurmat li t-taħdidiet dwar l-eżerizzju korrettorju ta' Gradi tal-General Service għadhom għaddejjin u nispera li jiġu konklużi fix-xhur li ġejjien.
B'riferenza għal dak li ġie mxandar dwar l-impressed drivers mal-gvern, jista' l-Prim Ministru jgħid meta dawn se jinqalbu mal-gvern? F'liema grad se jiddaħħlu mal-gvern u f'liema skala tas-salarju? Jekk hu se jagħmel użu mill-karozza tagħhom jew se jipprovdi karozza l-gvern? Kemm "impressed drivers" s'issa ddeċidew li jissieħbu mal-gvern, kemm rrifjutaw u kemm għadhom indeċiżi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Dawk l-impressed drivers li fil-preżent qegħdin fuq kuntratt temporanju ma' Dipartimenti tal-Gvern qed jiġu offruti impieg bħala Labourer (ex-Impressed Driver) fuq il-minimum ta' Skala ta' Salarju 20, jiġifieri Lm2,635.
Dawk l-impressed drivers li jkunu nteressati f'impjieg permanenti għandhom għażla:-
- jew jikru l-vettura tagħhom lid-Dipartiment tal-Gvern;
- jew ma jipprovdux il-vettura tagħhom.
Ninsab infurmat li l-impressed drivers tal-Gvern ingħataw żmien sal-31 ta' Lulju, 2000 biex jiddikjaraw jekk humiex lesti jaċċettaw impieg mal-Gvern.
Qabel ma dan l-eżerizzju jkun konkluż mhux possibbli li jingħataw il-figuri rekjesti.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta beħsiebu l-gvern joħroġ sejħa għalll-applikazzjonijiet biex ċittadini jissieħbu fil-Forzi Armati ta' Malta? Meta?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-aħħar grupp ta' rekluti ngaġġaw ma' l-Armata fl-1 ta' Frar 2000 u 70 temmew b'suċċess il-kors bażiku fid-19 ta' Mejju 2000.
Ingaġġ ta' iktar rekluti fl-Armata hu maħsub li jsir matul is-sena d-dieħla.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 18266?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar. Minħabba li tinvolvi l-ġbir ta' ammont sostanzjali ta' records b'mod manwali, tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hawn impjegati taċ-Ċivil illi s-sena l-oħra qalgħu flus aktar mill-president? F'liema dipartimenti kienu u x'tip ta' xogħol jagħmlu u xi grad għandhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lil ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti lijiġu mġiegħla jiffirmaw dawk il-ħaddiema fiċ-ċivil li jintgħażlu biex iservu bħala permanent secretary, direttur ġenerali, direttur?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Mill-1992 'il quddiem il-ħatriet ta' Segretarji Permanenti, Diretturi Ġenerali, Diretturi u issa anki ta' Assistenti Diretturi isiru fuq bażi ta' Performance Agreement u dan jidħlu għalih għax ikunu jridu u mhux għax ikunu mġiegħla.
Ma jidhirlix li hu prudenti li nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn l-Agreements.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk skond ir-riforma taċ-ċivil, il-ġranet li nma jittieħdux bħala sick leave fl-aħħar erbgħa snin qabel jirtiraw mix-xogħol jistgħu jiġu meħuda bħala ġurnata leave għal kull jumejn sick leave li ma jkunux ittieħdu? Jekk fl-affermattiv, din tapplika għas-suldati, għall-pulizija u għall-membri tal-protezzjoni ċivili?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Skond iċ-ċirkolari OPM/38/98 maħruġa fit-18 ta' Diċembru 1998, hemm żewġ skemi ġodda li jittrattaw fuq akkumulazzjoni ta' Sick Leave. Dawn huma:
Skema ta' Accumulation of Sick Leave
Uffiċjali pubbliċi li m'humiex intitolati għal-sick leave ta' 182 ġurnata jistu jġorru nofs is-sick leave li ma jkunux utiliżżaw fl-aħħar erbgħa snin sabiex jużawhom f'każ ta' mard serju jew jekk ikollhom bżonn jidħlu l-isptar.
Skema ta' Pre-Retirement Leave
Uffiċjali pubbliċi li jirtiraw bl-eta jistgħu jieħdu massimu ta' tlett xhur leave bi ħlas bħala Pre-Retirement Leave li jridu jittieħdu fuq bażi kontinwa u mmedjatament qabel ma jirtiraw. Dawn it-tlett xhur jinħadmu fuq is-sick leave b'paga sħiħa li l-uffiċjali ma jkunux utiliżżaw minn mindu daħlu mal-gvern. L-uffiċjali jistgħu jġorru għal dan l-iskop mhux aktar minn ħmistax il-ġurnata Pre-Retirement Leave għall kull sena kalendarja fuq bażi ta' ġurnata Pre-Retirement Leave għal kull jumejn Sick Leave bi ħlas sħiħ li ma jkunux utiliżżaw.
Dawn l-iskemi tal-Pre-Retirement Leave u tal-Accumulation of Sick Leave japplikaw biss għal uffiċjali pubbliċi. Għalhekk is-suldati ma jibbenefikawx minn dawn l-iskemi.
Peress li skond l-aħħar Regolamenti tad-Dixxiplina dwar is-Servizz Pubbliku, wieħed mir-reati gravi li jista' jagħmel Kap ta' Dipartiment huwa li jwaqqa' s-Servizz Ċivili għaċ-ċajt u jagħti fama ħażina lill-istess servizz, u peress li dan l-aħħar fl-istampa lokali dehru diversi rapporti dwar kapijiet ta' dipartiment b'kundanni li jiskreditaw is-servizz, jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu jew se jittieħdu mis-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru kontra dawn il-kapijiet? Jekk ma ttieħdu l-ebda passi, għaliex?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li ma jirriżultax li dan l-aħħar kien hemm nuqqasijiet minn xi Kap ta' Dipartiment li jimmeritaw li jittieħdu passi dixxiplinarji kontrih.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li l-ETC qed titlob għal vakanzi ta' messaġġiera maċ-Ċivil?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi skond il-Ftehim li hemm ma l-Unions, ir-reklutaġġ tal-messaġiera fis-Servizz Pubbliku isir wara sejħa għall-applikazzjonijiet minn fost uffiċjali pubbliċi fi skala ta' salarju mhux ogħla minn Skala 17. Għalhekk mhux minnu dak li qed isaqsi dwaru l-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, istituti u organizzazzjonijiet oħra kważi non-governmental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħid kull eneita' meta ġiet imwaqqfa?
Jista' jgħid is-salarji u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ-chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'?
Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu mpjegati fiċ-Ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l-aħħar?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, f'xogħol relatat ma' monitoring, screening, addozzjoni, kompatabbilita' eċċ ta' liġijiet, direttivi, deċiżjonijiet, regoli, eċċ ta' l-Unjoni Ewropea, u li taw dan is-servizz minn Jannar, 1999 sal-lum? X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ? X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qiegħed jingħata f'kull każ? Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti? Min jew liema bord ta' għażla jew xorta oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li fid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma ngħata l-ebda servizz minn avukati jew konsulenti legali għal xogħol ta' monitoring, screening, addozzjoni, kompatabbilita' ta' liġijiet, direttivi, deċiżjonijiet u regoli ta' l-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex l-istudenti kollha li għamlu eżamijiet għal diploma computer studies tan-National Computing Centre (NCC) f'Manchester baqgħu ma ntgħażlux fl-interviews għal system support officers fil-MITTS?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li għat-talba tal-MITTS lil ETC biex tinnomina kandidati eliġibbli għall-post ta' System Support Officer, li għaliha l-Kumpanija kellha erba postijiet vakanti, l-ETC għaddiet sbatax il-isem ta' persuni eliġibbli lill-MITTS. Fost dawn kien hemm numru ta' kandidati li kienu attendew jew kienu qegħdin jattendu l-National Computing Centre (NCC) course. Il-persuni kollha nominati mill-ETC kienu mistiedna biex jersqu għall-interview.
Sitta minn dawn ma attendewx għall-interview.
Fi tmien il-proċess tal-għażla, erba persuni ġew magħżula u offruti l-pożizzjoni ta' System Support Officer.
Tlieta minn dawn l-erba kandidati kienu minn dawk li għamlu eżamijiet għal Diploma Computer Studies ta' l-NCC.
Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku — Każijiet ġodda
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il każ ġdid tressaq quddiem il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku fl-ewwel sitt (6) xhur ta' din i-sena?
Liema kienu l-akkużi prinċipali kontra dawk li tressqu?
Kemm minnhom ġew deċiżi diġa'?
Kemm-il każ irriżulta f'sospensjoni u kemm fit-tkeċċija?
F'kull każ, ta' liema grad kienu l-persuni konċernati?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Fl-1 ta' Frar 2000 daħlu fis-seħħ ir-Regolamenti l-ġodda tad-Dixxiplina li permezz tagħhom il-każijiet ta' dixxiplina ġew delegati lill-Kapijiet tad-Dipartimenti u dawk il-każijiet serji li jiġu riferuti lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ma għandhomx jgħaddu aktar mill-Uffiċċju tiegħi.
Dwar id-Dipartimenti li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tiegħi, ninsab infurmat illi ma kien hemm l-ebda każ ta' dixxiplina li ġie riferut lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Fir-rigward tal-Ministeri l-oħra, nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministri rispettivi.
Dwar każijiet ta' dixxiplina li nbdew mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Jannar 2000 taħt ir-Regolamenti tad-Dixxiplina ta' l-1977, qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Skeda li turi d-dettalji mitluba.