Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #203 Sitting 363 2000-09-18 Written · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 18266?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija numru 18025.
Leg 9 PQ #205 Sitting 363 2000-09-18 Written · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm membri ngaġġati fil-Forzi Armati? X'pożizzjoni għandhom fl-Armata? F'liema sena daħlu? Hemm xi membri li għadhom fl-istess pożizzjoni li oriġinarjament daħlu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-Risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 191. Ninsab infurmat li l-ingaġ ġ tal-membri tal-Forzi Armati li sar f’dawn is-snin kienu: 1970 53 1986 98 1971 30 1987 329 1972 - 1988 3 1973 - 1989 155 1974 - 1990 37 1975 - 1991 59 1976 113 1992 57 1977 24 1993 133 1978 9 1994 114 1979 19 1995 126 1980 1 1996 73 1981 - 1997 10 1982 40 1998 2 1983 5 1999 9 1984 1 2000 77 1985 80 Total 1659 Jien infurmat ukoll li hemm 963 membru tal-Forzi Armati ta’ Malta li għ adhom fl-istess poż izzjoni li oriġ inarjament daħ lu fiha.
Leg 9 PQ #18767 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Parental leave

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18546 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jgħid kemm hemm nies fuq bordijiet li għandhom parental leave?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li ħadd mill-impjegati pubbliċi li huma appuntati fuq “Boards” statutorji ta’ l-Uffiċċju tiegħi ma huma fuq “parental leave”. Dwar impjegati appuntati fuq “Boards” statutorji f’Ministeri oħrajn, nistieden l-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministri rispettivi.
Leg 9 PQ #18801 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Auberge de Castille — Turisti

Question

Jista' l-Prim Ministru in vista tad-domandi parlamentari preċedenti jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba huwiex minnu li matul is-sajf tul ġimgħatejn se jkun hemm miftuħ l-Auberge de Castille għal visti tal-pubbliku u tat-turisti kif sar b'mod tant tajjeb matul il-ġimgħat tas-servizz pubbliku, jistax ukoll jinforma l-Kamra kemm kien hemm minn dawn l-viżitaturi tul dak iż-żmien?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba raġunijiet li rreferejt għalihom f’risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 11916 ma kienx hemm il-ħsieb li tinfetaħ l-Auberge de Castille għal żjarat tal-pubbliku u tat-turisti matul dan is-sajf. Ninsab infurmat li madwar mitejn u ħ amsin persuna ż aru Kastilja matul il-Ġ imgħ a tas-Servizz Pubbliku li saret aktar kmieni din is-sena.
Leg 9 PQ #18848 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Gwardjani privati

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 13741 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': B'riferenza għal avviż għal għanijiet ta' l-Att ta' l-1996 dwar Gwardjani Privati u Lokali" Att Numru XIII ta' l-1996" Numru 898 maħruġ fil-Gazzetta tal-Gvern Numru 16,878 bid-data ta' 26 ta' Novembru 1999, paġna 8266 għaliex il-lista ta' l-applikazzjonijiet li rċieva l-Kummissarju tal-Pulizija, skond Artiklu 7 u 8 ta' l-Att ta' l-1996 dwar il-gwardjani privati u lokali ma ġietx stampata kif attwalment jindika l-avviż imsemmi? Jista' l-Prim Ministru jagħti din il-lista ta' l-applikazzjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13741. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħ mel il-mistoqsija lill-Ministru ta’ l-Intern.
Leg 9 PQ #18849 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Part-time clerks — Pro rata maternity leave

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-part-time clerks impjegati fl-iskejjel tal-gvern mhumiex intitolati għal pro-rata maternity leave?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Skond iċ-Ċirkolari MPO 68/97, impjegati każwali jew “part-time” li jaħdmu ħamsa u tletin (35) siegħa fil-ġimgħa jew aktar u li jkunu ilhom jaħdmu dawn is-sigħat għal tnax-il xahar konsekutivi huma intitolati għal “maternity leave”. Il-“part-time clerks” impjegati fl-iskejjel jaħ dmu biss ħ amsa u għ oxrin (25) siegħ a fil-ġ imgħ a. Dawn il-“part-time clerks” qabel ma jibdew il-vaganzi tas-sajf jispiċ ċ alhom il-kuntratt u mbagħ ad meta terġ a tibda l-iskola jkollhom japplikaw mill-ġ did. Għ al dawn ir-raġ unijiet il-“part-time clerks” fl-iskejjel mhumiex intitolati għ al “maternity leave”.
Leg 9 PQ #18850 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema Awżiljarji

Question

B'riferenza għar-risposta għad-domanda parlamentari numru 7780 datata 17 ta' Ġunju, 1999, dwar il-pożizzjoni ta' dak il-grupp ta' ex-impjegati ta' l-AWTS li għal numru ta' snin baqgħu impjegati każwali tal-gvern, jista' l-Prim Ministru jgħid x'pożizzjoni se jieħu jew ħa l-gvern dwar dawn l-impjegati, issa li għaddiet aktar minn sena?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-pożizzjoni tat-82 ħaddiem “unclassified (ex-Awts)” ġiet regolarizzata f’Mejju li għadda meta ngħataw impjieg mal-Gvern fi grupp 1 tal-Gradi Industrijali.
Leg 9 PQ #18877 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nurmu 18025, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema spiċċaw jew biż-żmien jew minħabba li rriżenjaw jew minħabba xi raġuni oħra? Il-ħaddiema li baqgħu impjegati maċ-Ċivil baqgħu fl-istess post jew grad? Ingħata xi taħriġ lil dawn il-ħaddiema sabiex il-Gvern iwieġeb għall-isfidi tal-lum?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għall-mistoqsija numru 7072 illi tirrispondi parzjalment il-mistoqsija. Biex tingħ ata tweġ iba sħ iħ a, hemm involut ammont konsiderevoli ta’ xogħ ol manwali, illi nifhem li mhux vijabbli li jsir.
Leg 9 PQ #18890 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari numru 18025, jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema gradi kienu mpjegati l-ħaddiema li ġew impjegati wara April 1987?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra skeda li turi f’liema gradi kienu impjegati l-ħaddiema li daħlu fiċ-Ċivil bejn Mejju u Diċembru 1987, kif ukoll skeda li turi l-gradi ta’ l-impjegati li ddaħlu bejn Jannar u April 1987.
Leg 9 PQ #17853 Sitting 362 2000-07-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' personnell ta' l-Armata li attendew għal kors barra minn Malta f'dawn l-aħħar għaxar snin? X'tip ta' kors kien u kemm minn dawn is-suldati għadhom fl-Armata llum?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li fil-perjodu bejn l-10 ta' Lulju 1990 u l-10 ta' Lulju 2000, 140 persuna (Fizzjali u Suldati) attendew korsijiet ta' taħriġ barra minn Malta. Minn dawn, 128 persuna għadhom iservu fl-Armata. Id-diversi tipi ta' korsijiet jidhru fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #18025 Sitting 362 2000-07-26 Oral · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu n-nies li ġew ingaġġati mal-gvern sena b'sena mill-1987 'l hawn?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi n-numru ta' persuni li ġew ingaġġati mal-Gvern, sena b'sena, mill-1987 sal-lum u wkoll tabelli li juru l-impieg tagħhom.
Leg 9 PQ #18051 Sitting 362 2000-07-26 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtoritajiet governattivi — Salarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma s-salarji u l-perks eċċ li jingħataw liċ-chairman ta' l-awtoritajiet, korporazzjonijiet u entitajiet oħra mal-Gvern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ingħatat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18592.
Leg 9 PQ #18662 Sitting 361 2000-07-26 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kapijiet ta' dipartimenti ġew immultati mill-qorti mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum? X'kienet il-multa? Min se jħalls jew ħallas dik il-multa? X'passi se jittieħdu kontra l-kap involut?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fl-Uffiċċju tiegħi ma ġie riferut l-ebda każ ta' Kap ta' Dipartiment li ġie mmultat mill-Qorti fil-perjodu bejn 1 ta' Jannar 2000 'l hawn.
Leg 9 PQ #18665 Sitting 361 2000-07-26 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġiet tiswa lill-gvern il-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku organizzata għall-bidu tax-xahar ta' Ġunju li għadda? Kemm ġew jiswew is-slots li fihom deher jitkellem il-Kap taċ-Ċivil, u kemm nefaq il-gvern biex dawn ixxandru fuq diversi stazzjonijiet tat-televiżjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-ispiża totali konnessa ma' l-attivitajiet li ttellgħu matul il-ġimgħa tas-Servizz Pubbliku kienet ta' Lm12,807. Din iċ-ċifra tinkludi l-ispejjeż kollha konnessi mal-promotional spots li fihom dehru numru ta' uffiċjali għolja inkluż il-Kap tas-Servizz Pubbliku. Dawn l-ispots intwerew fuq l-istazzjonijiet tal-PBS, Super One u NET, bi spiża totali ta' Lm5,083. L-ispiża biex inġibdu l-ħames spots kienet ta' Lm2,443.
Leg 9 PQ #18667 Sitting 361 2000-07-26 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ghawdex — Customer Services - Direttur

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex għadha ma ngħatat ebda raġuni għaliex l-ex-direttur tal-Customer Services ta' Għawdex ma ġġeddidlux il-kuntratt? Jista' jgħid huwiex minnu li dan sar għax kienu ttieħdu passi dixxiplinarji kontrih?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 16927.
Leg 9 PQ #17938 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni maċ-Ċivil f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena u x'tip ta' xogħol jagħmlu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li ġew impjegati maċ-ċivil f'dawn l-aħħar ħames snin hu kif jidher hawn taħt:- 1996 - 1185 1997 - 734 1998 - 870 1999 - 1155 2000 - 373 (Jannar sa Ġunju) Dettalji oħra, kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant, jidhru fit-tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #17939 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Persuni li rriżenjaw

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm rriżenjaw persuni minn maċ-Ċivil, sena b'sena, f'dawn l-aħħar ħames snin u x'tip ta' xogħol kellhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li rriżenjaw minn maċ-ċivil f'dawn l-aħħar ħames snin hu kif jidher hawn taħt:- 1996-327 1997-249 1998-236 1999-197 2000-111 (Jannar sa Ġunju) Dettalji oħra, kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant, jidhru f'diversi tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #18091 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17870 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': fir-rigward promotions għall-midwives scale no. 8, illi kienu għalqu l-applikazzjonijiet tagħhom fl-14/2/97 u mbagħad sar l-interview fil-25/3/99, jista' l-Prim Ministru jgħid: (i) min kienu l-membri fuq il-board; (ii) min kienu dawn ta' qabel; u (iii) min għażel il-membri tal-board li għamel l-interviews? Kif intgħażlu? Kemm kellhom esperjenza fil-midwifery u/jew fix-xogħol tagħhom u x'kien? Kemm kellhom esperjenza fix-xogħol dawk li ħaduha u dawk li ma ħaduhiex? Intgħażlu nurses miżżewġa minn dawk li ma ntgħażlux, kien hemm min kellu esperjenza ta' xogħol barra minn Malta?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku għaddietli din l-informazzjoni: (i) Il-membri tal-Bord ta' l-għażla għas-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili ta' postijiet ta' Midwifery Officer (DH Ċirkulari Nru 8/97 li ġġib id-data ta' l-20 ta' Jannar, 1997 u li d-data ta' l-għeluq kienet l-14 ta' Frar, 1997), kienu: Chairperson - Ms Margaret Abela, Manager, Midwifery Services Members - Ms Nathalie Zammit, Departmental Midwifery Officers Ms M'Assunta Saliba, Departmental Midwifery Officer Ms Norma Salamone, Assistant Principal, rappreżentant tal-Management and Personnel Office (ii) Il-membri tal-Bord ta' l-għażla tal-proċess ta' qabel (ie DH Ċirkulari Nru36/95 tat-13 ta' Marzu, 1995) kienu: Chairman - Prof Mark Brincat, Director, Department of Obstetrics and Gynaecology Members - Dr Neville Montanaro Gauci, Consultant Accoucher - Ms Astrid Miller, Assistant Principal, rappreżentant tal-Management and Personnel Office. (iii) Il-membri tal-Bord ta' l-għażla jiġu nominati mill-Kap tad-Dipartiment konċernat u jiġu approvati mill-Kummissjoni. Ir-rappreżentant tal-Management and Personnel Office, jiġi nominat mill-Uffiċċju tal-Management and Personnel Office u jkun approvat mill-Kummissjoni. (iv) It-tliet membri professjonali tal-Bord ta' l-għażla kienu l-aktar tliet uffiċjali għoljin fil-klassi tal-Midwifery Fl-1995 meta l-Bord ta' l-għażla kien jinkludi speċjalisti fil-maternita', il-gradi għoljin ta' Manager, Midwifery Services u Departmental Midwifery Officers kienu għadhom ma ntlewx. (v) Il-Kummissjoni mhix f'pożizzjoni li tagħti informazzjoni dwar l-esperjenza u l-istatus tal-kandidati.
Leg 9 PQ #18271 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Ħwejjeġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Forzi Armati ta' Malta għandha out of stock diversi qisien ta' ħwejjeġ, żraben u affarijiet oħra li jifformaw il-Kit tas-Suldati u dan b'detriment għas-suldati infushom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li bħalissa l-Armata qegħda tbiddel il-qlieżet tat-tip denim ma oħrajn tat-tip Battle Dress Uniform. Għalhekk, sakemm tasal il-konsenja l-ġdida ta' qlieżet tat-tip Battle Dress Uniform, li mistennija tasal fi ftit ġimgħat oħra, jista jinħass xi nuqqas fl-istokk ta' qlieżet denim, speċjalment f'ċertu qisien (kbar ħafna u żgħar ħafna).
Leg 9 PQ #18272 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Żraben

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Forzi Armati ta' Malta għandha out of stock żraben li jifformaw il-Kit tas-Suldati u dan b'detriment għas-suldati nfushom? Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ħarġet l-offerta għal forniment ta' dawn iż-żraben? Jista' jgħid: (a) min rebaħ din l-offerta jew mingħand min ġew ordnati dawn iż-żraben; (b) x'ditta huma; (ċ) kemm huwa l-ammont ta' żraben li ġew ordnati u kull par kemm se jiswa; (d) meta ġew ordnati; u (e) meta huwa maħsub li dawn jaslu għand il-Forzi Armati?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Mill-informazzjoni li għandi ma jirriżultax li fl-Armata bħalissa hemm nuqqas ta' Army Boots. Jien infurmat li l-aħħar seħja għall-offerti biex tinxtara konsenja ta' Army Boots High-Leg kienet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern no 16906 tat-8 ta' Frar 2000. L-offerta ntrebħet minn MERC Trading u d-ditta taż-żraben hi Go Faster-UK. L-ordni għal 1,000 par Army Boots High-Leg, li jiswew Lm28.57c il-par, inħarġet fit-23 ta' Ġunju 2000. Il-konsenja kollha waslet għand il-Forzi Armati fid-19 ta' Lulju 2000. Iż-żraben jibdew jitqassmu skond il-bżonn wara li jiżu ċertifikati mill-Malta National Laboratories Ltd li huma ta' kwalita' tajba bħall-kampjun.