Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19029 Sitting 369 2000-09-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MITTS — Ħlas ta' kera

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallset f'kera, sena b'sena, mill-bidu tal-kirja, mill-MITTS tal-post li qed jużaw bħala uffiċini tagħhom fi Blata l-Bajda?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-kera fuq il-post mħallsa mill-MITTS kienet: Sena Lm 1992 80,542 1993 96,146 1994 97,996 1995 97,996 1996 101,996 1997 108,895 1998 108,895 1999 108,895 2000 115,682
Leg 9 PQ #18699 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati taċ-ċivil li għalqu l-61 sena u għadhom jaħdmu mal-gvern taħt xi forma jew oħra? X'qed jagħmlu fix-xogħol tagħhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni li għandhom ’l fuq minn 61 sena, u li qed jaħdmu mal-Gvern illum huwa ta’ 88. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista li turi d-dettalji tax-xogħol li kull wieħed minnhom qiegħed jagħmel.
Leg 9 PQ #18058 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Konsulenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali u barranin li taw servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 sal-31 ta' Mejju 2000? Jista' jgħid min kienu u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid x'salarju u kondizzjonijiet irċevew?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #18062 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Konsulenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali li qed jagħtu servizz lill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #18080 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Konsulenti barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti barranin li qed jagħtu servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid x'salarji u x'kondizzjonijiet għandhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fid-dekasteru tiegħi f’Lulju 2000 kien hemm żewġ konsulenti barranin. Is-Sur Robert Silver jaħdem mal-MEU fl-oqsma kollha ta’ konsulenza maniġerjali speċjalment fi Stħarriġ u Pjanar Strateġiku u Stħarriġ ta’ l-Operat. Is-Sur Viliman Gajovich jaħdem mal-MITTS bħala “Senior IT Consultant”. Dwar kundizzjonijiet ta’ xogħol dawn huma fil-parametri imsemmija fir-risposta għall-mistoqsija Numru 18058.
Leg 9 PQ #18098 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Konsulenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm consultants fid-dekasteru tiegħu? X'inhi r-remunerazzjoni u fringe benefits li jieħdu f'kull każ? Kemm minn dawn il-consultants kienu impjegati mal-gvern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #18387 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Konsulenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18062?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt aktar kmieni f’din is-seduta.
Leg 9 PQ #18591 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Konsulenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18098?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt aktar kmieni f’din is-seduta.
Leg 9 PQ #19068 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari numru 205?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 205 fejn hemm ir-risposta għall-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #18080 Sitting 367 2000-09-20 Oral · Interim From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Konsulenti barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti barranin li qed jagħtu servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid x'salarji u x'kondizzjonijiet għandhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #18098 Sitting 367 2000-09-20 Oral · Interim From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Konsulenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm consultants fid-dekasteru tiegħu? X'inhi r-remunerazzjoni u fringe benefits li jieħdu f'kull każ? Kemm minn dawn il-consultants kienu impjegati mal-gvern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #18591 Sitting 367 2000-09-20 Oral · Interim From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Konsulenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18098?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #18383 Sitting 366 2000-09-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 18058?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni tingħata fis-seduta li jmiss.
Leg 9 PQ #18464 Sitting 365 2000-09-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — PROs

Question

Jista' l-Prim Ministru jinformani minn kien jew kienu l-PROs tal-ministru mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? X'rinumerazzjoni kellu jew kellhom? X'benefiċċji u kondizzjonijiet addizjonali ntawlhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Fis-Segretarjat Privat fl-Uffiċċju tiegħi, id-dmirijiet marbuta ma’ “Public Relations” jitwettqu mill-“Communications Co-ordinator”. Ir-rinumerazzjoni u kundizzjonijiet marbuta mal-post huma regolati mid-Dokument “Engagement of Staff for Private Secretariats” li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f’seduta numru 124 tas-16 ta’ Ġunju 1999. Il-“Communications Co-ordinator” fl-Uffiċċju tiegħi bejn Settembru 1998 u Ġunju 1999 kien is-Sur Peter Portelli u minn Lulju 1999 'il hawn hu is-Sur Emanuel Delia.
Leg 9 PQ #18820 Sitting 365 2000-09-19 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Impjegati taċ-Ċivil

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati taċ-Ċivil li jaħdmu f'dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jaħdmu sigħat imnaqqsa? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-etajiet u skond l-impjegati humiex irġiel jew nisa?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hemm erba’ impjegati taċ-Ċivil li jahdmu sigħat imnaqqsa. L-impjegati huma kollha nisa u l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn it-28 u l-35 sena.
Leg 9 PQ #18853 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Customer Services - Diretturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm minn dawk li applikaw biex jimlew il-pożizzjoni ta' diretturi tal-customer services li kienu diġa' fi skala 5? Kemm kien hemm applikanti li ma kenux fi skala 5? Jista' l-Prim Mnistru jgħid ukoll jekk id-diretturi tal-customer services il-ġodda ngħatawx il-ħatra fuq bażi sostantiva? Jekk fl-affermattiv, a bażi ta' liema fethim jew ċirkolari ngħataw dawn il-ħatriet fuq bażi sostantiva?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li kien hemm għaxar applikazzjonijiet minn uffiċċjali pubbliċi għall-pożizzjoni ta’ Direttur, “Customer Services”, fil-Ministeru għal Għawdex. Minn dawn, tnejn kienu diġa’ fi Skala ta’ Salarju 5 filwaqt li t-tmienja l-oħra ma kienux. Uffiċjal pubbliku li jinħatar għall-pożizzjoni ta’ Direttur jiġi maħtur fuq “Performance Agreement” għall-perjodu ta’ tlett snin, jew sad-data ta’ l-irtirar, skond liema minnhom tiġi l-ewwel, skond kif provdut fir-“Rules and Guidelines” taċ-Ċirkulari OPM 113/92, tat-12 ta’ Novembru 1992.
Leg 9 PQ #18902 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — CSAs

Question

Jista' l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm hemm assistenti soċjali każwali li dalwaqt se jibdew igawdu minn impjieg permanenti mal-gvern bħala riżultat tat-twettiq ta' wegħda oħra tal-programm elettorali tal-Partit fil-Gvern odjern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #18903 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Tajpisti każwali

Question

Jista' l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm hemm tajpisti każwali li dalwaqt se jibdew igawdu minn impjieg permanenti mal-gvern bħala riżultat tat-twettiq ta' wegħda oħra tal-programm elettorali tal-Partit tal-gvern odjern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li n-numru attwali ta’ tajpisti każwali mpjegati mal-Gvern huwa 136. Nirreferi wkoll l-Onorevoli Nterpellant għar-risposta ta’ nhar is-17 ta’ Jannar 2000 mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12337.
Leg 9 PQ #18904 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Awżiljarji

Question

Jista' l-Prim Minsitru jekk jogħġbu jgħid kemm hemm ħaddiema awżiljarji li dalwaqt se jibdew igawdu minn impjieg permanenti mal-gvern bħala riżultat tat-twettiq ta' wegħda oħra tal-programm elettorali tal-partit fil-gvern odjern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li l-“ħaddiema awżiljarji” (ex-AWTS) diġà qegħdin igawdu minn impjieg permanenti mal-Gvern. In-numru ta’ dawn il-ħaddiema huwa ta’ tnejn u tmenin.
Leg 9 PQ #191 Sitting 363 2000-09-18 Written · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Membri

Question

Jista' l-Prim Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jerġa' jsir ingaġġ tal-Forzi Armati ta' Malta - Forza Regolari - fil-futur qarib? Kemm hemm membri fil-Forzi Armati ta' Malta u x'inhu n-numru f'kull grad?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li ingaġġ ta’ aktar rekluti fl-Armata hu maħsub li jsir matul is-sena d-dieħla. Fl-1 ta’ Settembru 2000 il-membri regolari tal-Forzi Armati kienu: Brigadier 1 Warrant Officer I 4 Colonel 2 Warrant Officer II 34 Lieutenant Colonel 5 Staff Sergeant 55 Surgeon-Major 1 Sergeant 97 Major 13 Bombardier 180 Surgeon-Captain 1 Lance Bombardier 233 Captain 22 Gunner 959 Lieutenant 42 2 nd Lieutenant 10 TOTAL 97 TOTAL 1562 Total Globali: 1659