Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-gvern fir-rigward ta' xogħol għal persuni li servew sentenza il-ħabs, f' dipartimenti tal-gvern u korpi parastatali?
Kemm ġew impjegati persuni b'din il-kondotta mad-dipartimenti tal-gvern u korpi parastatali mill-1987 sal-lum?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li ma’ l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ġew impjegati 79 nies ġodda u rreżenjaw jew irtiraw 77 mill-5 ta’ Settembru 1998 ’il hawn.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-gradi ta’ l-impjegati.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li dawk l-impjegati mal-Gvern li fl-1987 il-Gvern Nazzjonalista ddikjara bħala irregolari, wara tant snin qatt ma ngħataw promozzjoni?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat li dawk l-impjegati fis-Servizz Pubbliku li fl-1987 kienu kkunsidrati bħala rregolari ġew assimilati fil-gradi ndustrijali skond il-provvedimenti tal-ftehim relattiv u għandhom id-dritt igawdu mill-opportunitajiet għall-promozzjonijiet li jagħtihom l-istess ftehim.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda fid-dekasteru tiegħu mill-1992 sal-lum? Jista' jgħid ukoll x'tip ta' karozza hi (d-ditta)?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li:
Mill-1992 inxtraw :
3
Kia
3
Toyota
14
Hyundai
3
Fiat
10
Mazda
1
Rover
3
Peugeot
10
Skoda
1
Renault
1
Ford
1
Honda
1
Alfa Romeo
1
B M W
Dawn il-karozzi jintużaw kif ġej:
15
‘Office cars’
14
Uffiċjali li għandhom ‘Performance Contract’
3
Uffiċjali li għandhom ‘Private Secretariat Agreement’
1
Prim Ministru
1
Prim Ministru ta’ qabel
5
Forzi Armati ta’ Malta
3
Awtorità tax-Xandir
1
MITTS
8
Inbiegħu
1
Insterqet mill-car park tal-MITTS. (Il-karozza kienet inxurjata)
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-DOI mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li fil-perjodu bejn il-5 ta’ Jannar u l-10 ta’ Settembru 2000 ġew impjegati żewġ “Substitute Clerks” fl-10 ta’ Jannar 2000. Peress li wieħed minn dawn irriżenja fit-2 ta’ Mejju 2000, ġie mpjegat ieħor minfloku fil-5 ta’ Ġunju 2000.
Dawn is-“Substitute Clerks” qegħdin jissostitwixxu żewġ “clerks” li qegħdin bil-“parental leave” u ġew magħżula minn fost numru ta’ reġistranti għax-xogħol ma’ l-ETC, skond il-kwalifiki li ġew mitluba u skond il-kriterji stabbiliti fiċ-ċirkularijiet OPM 23/99 u OPM 40/99. L-għażla saret minn “Board” kompost minn 3 uffiċjali fil-Ministeru.
Fil-perjodu msemmija ġie nominat Assistent Direttur, u impjegati “Principal” u “Clerk”, kollha wara sejħa mill-PSC.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm jiġu organizzati trade courses mill-armata kull sena?
X'ikun it-trade f'kul każ? Kemm, u fuq xiex saru din is-sena? Kemm hemm courses għaddejjin bħalissa?
Kif jintgħażlu min jidħol għal dawn il-korsijiet?
Jintlaqgħu dawk kollha li japplikaw u li għandhom il-kwalifiki meħtieġa?
Jekk le, kemm ġew irrifjutati suldati ghal kull kors li sar din is-sena u għaliex?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat li n-numru ta’ korsijiet ivarja minn sena għall-oħra.
Matul din is-sena saru total ta’ erbatax-il kors f’għaxar snajja’ differenti. Dawn huma murija f’tabella A li tidher hawn taħt ma’ din it-tweġiba. Tnejn minn dawk il-korsijiet li huma “Storeman Technical Group B Class II u Infanteer Group B Class I” għadhom għaddejjin.
Normalment, l-applikazzjonijiet ta’ dawk li jissodisfaw il-rekwiżiti meħtieġa skond l-“AFM Trade Regulations” għal kull sengħa u livell jiġu kkunsidrati biex jibdew il-kors. Iżda, fil-każ li n-numru ta’ vakanzi fuq xi kors speċifiku jkun limitat, ikun meħtieġ li ssir għażla minn dawk li jkunu applikaw. Fl-għażla jiġu kkunsidrati kriterji bħal “rank”, esperjenza ta’ applikant, ix-xogħol li jkun qed jagħmel, u anzjanità.
Il-korsijiet li għalihom ma kienx possibbli li jiġu aċċettati l-applikazzjonijiet kollha, u r-raġuni għal dan, huma murija f’tabella B, li tidher hawn taħt ma’ din it-tweġiba.
Table A
AFM Trade Courses held in Year 2000
Ser No Trade Group & Class
1. Armourer AI (Part I)
2. Combat Engineer BIII
3. Convension Munition Disposal Engineer AII
4. Cook BIII
5. Diver BII
6. Infanteer BIII (2 courses), BI (ongoing)
7. Painter & Decorator BII
8. Radio Operator BI
9. Storeman Technical BIII, BII (ongoing)
10. Vehicle Mechanic AII, AIII
Table B
LIST OF AFM TRADE COURSES HELD DURING 2000 FOR WHICH APPLICATIONS COULD NOT ALL BE ACCEPTED
Ser No Trade Group & Class No of Applications Reason
Not Accepted
1 Vehicle Mechanic AII 3 Lack of vacancies
2 Radio Operator BI 11 Lack of vacancies
3 Infanteer BI 21 Accepted only applicants holding the rank of Bombardier and above
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm mistennija jinħatru nies bħala directors of office of review? Se jkun hemm wieħed f'kull ministeru?
Hemm funzjonijiet tagħhom li llum qegħdin isiru mill-permanent secretaries fil-ministeri kkonċernati?
Jekk iva, għaliex dawn qed jitneħħew minn taħt ir-responsabbilta' tagħhom?
Dawn se jkunu politcal appointees?
Il-Ministri kkonċernati se jkollhom say fl-għażla tagħhom?
Huwa minnu li diġa' ġew identifikati persuni għal dawn il-karigi f'ċerti ministeri meta suppost li għadha ma saritx l-għażla tagħhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Bi tweġiba għall-ewwel tlett partijiet tal-mistoqsija qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-Ċirkulari numru 37/2000 maħruġa mill-Uffiċċju tiegħi, kif ukoll “position description”tal-post “Director (Office of Review)”.
Dwar il-bqija tal-mistoqsija jiena nfurmat illi dawn il-postijiet ser jimtlew permezz ta’ għażla wara sejħa għall-applikazzjonijiet, bl-istess mod kif jimtlew postijiet oħra vakanti ta’ Diretturi.
Billi ġie rapportat li f'Novembru li ġej ministri tad-difiżi tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea u wkoll dawk li qed jistennew li jidħlu se jiltaqgħu biex jiddiskutu s-sehem ta' pajjiżhom fil-forza militari Ewropea, jista' l-Prim Ministru jgħid xi tkun ir-risposta tal-gvern jekk issir talba biex din il-forza tuża lil pajjiżna għal skopijiet militari u jekk il-gvern huwiex lest jaċċetta illi membri barranin ta' din il-forza jiġu ttrejnjati jew stazzjonati Malta?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Għalkemm fil-laqgħa ta’ Novembru li ġej tal-Ministri tad-Difiża Ewropej m’humiex mistennija li jsiru talbiet bħal dawk imsemmija fil-mistoqsija, l-Onorevoli interpellant jista’ jserraħ rasu li, taħt dan il-Gvern, il-parteċipazzjoni ta’ Malta f’istituzzjonijiet u inizzjattivi ta’ l-Unjoni Ewropea, jew ta’ kwalunkwe entità internazzjonali oħra, dejjem ser tkun konformi mal-liġijiet u l-kostituzzjoni ta’ pajjiżna.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif għaliex inħass il-bżonn taċ-ċirkolari MPO/96/2000 tad-19 ta' Settembru, 2000?
Din iċ-ċirkolari ma tmurx kontra l-mobility of labour fejn lill-ħaddiema qed jgħidulhom li mhux bilfors jibqgħu ħajjithom kollha fl-istess xogħol u kontra l-equal opportunities li kulħadd għandu dritt jibdel ix-xogħol tiegħu? Fuq kollox, ma tmurx kontra d-dritt għax-xogħol kif tgħid il-Kostituzzjoni?
B'din iċ-ċirkolari, teacher li hu fi grade 7 mhux se jkun jista' japplika għal assistent kap ta' skola għax dan ukoll hu grade 7, jew kap ta' skola mhux se jkun jista' japplika għal post ta' uffiċjal edukattiv għax it-tnejn huma fl-istess grad?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Iċ-ċirkolari Nru MPO/96/2000 tad-19 ta’ Settembru, 2000 inħarġet għaliex kienu qegħdin jinqalgħu każi fejn persuna fi grad kienet qegħda tapplika biex timla vakanzi fl-istess grad tagħha iżda f’xi dipartiment ieħor, b’detriment għal impjegati oħra fis-Servizz Pubbliku.
Il-possibiltà li persuna tibdel id-dipartiment fejn tkun qed taħdem biex tmur f’dipartiment ieħor diġa teżisti tal-“policy” eżistenti dwar it-“transfers”.
Fiż-żewġ eżempji msemmija mill-Onorevoli Interpellant jiena nfurmat li, jekk isiru l-applikazzjonijiet jistgħu jintlaqgħu peress li, għalkemm fl-istess skala ta’ salarju, l-applikanti jkunu qed jappliku biex jingħataw ħatra fi grad differenti minn tagħhom.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-DOI? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħidjekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li mill-5 ta’ Jannar sa l-10 ta’ Settembru 2000, ingħataw erba’ trasferimenti fuq talba tal-ħaddiema nvoluti u ieħor wara li nħatar fi grad għola fil-kategorija tal-Messaġġiera.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' sick leave meħud meta dan jiġi kkumparat man-numru ta' ġranet ta' xogħol f'kull Ministeru tal-Gvern mill-1997 sa l-1999?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim MInistru jgħid jekk hemmx ħsieb li jinfetħu vakanzi għal suldati fil-Forzi Armati ta' Malta? Jekk iva, kemm huwa l-ħsieb tal-gvern li jdaħħal suldati? Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikanti? Jista' jgħid kif jintgħażlu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Hemm il-ħsieb li jsir reklutaġġ fl-Armata matul is-sena d-dieħla. Il-proċedura ta’ l-għażla tiġi notifikata fil-Gazzetta tal-Gvern kif fil-fatt sar fl-aħħar eżerċizzju ta’ reklutaġġ.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu impjegati ġodda maċ-ċivil u korpi parastatali minn Settembru 1998 sal-lum?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li bejn Settembru 1998 u l-aħħar ta’ Awissu 2000 ġew impjegati mas-Servizz Pubbliku 1839 impjegat ġdid.
Fl-Entitajiet Governattivi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, tul l-istess perjodu ġew impjegati 77 ħaddiem ġdid.
Informazzjoni dwar impjiegi ġodda ma’ korpi parastatali oħra għandha tiġi mitluba lill-Ministri konċernati.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista li turi n-numru ta’ l-impjegati u l-grad.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema taċ-Ċivil? Jista' jagħti r-raġunijiet għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li “transfers” fis-Servizz Pubbliku approvati mill-“Management and Personnel Office” bejn il-5 ta’ Jannar 2000 u l-10 ta’ Settembru 2000 u li jikkonċernaw ċaqliq ta’ nies minn Ministeru għall-ieħor jammontaw għal 122.
Ir-raġunijiet għal dawn it-“transfers” kienu hekk:
94 fuq talba ta’ impjegati stess
21 minħabba esiġenzi tas-Servizz
7 biex l-impjegati jaħdmu fis-Segretarjati Privati ta’ Ministri jew Segretarji Parlamentari
Ingħataw tliet “transfers” minn dipartiment għall-ieħor fl-Uffiċċju tiegħi tul l-istess perjodu. Wieħed kien għas-Segretarjat Privat, wieħed fuq esiġenzi tas-Servizz u l-ieħor fuq għażla ta’ l-impjegat.
Tagħrif dwar “transfers” li ngħataw minn dipartiment għal ieħor f’Ministeri oħra bl-approvazzjoni tas-Segretarji Permanenti rispettivi għandu jintalab mill-Ministri kkonċernati.
It-trasferimenti ta’ ħaddiema fis-Servizz Pubbliku huwa proċess kontinwu u dan kemm għall-ġid tas-Servizz kif ukoll tal-ħaddiema nfushom.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema ta' l-AFM? Jista' jagħti r-raġunijiet għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li fil-perjodu bejn il-5 ta’ Jannar 2000 u l-10 ta’ Settembru 2000 kien hemm 83 “postings” bejn Reġiment u ieħor u 58 “posting” bejn Kumpaniji fl-istess Reġiment. Kien hemm ukoll trasferiment ta’ għaxar ħaddiema pajżana, mill-Forzi Armati għal ma’ Dipartimenti tal-Gvern u tlieta minn Dipartimenti tal-Gvern għal mal-Forzi Armati.
Rigward il-mistoqsijiet l-oħra nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12487 f’seduta numru 239.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta' serqiet mid-dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1999 u din is-sena?
X'oġġetti ġew irrapportati nieqsa f'dawn is-serqiet u x'valur għandhom?
X'passi ttieħdu u qed jittieħdu dwar dawn il-każijiet?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li matul l-1999 u din is-sena ma ġew irrappurtati ebda każijiet ta’ serq mid-dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18877, filwaqt li nifhem li hemm ammont konsiderevoli ta' xogħol ġaladarba s-sistema mhux komputerizzata, jista' għallinqas jgħid x'taħriġ jingħataw l-impjegati taċ-ċivil u liema gradi jattendu għalihom jew hu maħsub li jattendu?
Il-korsijiet li jsiru huma volontarji jew le?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
It-taħriġ li jingħataw l-impjegati tal-Gvern huwa wieħed estensiv u huwa mifrux fuq is-setturi kollha fis-Servizz Pubbliku. Dan jinkludi taħriġ fuq “management”, informatika, taħriġ fuq l-“acquis communitaire”, proċeduri u sistemi tad-dipartimenti tal-Gvern, kif ukoll taħriġ fuq snajjà speċjalizzati.
It-taħriġ jingħata għal gradi kollha fis-Servizz Pubbliku u jittella’ mill-“iStaff Development Organisation” fl-Uffiċċju tiegħi, u fejn hemm bżonn, flimkien ma’ dipartimenti oħra tal-Gvern.
Ġeneralment, il-parteċipazzjoni ta’ mpjegati tal-Gvern fuq korsijiet imtellgħin mill-SDO ssir jew wara sejħa għall-applikazzjonijiet jew wara li jkunu nominati mill-kapijiet tagħhom.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-MITTS tixtri post bħala uffiċċju u dan fid-dawl ta' mistoqsija numru 19029 fejn mill-1992 sa din is-sena tħallsu eluf kbar ta' liri f'kera?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li sal-lum, il-MITTS ma għandhiex il-ħsieb li tixtri jew tbiddel l-uffiċini tagħha.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li s-suldati tal-Forzi Armati ta' Malta ngħataw pager għal skopijiet ta' xogħolhom? Lil kemm-il suldat ngħata u jekk lil kulħadd, kemm ingħataw? X'inhu l-iskop li s-suldati jkollhom pager?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nikkonferma li ingħataw “pagers” lil suldati li jaħdmu f’oqsma li jirrikjedu “rapid deployment”.
Ma jidhirlix li għandi nagħti iżjed informazzjoni minħabba raġuni ta’ sigurtà.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda maċ-Ċivil mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' ħaddiema ġodda maċ-Ċivil mill-5 ta' Jannar sal-10 ta' Settembru 2000 huwa ta' 481. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra skeda li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Fil-każ tat-tmienja u disgħin 'Labourer', irrid ngħid li dawn ingħataw impjieg wara li saru intervisti lil numru ta' nies li lista tagħhom ingħatat lill-Uffiċċju tiegħi mill-'Employment and Training Corporation' wara t-talba li saret fl-20 ta' Jannar 2000.