Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #20954 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ex-Ħabsin

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 20326 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta' l-Intern u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’ jista' jgħid jekk ex-ħabsin li kienu jaħdmu mal-gvern u skontaw is-sentenza, jistgħux jerġgħu jidħlu jaħdmu mal-gvern? Jekk iva, kemm daħlu u meta daħlu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20925.
Leg 9 PQ #20969 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ngaġġati ħaddiema mal-Gvern bejn l-1998 sal-lum u f'liema kategoriji?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni li ġew impjegati mas-Servizz Pubbliku minn Jannar 2000 sa Ottubru 2000 hu 515 kif jidher f’tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onor Interpellant tajtha fit-tweġiba għall-Mistoqsija Numru 18025.
Leg 9 PQ #20995 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-parti tal-mistoqsija parlamentati tiegħi nru 20821, jiġifieri l-partijiet tal-mistoqsija li tikkonċerna l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat illi ħarġu żewġ sejħiet għall-applikazzjonijiet, waħda għal “Staff Nurses” u l-oħra għal “Enrolled Nurses” fit-2 ta’ Mejju 2000 u fil-25 ta’ Lulju 2000 rispettivament, b’dati ta’ għeluq fis-26 ta’ Mejju 2000 u t-18 t’Awissu 2000 rispettivament. Il-proċess ta’ l-għażla għadu għaddej.
Leg 9 PQ #21001 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Public Sector Compliance Unit

Question

Jista’ l-Prim Ministur jgħid x'konsiderazzjoni ngħatat lis-suġġeriment pubbliku li ilha tagħmel il-GRTU biex titwaqqaf Public Sector Compliance Unit ħalli tikkontrobilanċja t-Tax Compliance Unit?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Infurmat li din hi “issue” diskussa fl-MCED u għalhekk nissuġġerixxi li l-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi.
Leg 9 PQ #21026 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Care workers

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm applikaw persuni għal post ta' careworkers skond l-avviż li nħareġ mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku f'dawn l-aħħar ġimgħat? Kemm hu n-numru ta' postijiet vakanti li jeħtieġ jimtlew?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li n-numru ta’ applikanti għal post ta’ “Careworker” skond l-avviż li nħareġ mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku fl-10 ta’ Ottubru, 2000 huwa ta’ 95. In-numru ta’ vakanzi li ġew ikkonfermati f’Awissu ta’ din is-sena huwa ta’ 8.
Leg 9 PQ #21075 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ġewx iffurmati jew hemmx il-ħsieb li jiġu ffurmati, sezzjonijiet, units jew xorta ta' gruppi oħrajn fid-dipartimenti, soċjetajiet kummerċjali, segretarjati u entitajiet oħrajn kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jew li fihom il-gvern għandu xi forma ta' interess u li liema units, sezzjonijiet etc għandhom xogħol konness jew relatat mal-politika tal-Gvern li jsieħeb lil Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea jew fl-addozzjoni ta' l-aquis? X'jisimhom jew x'ser ikun jisimhom dawn il-units etc? X'tip ta' xogħol mistenni jew qiegħed isir min dawn il-units? Kemm hemm nies jaħdmu f'kull wieħed min dawn il-units? Min huma, kif intgħażlu u xi grad għandhom? X'pagi, kundizzjonijiet u benefiċċji oħrajn igawdu minnhom persuni li huma ingaġġati ma' dawn il-units?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #21075 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ġewx iffurmati jew hemmx il-ħsieb li jiġu ffurmati, sezzjonijiet, units jew xorta ta' gruppi oħrajn fid-dipartimenti, soċjetajiet kummerċjali, segretarjati u entitajiet oħrajn kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jew li fihom il-gvern għandu xi forma ta' interess u li liema units, sezzjonijiet etc għandhom xogħol konness jew relatat mal-politika tal-Gvern li jsieħeb lil Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea jew fl-addozzjoni ta' l-aquis? X'jisimhom jew x'ser ikun jisimhom dawn il-units etc? X'tip ta' xogħol mistenni jew qiegħed isir min dawn il-units? Kemm hemm nies jaħdmu f'kull wieħed min dawn il-units? Min huma, kif intgħażlu u xi grad għandhom? X'pagi, kundizzjonijiet u benefiċċji oħrajn igawdu minnhom persuni li huma ingaġġati ma' dawn il-units?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

No response available.
Leg 9 PQ #21075 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ġewx iffurmati jew hemmx il-ħsieb li jiġu ffurmati, sezzjonijiet, units jew xorta ta' gruppi oħrajn fid-dipartimenti, soċjetajiet kummerċjali, segretarjati u entitajiet oħrajn kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jew li fihom il-gvern għandu xi forma ta' interess u li liema units, sezzjonijiet etc għandhom xogħol konness jew relatat mal-politika tal-Gvern li jsieħeb lil Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea jew fl-addozzjoni ta' l-aquis? X'jisimhom jew x'ser ikun jisimhom dawn il-units etc? X'tip ta' xogħol mistenni jew qiegħed isir min dawn il-units? Kemm hemm nies jaħdmu f'kull wieħed min dawn il-units? Min huma, kif intgħażlu u xi grad għandhom? X'pagi, kundizzjonijiet u benefiċċji oħrajn igawdu minnhom persuni li huma ingaġġati ma' dawn il-units?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #20876 Sitting 420 2000-11-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Hospitality — Breakdown

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru.19888, jista' l-Prim Ministru jagħti ċ-ċifra ta' kemm intefqu flus f'hospitality u jagħti breakdown ta' kif intefqu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-persentaġġ ikkwotat fil-mistoqsija parlamentari Nru 19888 jirreferi għaċ-ċifra allokata għal vot ta’ “hospitality” fl-Estimi Ġenerali u għalhekk huwa faċli għall-Onorevoli Interpellant li joħroġ iċ-ċifra li talab. Dwar “breakdown” ta’ kif intefqet iċ-ċifra m’għandix x’inżid mat-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 19182 fuq l-istess suġġett.
Leg 9 PQ #20925 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjiegi

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija nru. 20594 jista' l-Prim Ministru jispjega aħjar b'liema bażi persuni li jkunu servew sentenza ta' ħabs jieħdu jew iżżommu l-impjieg tagħhom mal-Gvern jiddependi minn natura ta' l-offiża u l-grad ta' l-impjegat?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fil-każ ta’ persuni li kienu servew sentenza ta’ ħabs, jidħlux fl-impjieg mal-Gvern jiddependi miż-żmien li jkun għadda minn meta spiċċaw jiskontaw is-sentenza, u l-kondotta tagħhom. Irrid inżid li wara ċertu żmien, u f’ċerti ċirkustanzi, sentenza ta’ ħabs ma tibqax tidher fiċ-ċertifikat tal-kondotta. Rigward impjegati tal-Gvern li jkunu weħlu sentenza ta’ ħabs, hija fid-diskrezzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku jekk l-impjieg tagħhom jiġix terminat jew le. Ir-regolamenti tad-dixxiplina jiprrovdu għal kunsiderazzjoni bbażata fuq in-natura ta’ l-offiża jekk din tkunx relatata direttament jew indirettament max-xogħol ta’ l-impjegat.
Leg 9 PQ #20851 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru joġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-list aġġornata tal-clerks Għawdxin li jaħdmu Malta f'ordni ta' seniority?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li hawn 106 li r-residenza tagħhom hija f’Għawdex li qed jaħdmu Malta bħala “Clerks”. Ma nħossx li hija etika li jingħataw id-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq xi nformazzjoni fuq xi każ partikolari huwa mitlub jagħmel mistoqsija f’dan ir-rigward.
Leg 9 PQ #20741 Sitting 416 2000-11-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Kuntrabandu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi pjani hemm biex tissaħħaħ l-iskwadra marittima tal-Forzi Armati biex tikkumbatti l-kuntrabandu, sajd illegali, eċċ.?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li l-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta għada kif xtrat “rigid hull dinghies”, apparat tar-radju u apparat ieħor relatat mas-satelliti. Minbarra dan, ġiet iffurmata sezzjoni ta’ suldati mħarrġin għal “board & search missions” kontra l-kuntrabandu, sajd illegali u attivitajiet illeċiti oħra. Tlestiet l-ewwel fażi ta’ l-immodernizzar tal-moll f’Xatt it-Tiben. Għas-sentejn li ġejjin, ser jitkompla x-xogħol fuq il-moll u l-bażi. Inklużi f’dan il-proġett hemm il-bini ta’ uffiċini, mħażen u “workshops” ġodda, akkomodazzjoni aħjar għas-suldati, kif ukoll xiri ta’ apparat.
Leg 9 PQ #20734 Sitting 414 2000-10-31 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Common Data Base

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min minn huma d-dipartimenti li jikkontribwixxu d-data għall-Common Data Base tal-Gvern? Min huwa l-kap tad-dipartiment li taħtu taqa' l-Common Data Base tal-Gvern? X'tip ta' informazzjoni tinġabar f'din il-Common Data Base tal-Gvern? Min huma l-persuni u d-dipartimenti li għandhom aċċess għal din id-database u x'tip ta' informazzjoni jistgħu jieħdu minnha? Jikkonferma l-Prim Ministru li għamel użu min din id-data base biex jibgħat iċ-ċirkolari lil dawk kollha li iffirmaw il-petizzjoni tal-G.W.U.?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant li jagħmel l-ewwel erba’ mistoqsijiet lill-Ministru ta’ l-Intern. It-tweġiba għall-aħħar mistoqsija hi fin-negattiv.
Leg 9 PQ #17914 Sitting 413 2000-10-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni għas-Servizz Pubblilku — Każijiet pendenti

Question

Quddiem il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' każi pendenti? Kemm-il każ ilu quddiem il-kummissjoni għallinqas minn sena, aktar minn sena, aktar minn sentejn, 'il fuq minn sentejn? X'raġunijiet prinċipali jkun hemm meta każ jitwal ħafna?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-każijiet ta’ dixxiplina, ninsab infurmat li fit-13 ta’ Ottubru 2000, kien hemm 16-il każ ta’ dixxiplina li kienu pendenti quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Tagħrif dwar it-tip ta’ dawn il-każijiet u dwar kemm ilhom pendenti jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #19888 Sitting 413 2000-10-31 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Hospitality

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intefqu flus f'hospitality mill-vot tal-Estimi Ġenerali 2000 bejn 1 ta' Jannar 2000 sal-6 ta' Ottubru 2000?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul il-perjodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant, l-ispiża f’“hospitality” kienet ta’ 52.7% tal-vot allokat għal “hospitality”.
Leg 9 PQ #19728 Sitting 411 2000-10-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żjara ta' New York

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 19138?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #20591 Sitting 411 2000-10-30 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stamperija — Overtime

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm sar u kemm sewa l-overtime fl-istamperija tal-gvern biex ġiet stampata u mibgħuta l-ittra li huwa bagħat lill-persuni li iffirmaw il-petizzjoni tal-G.W.U?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li nħadmu 126 siegħa “overtime” fl-Istamperija tal-Gvern, li jiswew Lm 376 biex ġiet stampata u mibgħuta l-ittra li qed tirreferi għalija l-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #20594 Sitting 411 2000-10-30 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjiegi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 20478?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li persuna li tkun se timpjega ruħa mal-Gvern mistennija tkun ta’ karattru morali tajjeb u għandha tippreżenta ċertifikat tal-kondotta maħruġ mill-Pulizija. Dan ma jfissirx li m’hemmx persuni mpjegati mal-Gervn li kienu servew sentenza ta’ ħabs. Jieħdux jew iżommux l-impjieg tagħhom mal-Gvern jiddependi minn natura ta’ l-offiża u mill-grad ta’ l-impjegat. L-Uffiċċju tiegħi ma jżommx l-istatistika mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #20664 Sitting 411 2000-10-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Revenue Security Corps — Revenue Security Investigation Section

Question

Billi dan l-aħħar fir-Revenue Security Corps intgħażlu xi nies biex jieħdu l-ġurament biex ikunu jistgħu jservu fir-Revenue Security Investigation Section, jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji ntgħażlu dawn in-nies? Jista' jassigura li ma kien hemmx xi preferenzi ma' min intgħażel peress li hemm xi wħud minn dawk li ntgħażlu li huma juniors għal dawk li ma ntgħażlux?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li wieħed jintgħażel biex jaħdem fir-“Revenue Security Investigation Section” (RSIS) skond kemm ikun maqtugħ għat-tip ta’ xogħol li jsir minn din is-Sezzjoni. Jitqiesu ukoll il-kwalitajiet personali ta’ l-indivdwu. Dan minħabba s-sensitivita’ tax-xogħol li tagħmel din is-Sezzjoni. Kif wieħed jista’ japprezza, l-anzjanita’ ma tistax titqies bħala fattur ewlieni għal min jaħdem fl-RSIS.
Leg 9 PQ #19614 Sitting 409 2000-10-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Kabinett

Question

Peress li fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 18771, ma ngħatawx id-dettalji ta' l-ispiża ta' l-ikla li ġiet mogħtija mill-Ministru għal Għawdex, jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji mitluba? Jista' jgħid ukoll kemm kien l-ammont ta' persuni li attendew għal din l-ikla?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nissuġerixxi li l-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.