Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #21722 Sitting 443 2000-12-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żjara fi New York

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 21384?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #21727 Sitting 443 2000-12-01 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 21503 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu temporanjament billi qed jaħdmu minflok ħaddiema li qegħdin jagħmlu użu minn miżuri bħal parental leave, responsibility break, career break, study leave, etc.? Jista' jgħid f'dawn il-każi fejn dawn il-ħaddiema fuq leave twil ma jitħallsux, jekk dawn għadhomx mal-lista ta' l-employed flimkien ma' dawk li temporanjament ħadulhom posthom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hemm 4 ħaddiema każwali mpjegati taħt l-iskema ta’ “Casual Substitutes on Definite Contract”. Informazzjoni dwar ħaddiema oħra każwali reklutati b’dan il-mod f’Ministeri oħra għandha tintalab mill-Ministeri kkonċernati li lilhom ġiet iddelegata l-awtorità li jagħmlu l-ingaġġ. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ngħarraf lill-Onorevoli Interpallant li ħaddiema tas-Servizz Pubbliku fuq “leave” fit-tul mingħajr ħlas jibqgħu jkunu kkunsidrati bħala mpjegati tal-Gvern tul il-perijodu tal-“leave” sakemm dan ikun approvat. Dwar il-ħaddiema każwali nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21035.
Leg 9 PQ #21664 Sitting 441 2000-11-30 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Ħaddiema Għawdxin

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 21558 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' l-Prim Ministru jgħid: (1) X'inhu n-numru ta' ħaddiema Għawdxin li qegħdin jaħdmu Malta? (2) X'inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema? (3) F'liema dipartiment jew korporazzjoni qegħdin jaħdmu? (4) X'inhi d-date of appointmenttagħhom? (5) Min huma dawk il-ħaddiema?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar, u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #21599 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Radju FM — Frekwenza

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bħalissa applikaw għall-frekwenza tar-Radju FM u kemm ilhom li applikaw?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-Awtorità tax-Xandir tista’ tagħti liċenzji għall-xandir fuq l-FM kemm għal servizz bir-radju fuq bażi nazzjonali kif ukoll għal servizz bir-radju fil-komunità. Bħalissa m’hemm l-ebda applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorità għal xandir fuq bażi nazzjonali. L-applikazzjonijiet għall-xandir fil-komunità li jidhru hawn taħt qed jiġu pproċessati mill-Awtorità: Applikant Data ta’ l-Applikazzjoni Radju Katidral 18 ta’ Novembru 1999 Olde City Radio 20 ta’ Settembru 1999 Radio St Vincent de Paule 15 ta’ Frar 2000 Radju Balzan 6 ta’ Novembru 2000 Radju Mħabba 26 ta’ Ġunju 2000 Radju Tlett Ibliet 27 ta’ Settembru 2000 Radju Vilhena 31 ta’ Ottubru 2000 Radju Xodus 16 ta’ Novembru 2000
Leg 9 PQ #21509 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċju tal-Prim Ministru — Impjegati Ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema? X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2000 f’organizzazzjonijiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà’ tiegħi ġew impjegati 38 nies ġodda u rriżenjaw 25. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra il-gradi u s-salarji/benefiċċji ta’ dawn l-impjegati.
Leg 9 PQ #21460 Sitting 437 2000-11-28 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni fiċ-ċivil li telqu qabel iż-żmien ta' irtirar din is-sena? Kemm ġew boarded out, kemm irriżenjaw u kemm ġew imkeċċija?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi mill-1 ta’ Jannar sat-23 ta’ Novembru ta’ din is-sena, kien hemm 237 persuna li rriżenjaw minn mas-Servizz Pubbliku, 80 li għaddew bord mediku, u 9 li tkeċċew.
Leg 9 PQ #21466 Sitting 437 2000-11-28 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Boardijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm boardijiet differenti mwaqqfa fi ħdan id-dekasteru tiegħu? Min huma l-membri fuq kull board u kemm jitħallsu kull wieħed?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta’ bordijiet li huma mwaqqfa taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-ismijiet tal-membri li jiffirmaw dawn il-bordijiet kif ukoll il-ħlas li jirċievu.
Leg 9 PQ #21478 Sitting 437 2000-11-28 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Unions

Question

Wara li f'Lulju ta' din is-sena kien ġie mħabbar mill-Prim Ministru li l-ftehim bejn il-gvern u l-unions dwar il-General Service dalwaqt kien se jiġi konkluż u llum Novembru u għadu ma ġie konkluż xejn, nerġa' nistaqsi lill-Prim Ministru meta se jiġu fi tmiemhom it-trattattivi u jiġi ffirmat il-ftehim tal-general service grades?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ftehim kollettiv intlaħaq ma’ l-Unions f’Diċembru 1998 u t-taħdidiet dwar ftehim kollettiv ġdid jibdew, kif miftiehem ma’ l-istess Unions, f’Ġunju 2001. Ninsab infurmat, li d-diskussjonijiet li għaddejjin huma fil-qafas ta’ eżerċizzju korrettorju u mhux għal ftehim ġdid tal-“General Service Grades”. Huwa ttamat li dawn id-diskussjonijiet ikunu finalizzati ma jdumux.
Leg 9 PQ #21384 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żjara fi New York

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari nri. 19728 u 21233?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #21425 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati fiċ-Ċivil illum? Kemm minn dawn huma fil-general service? Kemm hemm nisa? Kemm hemm nisa li għandhom grad ta' kap ta' dipartiment jew ogħla?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ impjegati fis-Servizz Pubbliku huwa ta’ 31,052. Din il-figura tinkludi ħaddiema każwali, “part time” u bil-kuntratt, iżda ma tinkludix membri tal-Forzi Armati ta’ Malta. Fis-settur li huwa magħruf bħala l-“General Service”, hemm 3826 impjegat, li minnhom 1971 huma nisa. In-numru ta’ nisa li jokkupaw pożizzjoni ta’ Kap ta’ Dipartiment jew li qegħdin fi grad analogu jew ogħla huwa ta’ 18.
Leg 9 PQ #21434 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Parental Leave

Question

Jista' l-Prim Minstru jgħid kemm kien l-għadd ta' impjegati tal-gvern li ngħataw parental leave din is-sena u kemm ingħataw fis-sentejn ta' qabel?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ impjegati tal-Gvern fl-Uffiċċju tiegħi li ngħataw “parental leave” fis-snin 1998, 1999 u 2000 kien ta’ 23, 29 u 27 rispettivament. Peress illi l-“parental leave” huwa approvat mill-Kapijiet tad-Dipartimenti, fil-każ tal-ministeri l-oħra mistieden lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministri rispettivi.
Leg 9 PQ #21494 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Tariffi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien it-tibdil fit-tariffi relatati mal-ministeru tiegħu u/jew xi korporazzjoni li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu, li seħħew matul din il-leġislatura? Jekk iva, liema kienu u x'tibdiliet saru?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fid-dikasteru tiegħi saret tibdila waħda fit-tariffi matul din il-leġislatura. Permezz ta’ l-Avviż Legali 163 ta’ l-2000, l-Awtorita’ tax-Xandir għamlet ir-regolamenti msemmija fl-artikolu 21A(4) tal-Att dwar ix-Xandir li jipprovdu fil-paragrafu 4 għad-drittijiet li jridu jitħallsu għall-għoti ta’ kopja ta’ xandira.
Leg 9 PQ #21225 Sitting 432 2000-11-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Recruitment

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex kienet iddaħlet ir-recruitment list għal skopijiet ta' recruitment fl-Armata? Għaliex issa tneħħiet u jekk hijiex se terġa' tiddaħħal u jekk le għaliex?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li n-notifika fil-Gazzetta tal-Gvern Numru 15732 tat-2 ta’ April 1993, kienet tinkludi l-ħtieġa li l-applikanti jkunu għalqu t-tmintax-il sena iżda mhux il-ħamsa u għoxrin sena fil-15 ta’ April 1993. Għalhekk din is-sejħa ma setgħatx tibqa’ applikata ndefinitivament. Fil-futur, ikun hemm eżami pubbliku kompetittiv bħal ma sar fl-1999, biex jiġu ngaġġati suldati biex iservu fil-Forza Regolari.
Leg 9 PQ #21311 Sitting 432 2000-11-21 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Bordijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bl-ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta’ bordijiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif ukoll l-ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet.
Leg 9 PQ #21212 Sitting 430 2000-11-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Missjoni Militari Taljana — Vetturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandha vetturi l-Missjoni Militari Taljana? X'tip huma u kemm hija l-ispiża ta' fuel ta' dawn il-vetturi għal din is-sena, kemm-il darba tħallset mill-Armata ta' Malta?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Missjoni Militari Taljana għandha 57 vettura tat-triq. Bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena, l-ispiża ta’ “fuel (petrol u diesel)” ta’ dawn il-vetturi laħqet is-somma ta’ Lm14,216,07c, li kollha tħallset mill-Forzi Armati. It-tip tal-vetturi huma mniżżla hawn taħt: Fiat 2 Tempra 6 Panda 2 Punto 3 Uno 5 Ducato 2 Talento 1 Jeep AR/76 4 Trucks ACC 75 7 Trucks ACM 80 Iveco 2 Buses A100E 18 4 Trucks WM 90 6 Trucks ACM 90 2 Trucks ACC 90 Astra 8 Trucks BM 201 2 Trucks HD 6645 Ambulance
Leg 9 PQ #21233 Sitting 430 2000-11-20 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żjara fi New York

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 19728?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #21176 Sitting 429 2000-11-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pjan għall-Iżvilupp Soċjo Ekonomiku

Question

Jista' l-Prim Ministrui jgħid liema ministeru għandu r-responsabbilta' għal pjan għall-iżvilupp soċjo ekonomiku għan-naħa ta' Isfel ta' Malta?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Gvern qed joħloq strutturi ġodda sabiex jikkordina l-iżvilupp soċjo-ekonomiku għar-reġjuni ta’ Malta. Fost dawn l-istrutturi nsibu d-Direttorat għal “Regional Policy” fl-Uffiċċju tiegħi li ser jaħdem mill-qrib mad-Diviżjoni għall-Politika Ekonomika fi ħdan il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi.
Leg 9 PQ #20967 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Patrol Boats

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-flotta ta' patrol boats tal-Forzi Armati tiġi modernizzata? Hemm xi kuntatti ma' pajjiżi barranin għal dan il-għan? Meta l-aħħar inxtraw/ingħataw patrol boats lill-Forzi Armati? Minn min?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-immodernizzar tal-flotta tal-“patrol boats” qed ikun ikkunsidrat mill-Forzi Armati. Jien infurmat li għalkemm pjani konkreti f’dan is-sens għadhom mhux konklużi, kuntatti inizjali mal-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika diġa saru. Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-Istqarrija għall-Istampa Numru 1502 maħruġa mid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni. L-aħħar xiri ta’ “patrol boat” mill-Forzi Armati kien fl-1997 minn għand il-Gvern Ġermaniż. L-aħħar għotja kienet tikkonsisti f’żewġ “SAR Launches” mill-Gvern Taljan f’Awissu 1998 lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili permezz tar-Raba’ Protocol Taljan. F’Mejju 1999 dawn iż-żewġ “SAR Launches” għaddew għand il-Forzi Armati.
Leg 9 PQ #21035 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Ħaddiema Każwali

Question

Billi qed jiddaħħlu diversi ħaddiema każwali bil-kuntratt biex jimlew temporanjament il-postijiet ta' nies li huma b'maternity leave, extended leave jew extended sick leave, jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed isir biex ma jkunx hemm double counting tan-nies fuq il-kotba tal-Gvern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi fil-“Management and Personnel Office” jinżammu “records” separati għal kull kategorija ta’ mjegati. Meta jingħataw figuri, dawn ikunu jgħidu jekk l-impjegati jkunux tal-fiss, “part-time”, każwali jew bil-kuntratt.
Leg 9 PQ #21037 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema Impressed

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 20772 dwar ħaddiema impressed?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li kien hemm 660 persuna li kienu rreġistrati bħala “Impressed Driver”. 653 għazlu li jkollhom impjieg bħala “Labourer (ex-impressed Driver)”. Minnhom, 468 huma mas-Servizz Pubbliku, 184 ma’ l-Entitajiet Pubbliċi u wieħed ma’ l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Awditur. Il-proċess dwar dawk fis-Servizz Pubbliku għadu għaddej quddiem il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Dawn kollha għadhom jaqdu d-doveri tagħhom mad-dipartimenti jew Entitajiet fejn kienu jservu.