Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #21893 Sitting 454 2000-12-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Direct Orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li nħarġu mill-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena? Kemm jiswa l-valur f'ċifra ta' flus ta' dawn id-direct orders u kemm tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5127.
Leg 9 PQ #21947 Sitting 454 2000-12-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu membri ġodda mal-Faċilita Korrettiva ta' Kordin minn Settembru 1998 sal-lum? Minn liema lokalita' kienu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin iddaħħlu 10 ħaddiema ġodda kif jidher fl-Iskeda li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Din il-lista ma tinkludix lil dawk ir-reklutati ġodda bħala “Trainee Correctional Officers” peress li l-ħatra tagħhom bħala “Correctional Officers” issir biss jekk jgħaddu mill-eżami li jridu joqogħdu għalih wara li jtemmu t-taħriġ.
Leg 9 PQ #21948 Sitting 454 2000-12-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati ta' Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu membri ġodda mal-Forzi Armati ta' Malta minn Settembru 1998 sal-lum? Min liema lokalita' kienu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li bejn Settembru 1998 u Novembru 2000 daħlu b’kollox 94 membri ġodda fil-Forzi Armati, li ġew minn ibliet u rħula kif jidher hawn taħt: MALTA Belt/Raħ al Nru Nru Nru Attard 4 Marsa 3 Sliema 1 B’Kara 4 Mellieha 1 St. Julians 1 B’Bugia 2 Mosta 4 St. Paul’s Bay 1 Cospicua 3 Mqabba 2 Sta. Lucia 3 Dingli 1 M.Scala 2 Sta. Venera 3 Fgura 2 Naxxar 2 Tarxien 3 Floriana 1 Paola 1 Valletta 5 Gudja 1 Pembroke 1 Zabbar 4 Gzira 1 Qawra 1 Zebbug 2 Gharghur 1 Qormi 6 Zejtun 1 Hamrun 2 Qrendi 1 Zurrieq 2 Kalkara 1 San Gwann 4 Luqa 3 Siggiewi 2 Total 82 GĦ AWDEX Belt/Raħ al Nru Nru Nru Gh’Sielem 1 Qala 1 Victoria 4 Kercem 1 Sannat 1 Xewkija 3 Nadur 1 Total 12
Leg 9 PQ #21995 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Interim From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm żdiedu u naqsu impjegati maċ-Ċivil sena b'sena mill-1992 sal-lum? Jista' jagħmel l-istess eżerċizzju fir-rigward ta' l-entitajiet parastatali jew li għandu maġġoranza fihom il-gvern għall-istess perijodu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar, u tingħata tweġiba f’ xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #21999 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Vetturi militari

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandhom żmien jew x'kienet is-sena ta' manifattura tal-vetturi militari li tagħmel użu minnhom l-armata llum?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 22005. Is-sena ta’ manifattura tal-vetturi li jagħmlu użu minnhom il-Forzi Armati llum tvarja bejn l-1960 (waħdiet) u s-sena 2000. Il-parti kbira tal-vetturi ġew immanifatturati bejn l-1980 u l-1999.
Leg 9 PQ #22001 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Vetturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu vetturi ta' l-armata għal VRT is-sena l-oħra u din is-sena, u kemm weħlu? X'tip ta' vetturi telgħu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’ seduta oħra.
Leg 9 PQ #22003 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Missjoni Taljana — Suldati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn suldati Taljani parti mill-missjoni Taljana f'Malta din is-sena? Xi grad għandhom u x'tip ta' xogħol jagħmlu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li bħalissa l-Missjoni Taljana tikkonsisti fi 48 membru li minnhom 15 huma uffiċjali bi gradi ta’ Kaptan u Kurunell.
Leg 9 PQ #22005 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Vetturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandha vetturi l-Armata? X'tip huma? Kemm minnhom kienu off the road għal xi żmien din is-sena?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Forzi Armati għandhom 179 vettura li huma mqassma fil-kategoriji kif muri fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra. B’kollox, matul din is-sena, kien hemm 28 vettura li għal xi żmien kienu “off the road”.
Leg 9 PQ #22006 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Equipment/spares

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm nefqu flus l-armata fuq spares u/jew equipment ġdid din is-sena?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’ seduta oħra.
Leg 9 PQ #22007 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21075?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fid-dekasteru tiegħi huma żewġ “units” li għandhom xogħol relatat ma’ l-Unjoni Ewropeja. Dawn huma l-“EU Negotiations Secretariat” u r-“Regional Policy Directorate”. L-għan prinċipali ta’ l-“EU Negotiations Secretariat” hu li jiżgura koordinament effettiv f’kull aspett li jirrigwarda n-negozjati ma’ l-Unjoni Ewropeja. Bħalissa hemm disa’ persuni jaħdmu f’dan is-Segretarjat li ġew magħżula skond l-esperjenza li għandhom f’dan il-qasam. Il-pagi, kundizzjonijiet u benefiċċji li jgawdu dawn il-persuni huma skond id-dokument “Guidelines on the Engagement of Staff for Private Secretariat” li kont poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra. L-għan prinċipali tar-“Regional Policy Directorate” huwa li jipprovdi l-pariri u d-direzzjoni meħtieġa għall-koordinament ta’ fondi strutturali. Id-Direttorat huwa wkoll mistenni li jikkordina d-diversi stadji fl-iżvilupp ta’ programmi fuq livell reġjonali. It-twaqqif ta’ dan id-Direttorat għadu fi stadju preliminarju.
Leg 9 PQ #22036 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista dettaljata ta' l-impjegati li hemm żejda mad-dipartimenti tal-gvern u korpi parastatali? Jista' jgħid xi grad huma u f'liema dipartiment jaħdmu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li waqt li n-numru ta’ mpjegati fis-settur privat żdied minn 81,017 f’Diċembru 1996 għal 89,362 f’Awissu 2000, in-numru ta’ mpjegati fis-settur pubbliku, jiġifieri f’Dipartimenti tal-Gvern u Korpi Parastatali, naqas minn 50,632 f’Diċembru 1996 għal 47,868 f’Awissu 2000. L-informazzjoni mitluba ma teżistiex peress li x-xogħol jinbidel u ma jeżistix “complement” fiss li miegħu tista’ tkejjel għandekx impjegati żejda jew nieqsa.
Leg 9 PQ #22037 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Interim From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-gvern: (a) part-time; (b) full-time; (ċ) on contract basis; u (d) on temporary basis mill-1998 sal-lum u ma' liema dipartiment ġew impjegati?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar, u tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #22040 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

UE

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħek qed tipparteċipa? Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni? Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar, u tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #21934 Sitting 452 2000-12-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MITTS

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mal-MITTS minn Settembru 1998 sal-lum? Minn liema lokalita' ġejjin?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li flok il-61 persuna li rriżenjaw, il-MITTS daħlet 63 impjegati mill-1 ta’ Settembru 1998 ‘il hawn mill-lokalitajiet hawn imsemmija: Numru ta’ mpjegati Lokalita’ Numru ta’ mpjegati Lokalita’ 1 Attard 2 Mtarfa 2 Balzan 2 Naxxar 2 B’Bugia 3 Paola 3 B’Kara 3 Qormi 1 Cospicua 3 Rabat 2 Fgura 3 San Ġwann 1 Għargħur 3 St Julians 5 Gzira 2 St Luċija 1 Kappara 1 St Paul’s Bay 1 Luqa 1 St Venera 1 Mellieħa 1 Swieqi 1 Sliema 2 Tarxien 1 Mgarr 2 Valletta 3 Mosta 1 Victoria, Gozo 2 Mqabba 1 Xgħajra, Gozo 1 M’Scala 1 Zebbuġ 1 Msida 1 Zejtun 2 Zurrieq
Leg 9 PQ #21978 Sitting 452 2000-12-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Swatar Training Centre

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir investiment jew jiġi refurbished u updated is-Swatar Training Centre minħabba li jien infurmat li l-istat tan-network hu ħażin ħafna?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-MITTS għandha pjanijiet biex sa Marzu tas-sena d-dieħla ssaħħaħ in-“Network” li hemm fis-“Swatar Training Centre”. In-“Network” preżenti, li huwa tat-tip “Coax”, se jiġi mibdul għas-sistema hekk imsejħa “Structured Cabling”. Bis-sistema l-ġdida se jkun possibbli li nwasslu “100mbs connectivity” għal kull kompjuter; din is-sistema se tkun tista’ tintuża kemm għad-data kif ukoll telefon fuq l-istess “cable”. Hu ppjanat ukoll li nsaħħu wkoll il-“connection” għal “Gattard House”. Din mistennija titla’ minn 64 “kilo bits” għal 2 “Mega bits”. Numru ta’ kompjuters ġodda huma ordnati u mistennija jaslu fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #21991 Sitting 452 2000-12-07 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żjara fi New York

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 21722?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadħa qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #21777 Sitting 445 2000-12-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ħaddiem tal-gvern jittella' l-qorti biex jixhed bħala xhud f'kawża, dan huwa ntitolat li jiġi skużat mix-xogħol mingħajr ma jonqoslu il-leave tiegħu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li ħaddiem tal-Gvern ma jiġix skużat mix-xogħol u jrid jieħu l-“leave” minn tiegħu sabiex jitla’ jixhed quddiem il-Qorti fuq xi każ li ma jkunx relatat max-xogħol uffiċjali tiegħu.
Leg 9 PQ #20078 Sitting 443 2000-12-01 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati - Sick Leave

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' sick leave meħud meta dan jiġi kkumparat man-numru ta' ġranet ta' xogħol f'kull Ministeru tal-Gvern mill-1997 sa l-1999?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 20078, tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #21647 Sitting 443 2000-12-01 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qegħdin jintbagħtu uffiċjali mill-Armata jgħassu l-konfini esterni tal-faċilita' korrettivi ta' Kordin, kuljum? Jista' jgħid jekk l-għassa hijiex qed issir fuq bażi ta' 24 siegħa fuq 24 siegħa?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-Armata tipprovdi għassa mal-konfini esterni tal-faċilità korrettiva ta’ Kordin kuljum fuq bażi ta’ 24 siegħa fuq 24 siegħa. L-Onorevoli Interpellant żgur li jifhem li għall-raġunijiet ovvji ma għandux jingħata n-numru ta’ uffiċjali ta’ l-Armata li jkunu għassa.
Leg 9 PQ #21707 Sitting 443 2000-12-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment ta' l-Informazzjoni — Stqarrija Nru. 1548

Question

B'riferenza għall-istqarrija Nru. 1548 tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni (13.11.2000) fejn jingħad li "'l quddiem jiġi ppubblikat ktieb bi tliet lingi Ġermaniż, Malti u Awstriak", jista' l-Prim Ministru jgħid liema hi l-lingwa Awstriaka li se tintuża?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ta’ Għawdex.