Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm insterqu affarijiet proprjeta' tal-korp tal-pulizija s-sena l-oħra u din is-sena? X'insteraq?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2005 kienet ġiet irrapurtata serqa minn residenza privata, minn fejn fost oġġetti oħra kienet ġiet rrapurtata nieqsa uniformi ta' kuntistabbli mara. Matul din is-sena, kienet ġiet rappurtata nieqsa vettura li kienet ipparkjata l-Ħamrun. Din kienet instabet ftit tal-ħin wara u persuna kienet ġiet imressqa l-Qorti. Kien hemm ukoll każ ieħor fejn kienu nstabu nieqsa xi flus minn ġo uffiċju, liema każ kien ġie solvut u persuna kienet tressqet quddiem il-Qorti.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapportati serqiet ta' affarijiet mill-qorti s-sena l-oħra u x'kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-perijodu indikat, l-ebda impjegat jew xi membru tal-pubbliku ma rraporta xi każ ta' serq mid-Dipartiment tal-Qrati u Tribunali Kriminali, Malta.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-kiri ta' karozzi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, mill-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Issa li dalwaqt wasal is-sajf u b'hekk ikollna influss akbar ta' studenti barranin fosthom ta' studenti li jiġu biex jitgħallmu l-Ingliż, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux se ssir xi ħaġa mill-awtoritajiet biex jissaħħaħ il-kontroll fil-postijiet tad-divertiment? Hemm xi ħsieb li l-kumitat li twaqqaf ħames xhur ilu biex jara fost l-oħrajn li jirrivedu ċerti liġijiet ta' divertiment wasalx fi tmiem tax-xogħol tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija regolarment tagħmel spezzjonijiet f'postijiet ta' divertiment sabiex ma jkunx hemm abbużi, inkluż dak ta' dħul ta' persuni taħt is-sittax il-sena, kemm Maltin kif ukoll barranin, f'dawn il-postijiet. Il-Kumitat presjedut minn Dr J. Micallef-Stafrace għadu għaddej bl-inkarigu tiegħu.
Wara t-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19105, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm minn dawk il-mijiet ta' Russi u Ukrajni li ġew Malta din is-sena u li applikaw għal visa ġew biex jitgħallmu f'pajjiżna? Kemm minnhom applikaw u ngħataw visa biex jaħdmu f'Malta? Fil-każ ta' dan ta' l-aħħar, kemm ġew rifjutati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena ġew rifjutati 35 talba għall-visa minn persuni ta' nazzjonalita' Russa u 20 talba għall-visa minn persuni ta' nazzjonalita' Ukrena. Kif diġa' kelli l-okkażżjoni ngħid fi Tweġibiet preċedenti, ir-raġunijiet mogħtija għal talba ta' visa, ma tinżammx taħt forma kompjuterizzata.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew Bulgari f'pajjiżna fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Kemm minnhom applikaw u ngħataw visa bħala studenti u kemm biex jaħdmu hawn? Kemm-il visa ġiet rifjutata?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena daħlu Malta 1,557 persuna ta' nazzjonalita' Bulgara. Infurmat ukoll illi persuni ta' nazzjonalita' Bulgara m'għandhomx bżonn ta' visa sabiex jidħlu Malta, pero' kien hemm 8 li ġew rifjutati milli jidħlu Malta.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi fid-devoluzzjoni ta' biċċa art biex flokha jsir pitch tal-football lill-kunsill lokali ta' Bormla?
Response (BORG, TONIO)
Jekk l-Onorevoli Membru qiegħed jirreferi għal dik il-biċċa art magħrufa bħala Verdala Playing Field, nixtieq ninfurmah illi huwa mistenni li l-Ftehim tal-Kirja jiġi iffirmat fil-futur qarib.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus marbuta ma' kontravenzjonijiet ta' over speeding maqbuda mill-cameras: a) f'Regional Road, b) Mrieħel u c) Xemxija mill-bidu ta' din is-sena (2006) s'issa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Mejju 2006 tħallsu dawn l-ammonti ta' flus marbuta ma' kontravvenzjonijiet ta' overspeeding:
(a) Regional Road Lm259,990
(b) Mrieħel Lm114,730
(c) Xemxija Lm 33,910
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19365, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ilu ma jitħallas ċens lill-gvern mill-MFA fuq Pace Grasso ground? Huwa veru li xi 13-il sena? X'passi se jittieħdu biex dan jitħallas? Fid-dawl tat-talbiet għal riżenji ta' ċerti nies fl-MFA involuti fid-deċiżjoni tal-qorti ta' pedofelia, għandux il-ground jingħata lill-kunsill lokali għal ġestjoni aħjar u fuq kollox ħarsien tat-tfal tagħna?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-kirja mal-M.F.A. għal Pace Grasso Football Ground skadiet fil-31 ta' Awissu 1993. Minn dakinhar l-hawn il-kirja ma ġietx imġedda. Illum il-ground huwa affetwat bi proġett tal-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq.
Infurmat ukoll illi s'issa id-Dipartiment ta' l-Artijiet ma kellu l-ebda talba mill-Kunsill Lokali jew xi entita' oħra għall-kiri tal-ground.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari W257, ma jidhirlux il-Viċi Prim Ministru li l-istorbju, dwal u attivita' ta' nies li jkunu qed jattendu rave party proprju waqt l-istaġun tal-bejta ta' l-għasfur nazzjonali ta' Malta u ġo area bħal Paradise Bay ifixklu u jħarbtu dan l-għasfur waqt l-istaġun tal-bejta u jekk iva, għaliex qed iħalli l-pulizija joħorġu permessi għal parties waqt dan iż-żmien delikat tas-sena meta l-party jista' isir x'imkien ieħor jew fi żmien ieħor?
Response (BORG, TONIO)
Kif diġa' kelli l-okkażżjoni nispjega, fl-ipproċessar ta' dawn l-applikazzjonijiet, il-Pulizija tirrikjedi wkoll, fost oħrajn, il-permess mill-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li hija l-awtorita' kompetenti fil-qasam tal-ħarsien ta' l-ambjent.
Nirreferik ukoll għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. W255.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħallas għall-permess biex juża Paradise Bay l-organizzatur tal-party li se jsir fl-4 ta' Ġunju? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra mappa li tispjega fejn jistgħu jgħumu ċ-ċittadini Maltin li jkunu jixtiequ jmorru jgħumu hemm dakinhar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-organizzaturi li ġew mogħtija l-permess biex jagħmlu l-Beach Festivals fl-4 ta' Ġunju 2006, ħallsu s-somma ta' mija u ħamsin Lira (Lm150.00) għall-permess mogħti mid-Dipartiment tal-Artijiet, is-somma ta' ħames liri (Lm5) għall-permess mogħi mill-Kunsill Lokali u tlett liri (Lm3) għall-permess tal-Pulizija.
Infurmat ukoll illi ebda parti tal-bajja m'hi ser tiġi magħluqa għall-persuni li jridu jmorru jgħumu.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk persuni li jixtiequ jmorru jgħumu Paradise Bay waqt li jkun qed jinżamm rave party humiex se jiġu miżmuma milli jagħmlu dan?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-aħħar parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. W261.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija ħarġitx permess biex il-bar jinżamm miftuħ għal 24 siegħa waqt il-party li se jsir f'Paradise Bay fl-4 ta' Ġunju? Skond il-flyer li qed jiġi reklamat, il-party se jibda fid-9.00 a.m. ta' l-4 ta' Ġunju? Fi x'ħin se jkollu jispiċċa l-party?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-attivita msemmija mill-Onorevoli Interpellant, kemm skond l-applikazzjoni li saret mall-Pulizija, kif ukoll skond il-permess maħruġ mill-Pulizija, kienet bejn il-5.00pm ta' l-4 ta' Ġunju u s-1.00am tal-5 ta' Ġunju.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu l-allowance ta' petrol li huma ntitolati għalih: 1) is-segretarju permanenti; 2) diretturi ġenerali; 3) diretturi; 4) l-assistenti personali tal-ministru; u 5) segretarju tal-ministru? Kemm nefaq kull wieħed minnhom f'petrol xahar b'xahar bejn Jannar 2004 sa Novembru 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm jew hemmx membru mill-istaff privat tiegħu li għandu għall-użu uffiċjali tiegħu iktar minn mobile phone wieħed u iktar minn linja waħda (fixed line) fir-residenza tiegħu? Jista' jikkonferma jekk l-ammont minfuq qabiżx l-ammont ta' Lm400 matul is-sena 2004 u 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda membru ta' l-istaff personali tiegħi li għandu aktar minn mobile phone wieħed għall-użu uffiċjali tiegħu.
Rigward linja tat-telephone fir-residenza (fixed line), hemm uffiċjal wieħed li huwa il-Communications Coordinator. Dan għandu żewġ linji (waħda minnhom tintuża bħala fax) u l-ispiża tagħhom qatt ma qabżet l-Lm400 fis-sena fl-2004 u fl-2005.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati settijiet tal-mobile phones bħala mitlufa, misruqa jew bil-ħsara minn membri ta' l-istaff privat tiegħu? Jista' jgħid kemm kien jiswa kull mobile in kwestjoni? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-uffiċċju tas-segretarju parlamentari?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-Ministeru tiegħi kien hemm żewġ każi fejn membri ta’ l-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi kellhom jibdlu l-mobile phones tagħhom minħabba ħsara. Ma kien hemm l-ebda każ fejn xi mobile phones insterqu jew intilfu. F’każ wieħed inxtara sett ieħor bħala replacement li kien jiswa Lm150, filwaqt li l-każ l-ieħor inġab sett b’xejn meta ġie mibdul ma’ punti mogħtija mill-kumpanija li tagħti servizz ta’ telephone ċellulari.
Ninsab infurmat ukoll li ma kien hemm l-ebda każ fejn membri ta’ l-istaff fl-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari, insterqilhom, tilfu jew kellhom ibiddlu mobile phones minħabba ħsara.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom is-servizz ta' l-internet fir-residenti tagħhom "minbarra dak ipprovdut mill-MITTS" imħallas minn fondi pubbliċi? F'każ li fl-affermattiv, min approva s-servizz, għal min qiegħed jiġi pprovdut is-servizz u min hu l-ISP?
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inxtraw mobile phones għall-użu personali tal-membri ta' l-istaff fl-uffiċċju tiegħu matul is-snin 2003, 2004 u 2005? Kemm minn dawn is-settijiet inxtraw bi prezz 'il fuq minn Lm50, Lm100, Lm150 u Lm200? Jista' jikkonferma jekk kienx hemm xi membri mis-segretarjat privat tiegħu li f'dan il-perijodu xtara iktar minn mobile sett wieħed, kemm-il wieħed inxtara u kemm kienu l-prezzijiet? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-uffiċċju tas-segretarju parlamentari?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub dwar 'mobile phones' hu s-segwenti:-
1) Mobile phones li nxtraw għall-użu personali u uffiċjali tal-membri ta' l-istaff:
2003
2004
2005
Ministry
xejn
xejn
1
Parliamentary Secretary
xejn
xejn
xejn
2) Set li nxtara kien jiswa Lm150
3) Ma kienx hemm membri ta' l-istaff li xtraw iktar minn mobile sett wieħed.