Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birgu — Estensjoni taċ-ċimiterju

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li ssir estensjoni fiċ-ċimiterju ta' San Lawrenz fil-Birgu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li ċ-Ċimiterju ndikat huwa fil-fatt Ċimiterju tal-Knisja u mhux tal-Gvern. Għaldaqstant ninforma li f'każijiet ta' estenzjoni f'Ċimiterji tal-Knisja, tali possibilita' tiġi mistħarrġa mill-Entita' Ekleżjastika kkonċernata qabel ma tiġi referuta applikazzjoni formali mad-Dipartimenti kkonċernati.

Dipartiment tas-Saħħa — Pilloli out of stock

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10725 u cioe' jgħid liema pilloli kienu out of stock f'dawn l-aħħar xahrejn fl-ispiżeriji tal-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Matul dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm żieda sostanzjali fil-konsum fuq numru ta' mediċini aktar minn normal. Grazzi għax-xogħol li jsir mit-taqsima tax-xiri u l-kuntratti, kif ukoll mill-istores tal-mediċina tad-Dipartiment tas-Saħħa, is-sitwazzjoni ta' nuqqas artifiċjali fuq dawn il-mediċini ġiet irrimedjata f'qasir żmien bil-wasliet konsistenti ta' ħażniet ġodda li twasslu permezz ta' kuntratti rispettivi. Huwa ttamat li l-Onorevoli Interpellant jaqbel li jkun biss telf ta' żmien prezzjuz li wieħed jikkomplika lista artifiċjali. Mill-banda l-oħra s-sitwazzjoni reali hija kif ġej: Pilloli Raġuni Atenolol 25mg tabs Agent late in delivery-delivered 15/02/05 Trifluoperazine 2mg tabs Overseas manufacturing problems Trifluoperazine 10 mg tabs Expected delivery next week Trifluoperazine 15mg tabs Trifluperazine 1mg and 5mg in stock Haloperidol 0.5mg tabs Received-being distributed Benztropine 2mg tabs Manufacturing problems-expected delivery in the coming weeks Chloramphenicol 250 mg caps Agent late in delivery due to raw material problem-delivery expected later on this month Mesalazine 400mg tabs Agent late in delivery-at Customs Mianserin 10mg tabs Regulatory problems in adjudicating tender

CDAU — Psychologist

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10082, nifhem sew li mill-informazzjoni mogħtija m'hemmx psychologistsjew assistant psychologists jaħdmu s-CDAU? Jekk m'hemmx, jaħsibx li hemm bżonn ta' psychologist jew għallinqas assistant psychologist? B'riferenza għall-istess mistoqsija u l-informazzjoni mogħtija, possibbli m'hemmx psikjatra jaħdem fuq bażi full-time jew part-time id-CDAU?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ic-Child Guidance Clinic jikkumplimenta x-xogħol tas-CDAU jofri is-servizz kif jidher hawn taħt: Żewġ psikjatri li bejniethom jagħmlu medja ta' żewġ sessions u nofs fil-ġimgħa. Żewġ Senior Registrars (wieħed mill-psikjatrija u l-oħra mil-pedjatrija) li bejniethom jagħmlu medja ta' żewġ sessions u nofs fil-ġimgħa. Żewġ tobba oħra ( house officer u s enior house officer ) li bejniethom jagħmlu medja ta' żewġ sessions u nofs fil-ġimgħa. Żewġ psikoloġi li bejniethom jagħmlu medja ta' ħames sessions fil-ġimgħa. Żewġ Social workers li bejniethom jagħmlu medja ta' tlett sessions fil-ġimgħa. Tlett nurses , waħda minnhom tagħmel sitt sessions fil-ġimgħa, tnejn l-oħra jagħmlu session kull waħda fil-ġimgħa.

Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita' — Safar

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10313 u cioe' jgħid kemm siefru impjegati tal-gvern jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu li huma fil-grad ta' executive officer jew grad inqas, jew li għandhom salarju fi skala 14 jew inqas bejn Jannar 2003 sa Ottubru 2004? Fejn marru? Min awtorizza l-imsemmija safra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li bejn Jannar 2003 u Ottubru2004 ma siefer ebda impjegat tal-gvern jew ta' xi Entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħi li huwa/hija fil-grad ta' Executive Officer jew grad inqas, jew li għandu/għandha salarju fi skala 14 jew inqas.

Djar ta' l-anzjani — TV

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx struzzjonijiet fil-homes ta' l-anzjani dwar fuq liema stazzjon tat-TV jaraw ir-residenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-Djar ta' l-Anzjani m'hemm l-ebda struzzjonijiet dwar fuq liema stazzjon tat-TV jaraw ir-residenti.

Dipartiment tas-Saħħa — Xiri ta' mediċini

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li qed jadotta d-dipartiment tas-saħħa fix-xiri ta' mediċini, isiru b'tender jew b'xi mod ieħor li m'għandhomx PMA jew MA lokali? Jista' jgħid jekk hux qed jiġu aċċettati offerti mingħand aġenti lokali għall-bejgħ ta' dawk il-mediċini li m'għandhomx PMA/MA lokali lill-gvern (dipartiment tas-saħħa)?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi qiegħed l-ewwel joħroġ tender għax-xiri ta' mediċini u dan jiġi evalwat fuq bażi ta' PMA jew Ma lokali. F'dawk il-każijiet fejn ma jkun hemm l-ebda offerta b'PMA jew MA lokali jinħareġ ex-MST jew ex-Advert skond l-ispiża totali tat-tender. L-ex-MST's qiegħdin jiġu ppublikati fuq il-website tal-GPS. Fil-każ ta' ex-MST u ex-Advert jiġi rikkomandat ix-xiri tal-mediċina fuq bażi ta' Artiklu 20 tal-Medicines Act 2003. Dan ix-xiri qiegħed isir kemm mingħand aġenti lokali kif ukoll mingħand wholesale dealers barranin jew mingħand il-manufattur barrani dirett. Din il-proċedura qiegħda tiġi attwata biex tiġi assikurata provista ta' mediċina bżonnjuża anke fejn dawn il-mediċini għad ma hemmx PMA jew MA lokali għalihom.

Pain Clinic — Nurse

Question

Billi kien hemm il-ħsieb li fil-bidu ta' din is-sena joħorġu applikazzjonijiet għall-post ta' nurse fil-pain clinic, jista' il-Ministru ġentilment jinformana jekk l-applikazzjonijiet hux se joħorġu kif kien previst u jekk iva meta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-pożizzjoni ta' nurse fil-Pain Clinic hija kontemplata għar-reklutaġġ iżda għadhom ma ġewx iffisati żminijiet meta din il-pożizzjoni se tiġi maħruġa.

Pain Clinic — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm staff fil-pain clinic bħalissa u xi grad għandhom? Kemm raw pazjenti fil-pain clinic tul is-snin 2003 u 2004?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-pain clinic hija magħmula minn staff ta' tlieta. Dr. David Gatt Konsulent Anestetista Dr. Carmel Abela Konsulent Anestetista Ms. Dororhy Bonello Deputy Nursing Officer Kull wieħed mull-konsulenti għandu out-patient darba fil-ġimgħa. Dr. Gatt jagħmel żewġ listi ta' proċeduri fil-ġimgħa, waqt li Dr. Abela jagħmel lista waħda. Hemm ukoll żewġ listi ta' proċeduri fil-ġimgħa li jagħmluhom żewġ anestatisti li m'humiex ta grad ta' konsulent. Dan ta' l-aħħar huma proċeduri minuri li jirrikjedu visti frequenti. Dawn il-pazjenti jaqgħu taħt il-kura tal-konsulent Gatt. Ms. Bonello tagħmel xogħol ta' Pain Management Nurse. In-numru ta' proċeduri li ġew it-trattati matul is-sena 2003 u 2004 huwa kif ġej: 2003 2004 Dr. Gatt Outpatients New Cases 97 128 Dr. Gatt Outpatients Followups 282 322 Dr. Gatt Procedures 376 335 Dr. Abela Outpatients New Cases 85 85 Dr. Abela Outpatients Followups 141 158 Dr. Abela Procedures 153 113 Minor Procedures & Reviews 143 225 Total 1277 1366

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qeda tinġabar risposta tingħata f'xi xeduta oħra.

Saħħa — Radiographers

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'se jsir minnhom ir-radiographers kollha li ggradwaw riċentement u jekk il-gvern għandux pjanijiet għall-impjieg tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Diviżjoni tas-Saħħa qed tieħu l-passi neċessarji biex radiographers jiġu impjegati fuq bażi part-time biex tittaffa l-ħtieġa għall-overtime.

Dipartiment tas-saħħa — Lescol tablets

Question

Possibbli d-diviżjoni tas-saħħa terġa' tikkonsidra li tibda tagħti b'xejn il-lescol tablets lil persuni li għandhom 'il fuq minn 70 sena u dan fid-dawl li llum teżisti riċerka ġdida li turi li dawn il-pilloli jistgħu jkunu ta' ġid anke għall-anzjani ta' din l-eta'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Diviżjoni tas-Saħħa qatt ma waqqfet l-għoti b'xejn tal-mediċina Fluvastatin (Lescol). Il-protokol li qed jintuża bħalissa huwa dak stabbilit f'Ġunju tal-1998 liema protokol jgħid li persuni li għandhom 'l fuq minn 75 sena ma humiex intitolati biex jieħdu dawn il-mediċini. Bħal ma jiġri fil-każ ta' mediċini oħra, l-għoti tagħhom jiġi evalwat fil-kwadru ta' gwadann għas-saħħa meta mqabbel ma n-nefqa neċessarja fid-dawl tal-prijoritajiet dwar talbiet li jkollha d-Diviżjoni.

Dipartiment tas-saħħa — Prodotti ta' l-għajnejn

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex Malta ma jidħlux prodotti ta' l-għajnejn u tal-contact lenses li jkunu preservative free?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tas-Saħħa ma jerżerċita l-ebda kontroll fuq id-dħul f'Malta ta' prodotti tal-għajnejn u tal-contact lenses ħlief meta dawn ikunu mediċini.

Dipartiment ta' l-Anzjani — Customer Care Centre

Question

Jista' il-Ministru jgħid itteħditx deċiżjoni finali dwar il-ftuħ ta' customer care centre għad-dipartiment ta' l-anzjani li kellu jinfetah fil-Belt, Valletta f'post li kien akkwistat mid-dipartiment ta' l-anzjani u servizzi fil-komunita' fis-sena 2002?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Customer Care Centre għad-Dipartiment ta' l-Anzjani fil-Belt Valletta ser jinfetaħ kif kien propost.

Residential care in private homes

Question

Jista' il-Ministru jekk jogħġbu jispjega għaliex waqt li fis-sena 2003 - meta l-Vot fil-Budget għal Residential Care in Private Homes kien ta' Lm150,000 - ġew ammessi 22 anzjani fi djar privati ta' l-anzjani taħt l-Iskema tal-Public Private Partnership, fis-sena 2004 - meta l-istess Vot fil-Budget kien Lm350,000, jiġifieri Lm200,000 aktar - ġew ammessi 29 anzjani fi djar privati ta' l-anzjani - jiġifieri sebgħa biss aktar mis-sena ta' qabel? Jista' jagħti indikazzjoni x'se jiġri f'din is-sena 2005, meta wkoll il-Vot fil-Budget huwa Lm350,000?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li kien għaddej proċess ta' espanzjoni ta' djar residenzjali li fihom anzjani setgħu jiġu ammessi, ġie deċiż li jidħlu biss 29 anzjani fid-djar li diġa' d-Dipartiment kien qed jopera magħhom. Biss, din is-sena 2005, ser issir l-espanzjoni meħtieġa ħalli jidħlu iktar anzjani fid-djar residenzjali privati oħra.

Dar privata ta' l-anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid kienx hemm xi żviluppi ulterjuri dwar l-għażla ta' xi dar privata ta' l-anzjani oħra biex tagħti servizz taħt il-public private partnership scheme wara li l-bord ta' l-għażla kien iffinalizza r-rapport tiegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment għadu qiegħed fil-proċess ta' evalwazzjoni ta' xi djar oħrajn ħalli ssir l-espanzjoni meħtieġa tal-Public Partnership Scheme.

SVPR — Swali ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid hemmx xi data tentattiva ta' meta għandu jintemm ix-xogħol kollu fuq phase II tal-proġett tal-bini tas-swali ġodda flok is-swali qodma 1/2/3/4, Irġiel u Nisa, fir-residenza San Vincenz de Paule - liema proġett l-ewwel fażi tiegħu ġiet inawgurata f"Ottubru 2003?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Phase II tal-bini tal-Proġett tal-bini tas-Swali Ġodda 1/2/3/4 Nisa, jinsab għaddej b'ritmu mgħaġġel, iżda d-Dipartiment għadu mhux f'pożizzjoni li jagħti xi data ta' meta ser ikun lest ix-xogħol kollu.

Dipartiment tas-saħħa — Pilloli out of stock

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema pilloli kienu out of stock f'dawn l-aħħar xahrejn fl-ispiżeriji tal-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar. L-informazzjoni ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita' — Kontijiet tat-Telephone

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi bejn Jannar 2003 u Diċembru 2004? Min huma l-persuni li huma intitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom? Kemm huwa l-ammont ta' ħlas li dawn huma intitolati għalih kull xahar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-nefqa totali f'kontijiet tat-telefon ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi bejn Jannar 2003 u Diċembru 2004 kienet ta' Lm13,661.38. Il-persuni li huma intitolati għall-ħlas tat-telefon privat fir-residenza tagħhom huma: il-Ministru, is-Segretarju Parlamentari, dawk il-membri fis-Segretarjati privat tal-Ministru u Segretarju Parlamentari u li huma ntitolati skond il-kuntratt tagħhom, Diretturi fuq Performance Agreement, u advisor. M'hemm l-ebda limitu kull xahar għal dawn it-telefonati.

Rabat — Ċentru tas-saħħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li marru għas-servizz fiċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat matul is-snin 2004, 2003, 2002, 2001, 2000, 1999, 1998 separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' persuni li marru għas-servizz fiċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat matul is-snin 2004, 2003, 2002, 2001, 2000, 1999,1998 separatament huwa kif ġej: 2004 64,194 2003 62,200 2002 57,716 2001 56,686 2000 63,273 1999 73,593 1998 69,896