Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-kontijiet pendenti u/jew m'għadhomx imħallsa taħt Item 6 (Finance and Administration) fl-1 ta' Jannar 2001?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-kontijiet pendenti u/jew m'għadhomx imħallsa taħt Item 8 (Institutional Health Care) fl-1 ta' Jannar 2001?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu tfal min ommijiet mħux miżżewġa ġo l-isptar St Lukes u dak ta' Għawdex is-sena l-oħra? X'eta kellhom f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fuq is-Saħħa għandu l-istatistika fuq it-twelid mill-isptarijiet Karin Grech (KGH) u Gozo General (GGH) f'Għawdex għall-perjodu bejn Jannar u Settembru 2000. Din l-istatistika tinġabar b'mod volontarju għall-National Obstetric Information System (NOIS)-WHO-OBSQID Project.
Kien hemm 299 trabi li twieldu f'KGH u GGH għall-ewwel disa' xhur tas-sena 2000 lil 297 ommijiet (Maltin u barranin) li kienu rreġistrati 'mhux miżżewġa'. It-tabella hawn taħt turi l-eta' ta' dawn l-ommijiet:
Eta' (snin)
Numru ta' ommijiet
<15
3
15 - 19
112
20 - 24
108
25 - 29
42
30 - 34
21
35 - 39
9
40 - 44
1
45 +
0
Mhux speċifikat
1
Jista' l-Ministru jgħid kemm ntbagħtu pazjenti għal kura barra minn Malta fis-sena 1999? F'liema pajjiż intbagħtu? Kemm kienet in-nefqa tal-Gvern Malti f'kull pajjiż, pajjiż pajjiż, għal din il-kura? Hemm ħlasijiet jew talbiet pendenti? Kemm hu dan il-valur?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ntbagħtu pazjenti għal kura barra minn Malta fis-sena 2000? F'liema pajjiż intbagħtu? Kemm kienet in-nefqa tal-Gvern Malti f'kull pajjiż, pajjiż pajjiż, għal din il-kura? Hemm ħlasijiet jew talbiet pendenti? Kemm hu dan il-valur?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-kontijiet pendenti u/jew m'għadhomx imħallsa taħt Item 2 (Permanent Secretary's Office) fl-1 ta' Jannar 2001?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-kontijiet pendenti u/jew m'għadhomx imħallsa taħt Item 3 (Government Pharmaceutical Services) fl-1 ta' Jannar 2001?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi b'xejn fix-xahar ta' Diċembru 2000 mill-Health Centres separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li t-total ta' siringi li tqassmu b'xejn miċ-Centri tas-Saħħa lil dawk il-persuni li jsofru mill-vizzju tad-droga fix-xahar ta' Diċembru 2000 huwa dan:
Floriana
1900
Qormi
841
Gzira
3483
Paola
4000
Cospicua
800
Mosta
1742
Rabat
770
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jieħdu l-appointment ta' staff nurses dawk li segwew b'suċċess il-Conversion Course minn EN għal SN's?
Billi dan il-course ta' 'l fuq minn sentejn tlesta f'Ġunju tas-sena l-oħra, jaħsibx l-Ministru li wasal iż-żmien li dawn jieħdu l-appointment?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-ħatriet bħala Staff Nurses ta' dawk li segwew b'suċċess il-Conversion Course minn Enrolled Nurse għal Staff Nurse jingħataw skond il-proċedura normali stabbilita mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Fil-fatt is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-postijiet ta' Staff Nurse fid-Diviżjoni tas-Saħħa ħarġet fil-Gazzetta tal-Gvern tal-11 ta' Jannar 2001 li għaliha għandhom japplikaw dawk il-persuni ndikati mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid bħala motivazzjoni biex aktar EN's jitħajjru jagħmlu l-conversion course minn EN għal SN, tikkunsidra d-diviżjoni tas-Saħħa li meta l-EN's jilħqu SN's dawn javvanzaw permezz ta' skala jew ta' l-anqas issir ftehem li tingħata konsiderazzjoni lin-numru ta' snin ta' servizz li jkollu l-EN qabel dan jilħaq SN.
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minkejja l-fatt li l-motivazzjoni biex aktar Enrolled Nurses jitħajru jagħmlu l-conversion course minn Enrolled Nurse għal Staff Nurse hija akkademika, l-proposta ndikata mill-Onor. Interpellant ser tiġi kkunsidrata.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fil-każ ta' l-enrolled nurses bi snin twal ta' esperjenza u li għamlu b'suċċess il-conversion course ta' sentejn biex minn EN's issiru SN's, id-dipartiment tas-saħħa għadu jirriferi għalihom bħala EN's?
La darba dawn in-nies segwew kors ta' sentejn u għaddew bil-credits kollha u laħqu SN's, jista' l-Ministru jara hux possibbli li d-Diviżjoni tas-Saħħa tibda tirrikonoxxi mill-ewwel il-grad tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li dawk l-Enrolled Nurses li temmew b'suċċess il-conversion course għal Staff Nurses ġew reġistrati man-Nursing and Midwifery Board bħala State Registered Nurses. Il-ħatra tagħhom bħala Staff Nurse tingħata meta titlesta l-proċedura stabbilita mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku wara li toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili ta' postijiet ta' Staff Nurse fid-Diviżjoni tas-Saħħa. Fil-fatt din is-sejħa ħarġet fil-Gazzetta tal-Gvern tal-11 ta' Jannar 2001.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-gwida li qed jagħti d-dipartiment tas-saħħa f'Ċipru minn speċjalisti Russi dwar każi ta' cerebral palsy u li ħafna ġenituri qed jonfqu eluf ta' liri biex jieħdu lill-uliedhom għal din il-kura b'taħlita ta' mediċinali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra il-press statement li jindika l-parir tekniku tad-Diviżjoni tas-Saħħa dwar din il-materja.
Jista' l-Ministru jgħid fid-dipartiment tas-saħħa min huwa responsabbli mill-proċeduri tax-xiri, ix-xiri nnifsu u l-manteniment, ta' kwantita' adegwata ta' mediċinali? Ta' min tkun ir-responsabbilta' meta jkun hemm nuqqas ta' mediċini?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ir-responsabbilita tax-xiri u l-manteniment, ta' kwantita adegwata ta' mediċinali kienet u baqgħet tad-direttur tal-"Government Pharmaceutical Services". Ovjament hemm 'staff' partikolari (spiżjara jew 'pharmacy technicians')
li huma assenjati responsabilita għall-prodotti individwali f'dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intbagħtu pazjenti għall-kura barra minn Malta fis-sena 1987? F'liema pajjiżi ntbagħtu? Kemm kienet in-nefqa ta' Gvern Malti f'kull pajjiż, pajjiż pajjiż, għal din il-kura? Hemm ħlasijiet jew talbiet pendenti? Kemm hu dan il-valur?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nassumi li l-informazzjoni mitluba tirreferi għal 1997 u mhux 1987.
1. In-numru ta' pazjenti li ntbagħtu għall-kura barra minn Malta, f'liema pajjiz ntbagħatu u n-nefqa kienet hekk:
1997 - 291 - Renju Unit - LM533,696
1998 - 253 - Renju Unit - LM514,030
1999 - 256 - Renju Unit - LM568,018 *
2000 - 252 - Renju Unit - LM415,689
* In-nefqa hija totali u tinkludi spejjez li saru biex inġiebu speċjalisti minn barra.
2. Il-ħlasijiet pendenti huma kollha tas-sena 2000 u jammontaw għal LM32,329 li ser jitħalsu dan ix-xahar.
Hemm wkoll xi kontijiet li għadna ma rċevejnihomx.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ntbagħtu pazjenti għal kura barra minn Malta fis-sena 1998? F'liema pajjiż intbagħtu? Kemm kienet in-nefqa tal-Gvern Malti f'kull pajjiż, pajjiż pajjiż, għal din il-kura? Hemm ħlasijiet jew talbiet pendenti? Kemm hu dan il-valur?