Billi l-banka tal-lottu Nru. 96, fit-Triq Borg, Fleur-de-Lys, B'Kara sejra tagħlaq, jista' l-Ministru jara li tinfetaħ banka oħra fl-inħawi għall-użu tar-residenti?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jekk kemm il-darba id-Dipatiment tal-Lottu jakkwista xi propjeta` pubblika fil-viċinanzi u li tkun adekwata bħala banka tal-lottu is-suġġeriment tiegħu jiġi milqugħ.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12319, jista' l-Ministru jagħti d-dettalj mitluba peress li kif jaf hu stess dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tgħajt f`mistoqsija parlamentari numru 12319.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ilha ma tirċievi r-refund tal-VAT minn Lulju ta' l-1999?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li taħt l-Att ta` l-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud, l-ammont ta` kreditu eċċessiv ta` persuna għal żmien ta` taxxa għandu jitħallas lura lil dik il-persuna sa mhux iktar tard minn ħames xhur mit-tmiem taż-żmien li fih għandha tinbagħat id-denunzja ta` dak iż-żmien ta` taxxa.
Fil-każ tal-persuna kkonċernata, kellu jitħallas lura fil-15 ta` Jannar 2000 kif fil-fatt sar skond il-liġi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern stimax il-compliance cost f'termini finanzjarji ta' l-implimentazzjoni tan-national programme for the adoption of the acquis ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Programm Nazzjonali għall-Adozjoni tal-Acquis, magħruf bħala `In-National Programme for the Adoption of the Acquis` (NPAA) identifika dawk l-aspetti kollha fejn għad hemm bżonn li jsiru studji speċifiċi. Hekk kif jitlestew dawn l-istudji l-NPAA jiġi kompletat u jittieħdu d-deċiżjonijiet relattivi. Mhux għaqli li tingħata nformazzjoni dwar dawn l-istudji f`dan il-waqt jew li jitqegħdu kopji fuq il-Mejda tal-Kamra wara li jitlestew jew li tingħata nformazzjoni dwar ir-riżultati ta` dawn l-istudji, anke minħabba fin-natura sensittiva tan-negozjati għas-sħubija ma` l-Unjoni Ewropea ġaladarba dawn l-istudji jistgħu iservu bħala bażi għall-pożizzjoni tal-Gvern Malti f`dawn in-negozjati.
Minkejja dan kollu l-Gvern lest li jsib mod kif iżomm l-Oppożizzjoni nformata u jikkopera magħha jekk hija trid ġenwinament tipparteċipa fil-proċess tat-tħejjija tal-pożizzjoni tagħna għan-negozjati u tat-tibdil li jkun jinħtieġ li jsir sabiex aħna nadottaw l-acquis.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12299, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba peress li kif jaf il-Ministru dawn id-dettalji jikkonċernaw infiq pubbliku?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m`għandi xejn x`inżid mar-risposta li diġa tajt.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 14342?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq nirreferi l-Onorevoli Membru għat-twegiba li diġa tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 14342.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-valur ta` l-oġġetti importati bejn l-24 u t-31 ta` Jannar u l-1 u d-29 ta` Frar u li minn fuqhom tneħħiet il-levy kien ta` Lm 283,952 u Lm 994,204 rispettivament.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13866, dwar l-assigments li ngħataw lill-external accountant jew auditors li ġew mogħtija l-ġurament fi żmien il-gvern Laburista preċedenti biex jinvestigaw abbużi fir-returns ta' l-income tax u lil min ingħataw, ma jihirlekx li la dawn l-external accountants jew auditors li inti fit-tweġiba tiegħek għedt kienu 14 b'kollox, ġew imqabbda mill-gvern u allura tħallsu mit-taxxi tal-poplu, fl-interess pubbliku, inti għandek tagħti l-ismijiet tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tgħajt fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 13866.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal flus minn fuq income tax il-gvern is-sena l-oħra? Kemm minn dan ġie minn taxxa mħallsa minn: kumpanniji, employers, self-employed u employees?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fl-1999 it-total ta` Income Tax li daħħal il-Gvern kien ta` Lm128.355 miljun. Minn dan l-ammont is-sehem tas-setturi indikati hawn taħt huwa :
Kumpaniji : Lm47.233 miljun
Self-Employed : Lm8.399 miljun
Impjegati : Lm56.593 miljun
Is-settur ta` l-employers huwa nkluż bejn il-kumpaniji u s-self-employed kif jidher hawn fuq.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jiksru l-liġi tal-VAT mill-bidu tas-sena li qegħdin fiha sal-lum? X'regolament kisru?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-1 ta` Jannar 2000 u t-7 ta` Marzu 2000, in-numru ta` persuni reġistrati li ġew rapportati li kisru l-liġi tal-VAT kien ta` 266. Dawn il-persuni ġew rapportati għax naqsu li joħorġu rċevuta fiskali bi ksur ta` l-Aritkolu 77 (e) ta` l-Att jew għax naqsu li jżommu kont ta` l-attivitajiet taxxabbli mwettqa minhom kif meħtieġ bl-Artikolu 77 (e) ta` l-istess Att.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu VAT/CET u income tax f'Għawdex sena b'sena bejn l-1996 u l-1999 mill-ħaddiema bil-paga, mis-self-employed u mill-professjonisti?
Response (DALLI, JOHN)
Kif suppost jaf l-Onorevoli Interpellant f`taxxi ndiretti bħall-VAT u CET ma tistax tagħmel l-analizi li qed jitlob.
Fir-rigward tal-income tax:
SENA SELF-EMPLOYED HADDIEMA BIL-PAGA
---- ------------- -----------------
1996 Lm467,823 Lm1,500,598
1997 531,236 486,206
1998 499,554 1,511,509
1999 811,049 3,345,765
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju biex jiġi stabbilit x'inhu l-poverty line fis-soċjeta' tagħna? Jekk sar dan l-istudju, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qatt ma sar studju speċifiku dwar il-poverty line fis-soċjeta` tagħna għalkemm il-livell tal-paga minima u ċ-ċifra li fuqha tinħadem iż-żieda għal għoli tal-ħajja huma indikazjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma u liema huma dawk id-dipartimenti tal-gvern li jħaddmu s-sistema ta' l-internal audit? X'allowance qiegħed jingħata l-internal auditor f'kull każ? Liema minn dawn l-internal auditors jagħmlu wkoll spezzjonijiet dwar l-attendenza ta' l-impjegati fuq ix-xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fil bidu ta` din is-sena kien hemm sittax `internal auditors` u dawn kienu qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom fi tnax-il Ministeru. Peress li fi Frar li għadda sitta minn dawn ġew promossi Assistent Diretturi, n-numru ta` `internal auditors` naqas għal għaxra u dawn qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom f`dawn it-tmien Ministeri:
Il-Ministeru tal-Finanzi
L-Uffiċju tal-Prim Ministru
Il-Ministeru tas-Servizzi Soċjali
Il-Ministeru ta` l-Edukazzjoni
Il-Ministeru tas-Saħħa
Il-Ministeru ta` l-Agrikoltura u Sajd
Il-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali
Il-Ministeru ta` Għawdex
L` Allowance li qegħda tingħata lill kull internal auditor hija ta` sitt mitt lira (Lm 600) fis-sena.
L-ispezzjonijiet regolari ta` l-attendenza ta` l-impjegati mhix parti mix-xogħol ta` `l-internal auditors`. Pero jista` jagħti l-każ li fuq struzjonijiet tal-Permanent Secretary dawn jagħmlu spezzjonijiet fuq l-attendenza.
Billi pajjiżi bħal Ċipru diġa' ngħataw x'jifhmu li se jitqiegħdu fuq it-Tax Haven List tal-OECD, tista' tgħarraf lill-Kamra jekk Malta għandhiex indikazzjoni jekk hijiex se tiġi nkluża jew le f'din il-lista?
Kien hemm xi żviluppi ma' l-Istati Uniti dwar il-possibbilta' ta' double taxation agreement ġdid?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li Malta ma ġietx infurmata li ser titqiegħed fuq it-Tax Haven list tal-OECD u li l-posizzjoni s`issa m`hijiex differenti minn dik li tajt fir-risposta tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11029 peress li l-lista mhix mistennija li tkun finalizzata qabel Ġunju 2000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tax payers f'Malta u f'Għawdex li huma: (a) barranin; (b) Maltin; (ċ) self-employed; u (d) professjonisti u li jiddikjaraw Lm10,000 jew aktar dħul ma' l-Income Tax; Lm15,000 jew aktar dħul ma' l-Income Tax?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dan l-eżerċizzju qiegħed jiġi finalizzat billi qed tiġi verifikata l-informazzjoni. Dalwaqt inkun f`pożizzjoni li ngħati din l-informazzjoni.
Ma jidhirlux l-Ministru li huwa fl-interess pubbliku li l-Ministru qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-chart li kien ippreżenta fl-MCED, dwar id-dikjarazzjoni tat-taxxa ta' nies li d-dħul tagħhom ma jiddependix minn paga? Jista' l-Ministru jqiegħed din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tgħajt fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 14139.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu mas-settur privat u pubbliku li l-qliegħ tagħhom huwa ta' Lm100 fil-ġimgħa jew anqas, fulltime u part-time għalihom?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mir-returns li ġew ipproċessati s`issa n-numru ta` ħaddiema li qalgħu inqas minn Lm5500 minn xi impjieg huwa ta` 93,969.
Jista' l-Ministru jikkonferma dak li semma fil-media u dak li qed jintqal min-nies li l-banek se jibdew jitolbu ħlas biex jissarrfu ċ-cheques?
Jekk dan huwa minnu, l-Ministru jista' jgħid jekk din il-miżura ġietx diskussa mal-gvern u allura ġietx approvata jew le?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-banek ilhom mill-1996 jitolbu li għandhom jiċċarġjaw għas-servizz tat-tisrif taċ-ċekkijiet. Il-Gvern ma tax l-approvazjoni imma jifhem li trid tinstab soluzjoni. Għalkemm il-Gvern tkellem mal-banek u wera t-tħassib tiegħu dwar ħlas li jista` jibda jintalab minnhom għal tisrif ta` ċekkijiet, il-pubbliku irid jifhem li l-banek, huma istituzzjonijiet kummerċjali u li għalhekk iridu jkopru l-ispejjeż tagħhom.Il-Gvern ħeġġeġ lill-banek biex jibdew kampanja sabiex il-poplu jiftaħ kontijiet magħhom biex hekk pagamenti mill-gvern ikunu jistgħu jsiru direttament f`dawn il-kontijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm avukati u ditti ta' avukati reġistrati mad-dipartiment tal-VAT? Kemm tħallset VAT minn dawn l-avukati matul it-12-il xahar li għaddew?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta` avukati (inkluż nutara) reġistrati mad-Dipartiment tal-VAT għall-fini tat-taxxa hu 433. Bejn l-1 ta` Marzu 1999 u d-29 ta` Frar 2000, 429 persuna bagħtu d-denunzja tat-taxxa. Minn dawn 132 huma reġistrati bħala persuni eżenti għax id-dħul tagħhom ma jaqbiżz is-Lm6,000 fis-sena. Il-kumplament (297) ħallsu bejniethom is-somma ta` Lm285,139.63.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset VAT matul is-sena 1999 minn dawn il-professjonisti: Tobba, avukati, nutara, spiżjara u physiotherapists? F'kull każ kemm huwa n-numru ta' dawk reġistrati mal-VAT Department?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpelant li t-tagħrif mitlub minnu qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.