Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li ġew referiti lill-istatementing board u li s'issa għadhom ma ġewx assessjati?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba hi kif se nsemmi:
Applikazzjonijiet Assessjati
Skejjel ta' l-Istat (Malta/Għawdex)
Jannar - Diċembru 2001 291 117
Jannar - Ġunju 2002 107 40
Skejjel tal-Knisja
sena 2001 60 26
sena 2002 21 21
Għawdex - sena 2002 16 7
Informat ukoll li ħafna mill-applikazzjonijet ta' l-2001 għadhom pendenti minħabba li ħafna mill-ġenituri naqsu li jibgħatu d-dokumentazzjonijiet mediċi neċessarji.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu vakanti l-post ta' kap tad-dipartiment tal-banking & finance fil-fakulta' tal-FEMA fl-universita'? Meta hemm il-ħsieb li jintela sew dan il-post u mhux jibqa' b'acting head? X'inhuma r-raġunijiet li ma nteliex dan il-post?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-post ta' Kap tad-Dipartiment tal-Banking and Finance ġie vakanti wara r-riżenja voluntarja ta' Dr Joseph Falzon f'April 2000.
Id-Dipartiment jikkonsisti fi tliet membri li wieħed minnhom huwa l-persuna li kienet irriżenjat u t-tnejn l-oħra għadhom kemm ġew appuntati u għad ma għandhomx l-esperjenza biżżejjed meħtieġa biex isiru kapijiet. Huwa għalhekk li ġie maħtur bħala "Acting Head" il-Kap tad-Dipartiment ta' l-Ekonomija. Barra minn hekk, il-Fakulta` għaddejja minn eżerċizzju ta' ristrutturar. Għaldaqstant m'huwiex propizju li jiġi appuntat kap ġdid.
Nirriferi lill-Ministru għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34076 dwar l-assenteiżmu fl-iskejjel u jgħid kemm-il każ ġie riferut lill-welfare section tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni talli ma tawx raġuni għaliex ma attendewx l-iskola fl-ewwel erba' xhur tas-sena? Kemm kien hemm każi li kienu ġustifikati? Kontra kemm-il persuna (ġenitur) ittieħdu passi bil-qorti minħabba dan in-nuqqas?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-total ta' rapporti ta' l-assentijiżmu ta' l-istudnenti li t-Taqsima Servizzi Ħidma Soċjali fl-Iskejjel irċieva mill-kapijiet ta' l-Iskejjel, minn Jannar 2002 sa April 2002 kien 4,453.
Jan Frar Mar Apr
Skejjel Primarji 196 241 221 186
Skejjel Sekondarji
Subien 568 410 442 369
Skejjel Sekondarji
Bniet 522 452 363 346
Trade Schools 26 28 32 30
Skejjel Speċjali 1 1 1 1
Skejjel Privati 5 4 3 5
Total 1318 1136 1062 937
Grand Total 4453
Informat ukoll li minn dan it-total ta' 4.453 rapport ta' assenteiżmu, il-każijiet ġustifikati li ġew rappurtati kien ta' 2,760.
Jan Frar Mar Apr
Skejjel Primarji 113 176 144 70
Skejjel Sekondarji
Subien 417 300 309 222
Skejjel Sekondarji
Bniet 281 342 178 150
Trade Schools 18 26 20 9
Skejjel Speċjali 1 0 1 1
Total 830 826 652 452
Grand Total 2760
Informat li n-numru ta' ġenituri li tressqu l-qorti għax naqsu li jagħtu raġuni valida għall-assenteiżmu ta' uliedhom kien ta' 1,676.
Jan Frar Mar Apr
Skejjel Primarji 83 65 77 116
Skejjel Sekondarji
Subien 151 110 133 147
Skejjel Sekondarji
Bniet 241 128 185 196
Trade Schools 8 2 12 21
Skejjel Speċjali 0 1 0 0
Total 483 306 407 480
Grand Total 1676
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34296 peress li kulma qed jiġi mitlub huwa aġġornament bit-tagħrif mogħti bi tweġiba għall-mistoqsija 32001 f'Marzu li għadda?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti mill-iskejjel (Malta u Għawdex) li ser itemmu l-edukazzjoni tagħhom fi tmien din is-sena skolastika huwa kif ġej:
Skejjel ta' l-Istat Subien Bniet
Skejjel Sekondarji 732 651
Junior Lyceums 756 1038
Boy's/Girl's Schools 185 67
Skejjel tal-Knisja 762 580
Skejjel Indipendenti 185 136
Peress li t-tagħrif mitlub jista' jingħata fi print-out mingħajr ma jħarbat ix-xogħol tar-riżultati jista' issa jagħti t-tagħrif mitlub f'mistoqsija 34291?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub dwar in-numru ta' studenti li qagħdu għall-eżamijiet tas-SEC, suġġett b'suġġett mid-diversi taqsimiet ta' l-iskejjel sekondarji qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rakkmandazzjonijiet li hemm riferenza għalihom fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34196 peress li din hija materja ta' interess pubbliku?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti risposta għall-informazzjoni mitlbua f'mistoqsija parlamentari 34173 dwar l-ispiża totali anwali ta' kull special school f'Malta u Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba oriġinali.
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 33952, jista' jwieġeb il-kumplament tal-mistoqsija dwar jekk qattx kien hemm taħdidiet bejn rappreżentanti ta' l-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti ma' l-awtoritajiet konċernati biex isir xi ħaġa f'dan ir-rigward? Għaliex ma kienx intlaħaq ftehim?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li għaddejin taħditiet bejn uffiċjali tal-MATSEC Support Unit u rappreżentanti ta' l-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u dawk Indipendenti biex jesploraw dati alternattivi għall-eżamijiet taċ-Ċertifikat tal-Matrikola. L-iskop tat-taħditiet hu biex isir magħruf kif id-dati alternattivi jistgħu jaffettwaw l-iskejjel u x'jistgħu jkunu l-implikazzjonijiet fuq aspetti oħra.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija 33836, dan ifisser li l-iskejjel kollha fl-ebda ħin ma biegħu dak li jissejjaħ junk food? Jista' jgħid x'jifhmu b'junk food dawk li jelenkaw l-oġġetti li jistgħu jew ma jistawx ibiegħu fit-tuck shops tal-iskejjel?
Response (GALEA, LOUIS)
Safejn ninsab informat ir-regola li ma jistax jinbiegħ Junk Food mill-Canteens ta' l-iskejjel tiġi osservata, iżda huma l-ispetturi tas-saħħa pubblika li jispezzjonaw l-iskejjel u jżommu nota ta' ksur ta' dawn ir-regolamenti. Jekk l-Onor. Membru jaf b'xi każi ta' ksur tar-regolamenti napprezza li jgħaddili l-informazzjoni għall-istħarriġ meħtieġ.
B'riferenza għall-mistoqsija 34140, jista' l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi: Jista' jgħid x'għajnuna ta' lil Malta Racing Club matul is-sena 2001 u matul din is-sena? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx xi ħsieb jew ftehim dwar għajnuna oħra fil-futur u x'inhi t-tip ta' għajnuna?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma ngħatat ebda għajnuna lill-Malta Racing Club matul is-sena 2001 u matul din is-sena minn voti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 33333 meta se jiġu pubblikati d-diversi tenders għax-xogħlijiet meħtieġa fl-iskola primarja ta' Bormla? Meta se jsir ix-xogħol meħtieġ?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li qed nivverifika t-tagħrif miġbur, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment ta' l-edukazzjoni jagħtix xi tip ta' għajnuna finanzjarja lill-istudenti li jagħmlu studju barra minn Malta fix-xjenza veterinarja meta dawn l-istess studenti jagħmlu korsijiet bħal dawn mhux b'xi forma ta' scholarship imma għas-spejjeż tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-'Staff Development Section' qatt ma tat għajnuna finanzjarja lill-istudenti li jagħmlu studji barra minn Malta fix-xjenza veterinarja.
Għajnuna finanzjarja għal studju barra minn Malta hi regolata mir-Regolamenti ta' l-SDO għall-persuni li huma impjegati tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna ngħatat mill-Istat biex jiġu organizzati l-logħob tal-FISEC f'Malta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li kien intlaħaq ftehim bejn is-Segretarju Parlamentari u l-Kumitat Organizzattiv tal-FISEC dwar l-għajnuna biex jiġu organizzati l-logħob tal-FISEC f'Malta. Din l-għajnuna tikkonsisti f'għotja finanzjarja li tammonta għal Lm15,000. S'issa diġa ġew mgħoddija Lm7,000. Is-Segretarjat Parlamentari qiegħed ukol jipprovdi għajnuna permezz ta' membri mill-istaff li qegħdin jgħinu fl-organizzazzjoni ta' dan il-Logħob.
Id-Dipartiment taż-Żgħażagħ, Kultura u Sport se jgħin ukoll permezz ta' rranġar u upgrading tal-faċilitajiet. Sar sforz sabiex il-Multipurpose Hall fil-Kumpless Sportiv tal-Pixxina Nazzjonali jitlesta sabiex jintuża għall-ewwel darba waqt dawn il-Logħob.
Il-faċilitajiet li s-Segretarjat Parlamentari qiegħed joffri wkoll l-użu ta' dawn il-faċilitajiet biex isir il-Logħob:
* Matthew Micallef St John Stadium
* Multipurpose Hall fil-Kumpless Sportiv ta' l-Universita`
* Pixxina Nazzjonali fil-Kumpless Sportiv ta' l-Universita`.
Jista' l-Ministru jgħid jekk dan is-sajf hux se jitqiegħed il-wiċċ il-ġdid tat-track ta' l-atletika tal-Marsa? Jista' jgħid lil min ingħata l-kuntratt? B'kemm? Kemm kien hemm ditti li tefgħu offerti biex jieħdu x-xogħol? Jista' jagħti lista ta' dawk li applikaw u kemm kienet kull offerta? Meta se jibda x-xogħol? Kemm hu stmat li ser idum sabiex jitlesta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tender għat-tqegħid ta' wiċċ ġdid fit-track tal-Marsa għadu qiegħed jiġi aġġudikat. Dwar l-aħħar parti tad-domanda nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 30734.
B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija 34147, jista' l-Ministru jgħid minn min inbena l-iscaffolding? Dan l-iscaffolding inkera wara li nħarġet sejħa għall-offerta jew b'xi mod ieħor? Ix-xogħol li għalih inbena l-iscaffolding issa tlesta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iscaffolding inbena minn Vassallo Scaffolding Services.
Dan l-iscaffolding inkera wara li ntalbet offerta verbali mingħand tlett kuntratturi li kienu: Vassallo Scaffolding Services, BTY Ltd., u Jos. Spiteri & Sons Ltd. Għal din l-offerta applika biss Vassallo Scaffolding Services.
Ix-xogħol li nkera għalih l-iscaffolding għadu ma' sarx, biss l-ispezzjoni tas-saqaf saret u l-offerta biex isir ix-xogħol ser tinħareġ fil-qrib.
Nixtieq niġbed l-attenzjoni li r-rata tal-kiri ta' l-Iscaffolding hija ta' Lm20.00 fil-ġimgħa u mhux kull ġurnta, kif indikat fir-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari 34147.
Għalkemm huwa tajjeb li kulħadd ikollu chance li juża t-track ta' l-atletika tal-Marsa, jista' l-Ministru jgħid x'kontroll ikun hemm biex ma jinqalgħux inċidenti jew ma ssirx ħsara? Peress li l-gates huma dejjem miftuħa u kulħadd dieħel u ħiereġ, jista' jsir kontroll aħjar tas-sitwazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa hemm kontroll u sorveljanza kontinwa mill-istaff tat-Taqsima Sport tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport u anke permezz tas-servizzi ta' watchmen għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-użu tal-faċilitajiet u biex jiġu kkontrollati xi inċidenti li jistagħu jinqalgħu.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani biex isir żvilupp sħiħ fil-Marsa sports ground biex l-awtoritajiet t'hemmhekk ikollhom uffiċċji ġodda u faċilitajiet aħjar?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li diġa` tlesta x-xogħol tal-piling u għadu kemm ġie ppubblikat it-tender għall-bini ta' underground car part, dressing rooms u susbstation.
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 33937 jista' l-Ministru jgħid jekk dan ikoprix ukoll skejjel tal-knisja u privati? Jista' jassigura li m'hemmx barranin bla permess li qed jaħdmu fil-qasam edukattiv tal-isports?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tweġiba għall-Mistoqsija 33937 ma tkoprix ukoll skejjel tal-Knisja u Privati. Il-Ministeru lest li jinvestiga kull rapport speċifiku li jsirlu dwar ħaddiema li jaħdmu bla permess fi skejjel Maltin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti matul din is-sena skolastika ta' studenti fl-iskejjel ta' l-Istat, tal-knisja u dawk indipendenti li kien hemm imqar suspett fihom li kienu fil-pussess, ittraffikaw jew għamlu użu mid-droga? Jekk fl-affermattiv, x'passi ttieħdu?
Response (GALEA, LOUIS)
L-Onor. Membru japprezza li diffiċli żżomm statistika ta' każijiet fejn xi ħadd f'xi skola jista' jkollu "imqar suspett" bħal dak li qed isemmi l-Onor. Membru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti subien u bniet li qagħdu għall-eżamijiet tas-SEC, suġġett b'suġġett mill-iskejjel, sekondarji tal-istat, junior lyceums, tal-knisja u privati fis-sessjoni ta' Mejju 2002?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li din l-informazzjoni tieħu ż-żmien biex tkun miġbura u bħalissa s-sistema li fiha din l-informazzjoni qed tintuża biex jiddaħħlu r-riżultati, għalhekk tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.